EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0750

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2012 tal- 14 ta’ Awwissu 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 222, 18.8.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/750/oj

18.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 750/2012

tal-14 ta’ Awwissu 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fit-totalità tiegħu, u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (imsejjaħ “Propolis”) ippreżentat f’kapsuli tal-ġelatina, li jinbigħ bl-imnut. Il-kontenut ta’ kull kapsula jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin (% bil-piż):

reżina veġetali u xama’ tal-ħaxix

55

xama’

30

żjut essenzjali

8 sa 10

trab tad-dakra

5

Dawk il-komponenti huma materjal miġbur min-naħal u huma trasformati permezz tal-enzemi tal-bżieq tiegħu.

Skont it-tikketta l-prodott huwa ppreżentat bħala suppliment tal-ikel għall-konsum mill-bniedem.

2106 90 92

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 2106 , 2106 90  u 2106 90 92 .

Il-prodott huwa preparazzjoni tal-ikel ippreżentat fil-forma ta’ kapsuli. Il-qoxra tal-kapsuli hija fattur li, flimkien mal-kontenut, jiddetermina l-użu u n-natura tal-prodott bħala suppliment tal-ikel (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawżi konġunti C-410/08 sa C-412/08, “Swiss Caps”, [2009] Ġabra p. I-11991, paragrafi 29 u 32).

Għalhekk, il-klassifikazzjoni tal-prodott bħala prodott li jittiekel ta’ oriġini mill-annimali taħt il-kodiċi NM 0410 00 00 hija eskluża.

Il-prodott għandu għaldaqstant jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 2106 bħala preparazzjoni tal-ikel li mhix imsemmija jew inkluża xi mkien ieħor (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2106 , il-punt 16).


Top