Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0537

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2012 tat- 22 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 rigward tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-bdiewa fil-Polonja

    ĠU L 164, 23.6.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Impliċitament imħassar minn 32014R0639

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/537/oj

    23.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/5


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 537/2012

    tat-22 ta’ Ġunju 2012

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 rigward tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-bdiewa fil-Polonja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(e) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistipula r-regoli li jiffissaw l-erja agrikola tal-Istati Membri l-ġodda taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja pprovduta fl-Artikolu 122 ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Skont l-Artikolu 89 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (2), l-erja agrikola għall-Polonja hija stabbilita fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2012, il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni li għamlet reviżjoni tal-erja agrikola utilizzata li hija eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif jissemma fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Ir-reviżjoni hija konsegwenza tal-esperjenza miksuba fl-2010 u l-2011 mill-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-pagament uniku skont l-erja taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, li wriet li l-parti tal-erja agrikola utilizzata miżmuma f’kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta’ Ġunju 2003 kienet iżgħar minn kemm kienet stmata qabel. L-erja agrikola għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għalhekk għandha tonqos għal 14 000 000 ettaru.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1121/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    L-emenda proposta permezz ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2012.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1121/2009, ir-ringiela li tikkonċerna lill-Polonja tinbidel b’dan li ġej:

    “Il-Polonja

    14 000 ”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbutin mal-perjodi tal-primjum li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (2)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.


    Top