Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0496

2012/496/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Diċembru 2010 dwar l-iffirmar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

ĠU L 241, 7.9.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/496/oj

Related international agreement

7.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 241/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2010

dwar l-iffirmar ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

(2012/496/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, mill-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), li ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Marzu 2000, jipprevedi l-implimentazzjoni ta' liberalizzazzjoni gradwali ikbar tal-kummerċ reċiproku fil-prodotti agrikoli, fil-prodotti agrikoli pproċessati, fil-ħut u fil-prodotti tas-sajd.

(2)

F’Lulju 2005, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk adotta pjan ta’ azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li jinkludi dispożizzjoni speċifika bl-objettiv ta' liberalizzazzjoni ikbar fil-kummerċ tal-prodotti agrikoli, tal-prodotti agrikoli pproċessati, tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd.

(3)

Fl-14 ta’ Ottubru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tmexxi negozjati mar-Renju tal-Marokk fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni sabiex jintlaħaq dan l-objettiv.

(4)

Fl-14 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni kkonkludiet in-negozjati, f’isem l-Unjoni, fir-rigward ta' Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ftehim”) sabiex jiġi emendat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ftehim”) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, huwa approvat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.

(2)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top