Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1055

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1055/2012 tad- 9 ta’ Novembru 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 313, 13.11.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1055/oj

    13.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 313/8


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1055/2012

    tad-9 ta’ Novembru 2012

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-Nomenklatura Magħquda, li hija stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament.

    (2)

    Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 20 tan-Nomenklatura Magħquda biex jinkludi alka tal-baħar u alka oħra li huma ppreparati jew ippreservati bi proċessi bħat-tisjir, ix-xiwi, it-taħwir, u biż-żieda taz-zokkor, u għalhekk mhux kopert mill-intestatura 1212 ("alka tal-baħar u alka oħra, friski, imkessħa, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk mitħuna jew le"). Alka tal-baħar u alka oħra huma kkunsidrati "pjanti oħra" fis-sens tan-Nomenklatura Magħquda.

    (3)

    Għalhekk għandha tiddaħħal Nota Addizzjonali ġdida fil-Kapitolu 20 tan-Nomenklatura Magħquda biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi fit-territorju kollu tal-Unjoni.

    (4)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fil-Kapitolu 20 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, in-Nota 9 Addizzjonali li ġejja hija mdaħħla:

    “9.

    Algi tal-baħar u algi oħra ppreparati jew ippreservati bi proċessi li mhumiex previsti mill-Kapitoli 12 bħat-tisjir, ix-xiwi, it-taħwir, u biż-żieda taz-zokkor, jaqgħu taħt il-Kapitolu 20 bħala preparazzjonijiet ta' partijiet oħra tal-pjanti. L-alga u alga oħra, friski, imkessħa, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk mitħuna jew le għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 1212.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 02 Volum 02 P. 382 – 386).


    Top