Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0205

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 205/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 81, 21.3.2013, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/205(2)/oj

21.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 205/2012

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-estensjoni ta’ garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-bajd maħsub għad-Danimarka (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Il-Paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jispeċifika li “dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE għandhom japplikaw għall-Islanda ħlief għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, barra mill-ħut u annimali tal-akwakultura, u prodotti tal-annimali bħal ma huma l-bajd għat-tnissil, l-embrijuni, u s-semen. Meta att m’għandux japplika jew għandu japplika parzjalment għall-Islanda, għandu jiġi ddikjarat f’relazzjoni mal-att speċifiku”. Sabiex tinżamm konsistenza, referenza għal dan il-paragrafu għandha tiddaħħal fil-Ftehim ŻEE fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 (2), kif korretti mill-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1, kif inkorporat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (3).

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I għall-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“Dan l-att japplika għall-Islanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

2.

Il-punt li ġej għandu jiġi nkluż wara l-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

“17a.

32012 R 0427: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-estensjoni ta’ garanziji speċjali dwar is-Salmonella stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-bajd maħsub għad-Danimarka (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu ġew magħmula (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 132, 23.5.2012, p. 8.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top