Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0522

    2012/522/UE: Deċiżjoni Nru 3/2012 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat- 13 ta’ Settembru 2012 dwar l-assenjar mill-ġdid ta’ parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP

    ĠU L 259, 27.9.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/522(1)/oj

    27.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 259/6


    DEĊIŻJONI Nru 3/2012 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

    tat-13 ta’ Settembru 2012

    dwar l-assenjar mill-ġdid ta’ parti mir-riżorsi mhux allokati tal-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-koperazzjoni Intra-AKP

    (2012/522/UE)

    IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u emendat għat-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3) (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”), u partikolarment il-paragrafu 6 tal-Anness Ib tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-fondi li baqa’ mill-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) Intra-AKP mhumiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar li rriżultaw mir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu Intra-AKP tal-10 FEŻ.

    (2)

    Sabiex tkun tista’ tkompli tipprovdi rispons rapidu u effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta’ kunflitti vjolenti fl-Afrika, hemm bżonn ta’ rikostituzzjoni tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika.

    (3)

    Sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati l-prijoritajiet tal-UE u l-AKP, l-ammont meħtieġ mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għandu jiġi ttrasferit għall-pakkett maħsub għall-koperazzjoni Intra-AKP.

    (4)

    Huwa xieraq li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jadotta din id-deċiżjoni mingħajr dewmien,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Kooperazzjoni Intra-AKP

    Ammont ta’ EUR 195 miljun għandu jiġi ttrasferit mir-riżorsi mhux allokati tal-10 FEŻ għall-pakkett maħsub għall-kooperazzjoni Intra-AKP, skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 11, 28, 29 u 30 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE.

    Artikolu 2

    Talba għall-finanzjament

    B’konformità mal-Artikolu 12b(a) tal-Anness IV tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jitlob lill-Kummissjoni tiffinanzja l-attivitajiet proposti mill-UE u mill-Grupp ta’ Stati tal-AKP, rispettivament, u b’mod partikulari biex tipprovdi finanzjament addizzjonali għall-Fond għall-Paċi fl-Afrika ta’ EUR 100 miljun, sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Unjoni Afrikana u organizzazzjonijiet reġjonali biex jindirizzaw l-isfidi ta’ sigurtà madwar l-Afrika.

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2012.

    Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

    Il-President

    D. EVINA ABE’E


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

    (3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).


    Top