Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0210

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 81, 21.3.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/210/oj

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 210/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness I biex jinkludi isem ġdid ta’ fibra tat-tessuti, l-Anness I, u bl-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessuti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 4d (ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32012 R 0286: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 95, 31.3.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 286/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 (2), skont liema minn dawn tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 95, 31.3.2012, p. 1.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

(2)  ĠU L 341, 13.12.2012, p. 8.


Top