Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0486

    Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 486/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tal-format u l-kontenut tal-prospett, il-prospett bażi, is-sommarju u t-termini finali u fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 150, 9.6.2012, p. 1–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/07/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0980

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2012/486/oj

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/1


    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 486/2012

    tat-30 ta’ Marzu 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tal-format u l-kontenut tal-prospett, il-prospett bażi, is-sommarju u t-termini finali u fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(1) thereof,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (2), jistabbilixxi fid-dettall l-informazzjoni li trid tiġi inkluża f’prospett għal tipi differenti ta’ titoli sabiex jikkonforma mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE.

    (2)

    B’konsegwenza tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (3), ir-rekwiżit fuq l-emittent li jipprovdi annwalment dokument li jkun fih jew li jirreferi għall-informazzjoni ppubblikata fit-12-il xahar preċedenti l-ħruġ tal-prospett kif stabbilit fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/71/KE tħassar mid-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (4). Din l-emenda għandha tiġi riflessa fir-Regolament (KE) Nru 809/2004.

    (3)

    Il-limitu marbut mal-obbligu li jiġi ppubblikat prospett stabbilit bl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/71/KE żdied minn EUR 50 000 għal EUR 100 000 bid-Direttiva 2010/73/UE. Din il-bidla għandha tiġi introdotta wkoll fir-Regolament (KE) Nru 809/2004.

    (4)

    Id-Direttiva 2010/73/UE introduċiet dispożizzjonijiet ġodda sabiex issaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri, tnaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji meta jiġbru l-kapital fis-swieq tat-titoli fl-Unjoni, u żżid l-effiċjenza fir-reġim tal-prospett, xi ħaġa li toħloq il-ħtieġa li jiġu adottati emendi fir-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tal-format tat-termini finali għal prospett bażi, il-format tas-sommarju tal-prospett, u l-kontenut dettaljat u l-forma speċifika tal-informazzjoni ewlenija li għandha tkun inkluża fis-sommarju.

    (5)

    Sabiex jiġi evitat li t-termini finali ta’ prospett bażi ikun fihom informazzjoni li teħtieġ li tiġi approvata mill-awtoritajiet kompetenti, fil-prospett bażi għandu jkun hemm l-informazzjoni kollha li l-emittent kien jaf fiż-żmien li tfassal il-prospett.

    (6)

    Għandu jiġi pprovdut li prospett bażi jista’ jinkludi għażliet rigward l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iskedi u l-komponent elementi tan-nota tat-titoli rilevanti. It-termini finali għandhom imbagħad jistipulaw liema minn dawn l-għażliet huma applikabbli għall-kwistjoni individwali, billi jirreferu għat-taqsimiet rilevanti tal-prospett bażi jew billi jirriproduċu din l-informazzjoni. Fit-termini finali għandu jkun permess li tiġi inkluża ċerta informazzjoni addizzjonali li ma tirrigwardax in-nota dwar it-titoli, jekk titqies utli għall-investituri. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tiġi speċifikata f’dan ir-Regolament.

    (7)

    It-termini finali ma għandhomx jemendaw jew jissostitwixxu kwalunkwe informazzjoni li tinsab fil-prospett bażi minħabba li kwalunkwe informazzjoni ġdida li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tal-investitur tal-emittent u tat-titoli hija inkluża f’suppliment jew fi prospett bażi ġdid, li jkun soġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti. Għalhekk, il-termini finali ma għandhom jinkludu l-ebda deskrizzjoni ġdida ta’ kwalunkwe kondizzjoni ġdida tal-pagament ma kinitx inkluża fil-prospett bażi.

    (8)

    Is-sommarju għandu jipprovdi lill-investituri b’informazzjoni ewlenija kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE. Għal dak il-għan, is-sommarju speċifiku għall-ħruġ individwali għandu jikkombina dik l-informazzjoni fis-sommarju tal-prospett bażi li hija relevanti biss għall-ħruġ individwali mal-partijiet relevanti fit-termini finali. Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jiġu anness mat-termini finali.

    (9)

    Għat-titoli marbuta ma’ jew sostnuti minn assi sottostanti, il-prospett bażi għandu jiddivulga l-informazzjoni kollha dwar it-tip ta’ assi sottostanti diġà magħrufa fid-data tal-approvazzjoni tiegħu. Għalhekk għandhom jiġu inklużi biss dettalji speċifiċi marbuta mal-kwistjoni ta’ dan assi sottostanti fit-termini finali peress li l-għażla tal-assi sottostanti rilevanti tista’ tiġi influwenzata mill-kundizzjonijiet tas-suq.

    (10)

    Dispożizzjonijiet dwar il-format u l-kontenut tas-sommarju tal-prospett għandhom ikunu stabbiliti ħalli informazzjoni ekwivalenti jidher fl-istess pożizzjoni fis-sommarji u prodotti simili jkunu jistgħu jitqabblu faċilment. Għalhekk, fejn element mhuwiex applikabbli għal prospett, dan l-element għandu jidher fis-sommarju bil-kliem “mhux applikabbli”.

    (11)

    Sommarju għandu jkun parti kompluta u indipendenti tal-prospett. Fejn emittent, offerent jew persuna li titlob għal ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ma tkunx taħt l-obbligu li tinkludi sommarju fil-prospett iżda tixtieq tipproduċi taqsima ta’ ħarsa ġenerali fil-prospett, din it-taqsima ma għandhiex tkun intitolata “Sommarju” sakemm it-taqsima tal-ħarsa ġenerali ma tikkonformax mar-rekwiżiti kollha tad-divulgazzjoni għas-sommarji. Is-sommarji għandhom ikunu abbozzati f’lingwaġġ sempliċi, filwaqt illi jippreżentaw l-informazzjoni b’mod faċilment aċċessibbli.

    (12)

    Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tat-titoli tal-Unjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-emittenti meta jkunu qed jiġbru kapital, għandu jiġi introdott reġim proporzjonat tad-divulgazzjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 7(2)(g) tad-Direttiva 2003/71/KE, għal offerti tal-ishma għal azzjonisti eżistenti li jistgħu jew jissottoskrivi l-ishma jew ibiegħu d-dritt li jissottoskrivu l-ishma.

    (13)

    Kif meħtieġ mill-Artikolu 7(2)(e) tad-Direttiva 2003/71/KE, reġim proporzjonat tad-divulgazzjoni għandu adegwatament iqis d-daqs tal-emittenti u l-benefiċċju għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu titoli mingħajr ekwità msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE, li jagħżlu r-reġim tad-Direttiva 2003/71/KE. Partikolarment, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, kumpaniji b’kapitalizzazzjoni imnaqqsa tas-suq u istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jitħallew jagħżlu bejn l-iskedi b’rekwiżiti proporzjonati u r-reġim tad-divulgazzjoni sħiħa.

    (14)

    Ir-reġimi tad-divulgazzjoni proporzjonata għandhom iqisu l-ħtieġa li jtejbu l-protezzjoni tal-investitur u l-ammont ta’ informazzjoni diġà ddivulgata lis-swieq.

    (15)

    Ir-reklami għandhom jinfurmaw lill-investituri meta ma jkunx meħtieġ prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE sakemm l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tkun qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ma tagħżilx li jippubblika prospett li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/71/KE u ma’ dan ir-Regolament.

    (16)

    F’konsiderazzjoni tal-bżonn li l-emittenti jingħatalhom perjodu tranżizzjonali sabiex jadattaw għar-rekwiżiti ġodda introdotti b’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal prospetti u prospetti bażi li ġew approvati minn awtorità kompetenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew wara.

    (17)

    Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 809/2004

    Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1, il-punt (3) jitħassar.

    (2)

    Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt 13 li ġej:

    “13.

    ‘Ħruġ ta’ drittijiet’, tfisser kwalunkwe ħruġ ta’ drittijiet statutorji ta’ prelazzjoni li jippermetti s-sottoskrizzjoni ta’ ishma ġodda u huwa indirizzat biss lill-azzjonisti eżistenti. Il-ħruġ ta’ drittijiet jinkludi wkoll ħruġ fejn id-drittijiet statutorji ta’ prelazzjoni jiġu annullati u sostitwiti bi strument jew dispożizzjoni li tagħti kważi l-istess drittijiet lill-azzjonisti eżistenti meta dawak id-drittijiet jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-azzjonisti jiġu offruti d-drittijiet b’xejn;

    (b)

    l-azzjonisti jkunu intitolati li jieħdu ishma ġodda fi proporzjon mal-holdings eżistenti tagħhom, jew, fil-każ ta’ titoli oħra li jagħtu dritt ta’ parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-ishma, fi propozjon għall-intitolamenti tagħhom għall-ishma sottostanti;

    (c)

    id-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni jkunu negozjabbli u trasferibbli jew, jekk le, l-ishma li jirriżultaw mid-drittijiet jinbiegħu fl-aħħar tal-perjodu tal-offerta għall-benefiċċju ta’ dawk l-azzjonisti li ma ħadux dawk l-intitolamenti;

    (d)

    l-emittent jista’, fir-rigward tal-intitolamenti msemmija fil-punt (b), li jimponi limiti jew restrizzjonijiet jew l-esklużjonijiet u jagħmlu arranġamenti li jikkunsidra xierqa biex jittratta mal-ishma tat-teżor u d-drittijiet frazzjonali, u mar-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi jew minn awtorità regolatorja fi kwalunkwe pajjiż jew territorju;

    (e)

    il-perjodu minimu matul liema l-ishma jistgħu jiġu akkwistati jkun simili għall-perjodu għall-akkwist ta’ drittijiet statutorji ta’ prelazzjoni skont l-Artikolu 29(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE (*);

    (f)

    wara l-iskadenza tal-perjodu tal-eżerċizzju, id-drittijiet jiskadu.

    (*)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.”"

    (3)

    Fl-ewwel Kapitolu, jiżdied l-Artikolu 2a li ġej:

    “Artikolu 2a

    Kategoriji ta’ informazzjoni fil- prospett bażi u t-termini finali

    1.   Il-kategoriji stabbiliti fl-Anness XX għandhom jiddeterminaw il-grad ta’ flessibbiltà li permezz tiegħu l-informazzjoni tista’ tingħata fil-prospett bażi jew it-termini finali. Il-kategoriji għandom jiġu definiti kif ġej:

    (a)

    ‘Kategorija A’ tfisser l-informazzjoni rilevanti li għandha tkun inkluża fil-prospett bażi. Din l-informazzjoni ma tistax titħalla barra biex tiddaħħal aktar tard fit-termini finali.

    (b)

    ‘Kategorija B’ tfisser li l-prospett bażi għandu jinkludi l-prinċipji ġenerali kollha marbuta mal-informazzjoni meħtieġa u biss id-dettalji li mhumiex magħrufa fiż-żmien l-approvazzjoni tal-prospett bażi jistgħu jitħallew barra biex jiddaħħlu aktar tard fit-termini finali.

    (c)

    ‘Kategorija C’ tfisser li l-prospett bażi jista’ jinkludi biss spazju riservat biex tiddaħħal aktar tard l-informazzjoni li ma kinetx magħrufa fiż-żmien l-approvazzjoni tal-prospett bażi. Tali informazzjoni rilevanti għandha imbagħad tiġi inkluża fit-termini finali.

    2.   Fejn il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/71/KE japplikaw għandu jkun meħtieġ suppliment.

    Fejn dawk il-kundizzjonijiet ma japplikawx, l-emittent, offerent jew il-persuna li tkun qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat għandha tippubblika avviż tal-bidla.”

    (4)

    L-Artikolu 3 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    L-informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża fi prospett

    Prospett għandu jitħejja billi tintuża skeda waħda jew permezz ta’ taħlita tal-iskedi u l-komponenti stipulati f’dan ir-Regolament.

    Prospett għandu jkun fih l-punti ta’ informazzjoni meħtieġa fl-Annessi I sa XVII u fl-Annessi XX sa XXIX skont it-tip ta’ emittent jew ħruġ u titoli involuti. Soġġett għall-Artikolu 4a(1), awtorità kompetenti ma għandhiex titlob li prospett jinkludi punti ta’ informazzjoni li mhumiex inklużi fl-Annessi I sa XVII jew fl-Annessi XX sa XXIX.

    Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligu msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, meta tapprova prospett bażi skont l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tiġi kompluta l-informazzjoni provduta mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, għal kull wieħed mill-punti tal-informazzjoni.

    Fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat hi mitluba tinkludi sommarju ta’ prospett, skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, meta tapprova dak il-prospett skont l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li ċerta informazzjoni provduta fil-prospett, tiġi inkluża wkoll fis-sommarju.”

    (5)

    L-Artikolu 4a jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2, il-frażi introduttiva tal-ewwel subparagrafu tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “L-awtorità kompetenti għandha tibbaża kwalunkwe talba skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 20.1 tal-Anness I, il-punt 15.1 tal-Anness XXIII, il-punt 20.1 tal-Anness XXV, il-punt 11.1 tal-Anness XXVII u l-punt 20.1 tal-Anness XXVIII fir-rigward tal-kontenut tal-informazzjoni finanzjarja u l-prinċipji applikabbli tal-kontabbiltà u tal-awditjar, soġġett għal kwalunkwe modifika li tkun xierqa fid-dawl ta’ kwalunkwe wieħed mill-fatturi li ġejjin:”

    (b)

    Fil-paragrafu 4, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(a)

    l-impenn kollu tan-negozju tiegħu fiż-żmien meta tħejja l-prospett ma kienx rappreżentata preċiżament fl-informazzjoni finanzjarja storika li huwa meħtieġ jipprovdi skont il-punti 20.1 tal-Anness I, 15.1 tal-Anness XXIII, 20.1 tal-Anness XXV, 11 tal-Anness XXVII u 20.1 tal-Anness XXVIII;”

    (c)

    Paragrafu 6 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “6.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u tal-punti 20.2 tal-Anness I, 15.2 tal-Anness XXIII u 20.2 tal-Anness XXV, bidla grossa sinifikanti tfisser varjazzjoni ta’ aktar minn 25 %, relattiva għal indikatur wieħed jew aktar tad-daqs tan-negozju tal-emittent, fis-sitwazzjoni ta’ emittent.”

    (6)

    Fl-Artikoli 7, 8, 12, 16 u 21, u fl-Annessi IV, V, VII sa X, XII, XIII, XV, u XVIII, iċ-ċifra “50 000” tiġi sostitwita b’“100 000”.

    (7)

    Fl-Artikolu 9, jiżdied fit-tieni paragrafu li ġej:

    “Il-punt 3 tal-Anness VI ma għandux japplika fejn Stat Membru jaġixxi bħala garanti.”

    (8)

    Fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

    “3.   L-emittent, l-offerent u l-persuna li qed titlob l-ammissjoni għan-negozju f’suq regolat jistgħu jagħżlu li jħejju prospett skont l-iskedi proporzjonati stabbiliti fl-Annessi XXIII biex XXIX minflok l-iskedi stabbiliti fl-Annessi I, III, IV, IX, X u XI kif deskritt hawn taħt u sakemm il-kondizzjonijiet rispettivi stabbiliti fl-Artikoli 26a, 26b u 26c jkunu ssodisfati.

    Fejn l-emittent, l-offerent u l-persuna li qed titlob l-ammissjoni għan-negozju f’suq regolat jagħmel dik l-għażla:

    (a)

    ir-referenza għall-Anness I fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXIII jew XXV;

    (b)

    ir-referenza għall-Anness III fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXIV;

    (c)

    ir-referenza għall-Anness IV fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXVI;

    (d)

    ir-referenza għall-Anness IX fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXVII;

    (e)

    ir-referenza għall-Anness X fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXVIII;

    (f)

    ir-referenza għall-Anness XI fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXIX.”

    (9)

    L-Artikolu 22 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Prospett bażi għandu jitfassal permezz ta’ skeda jew komponent wieħed jew kombinazzjoni tagħhom provduti f’dan ir-Regolament skont il-kombinazzjonijiet għal tipi varji ta’ titoli stabbiliti fl-Anness XVIII.

    Prospett bażi għandu jinkludi l-punti tal-informazzjoni meħtieġa fl-Annessi I sa XVII, l-Anness XX u l-Anness XXIII sa XXIX skont it-tip ta’ emittent u titoli involuti, previsti fl-iskedi u l-komponenti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Awtorità kompetenti ma għandhiex titlob li prospett bażi jinkludi punti ta’ informazzjoni li mhumiex inklużi fl-Annessi I sa XVII, l-Anness XX jew fl-Annessi XXIII sa XXIX.

    Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligu msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, meta tapprova prospett bażi skont l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tiġi kompluta l-informazzjoni provduta mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, għal kull wieħed mill-punti tal-informazzjoni.

    Fejn l-emittent, l-offerent u l-persuna qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat fi prospett bażi skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, għal kull wieħed mill-punti tal-informazzjoni. Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tapprova l-prospett bażi skont l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li ċertu informazzjoni provduta fil-prospett bażi, tiġi inkluża wkoll fis-sommarju.”

    (b)

    Jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

    “1a.   Il-prospett bażi jista’ jinkludi opzjonijiet fir-rigward tal-informazzjoni kategorizzata bħala Kategorija A, Kategorija B u Kategorija C, meħtieġa mill-iskedi u l-komponenti rilevanti tan-nota dwar it-titoli, u kif stabbilit fl-Annessi XX. It-termini finali għandhom jistabbilixxu liema minn dawn l-opzjonijiet hija applikabbli għall-ħruġ individwali, billi jirreferu għat-taqsimiet rilevanti tal-prospett bażi jew permezz tar-riproduzzjoni ta’ din l-informazzjoni.”

    (c)

    Il-paragrafu 4 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    “4.   It-termini finali mehmuża ma’ prospett bażi għandhom jinkludu biss dan li ġej:

    (a)

    fi ħdan l-iskedi varji tan-noti dwar it-titoli skont liema jitfassal il-prospett bażi, dawk il-punti ta’ informazzjoni kategorizzati bħala Kategoriji B u C, kif deskritt fl-Anness XX. Fejn punt ma jkunx applikabbli għal prospett, il-punt għandu jidher fit-termini finali bil-kliem ‘mhux applikabbli’;

    (b)

    fuq bażi volontarja, kwalunkwe ‘informazzjoni addizzjonali’ stipulata fl-Anness XXI;

    (c)

    kwalunkwe replika ta’, jew referenza għal opzjonijiet diġà previsti fil-prospett bażi, li huma applikabbli għall-ħruġ individwali;

    It-termini finali ma għandhomx jemendaw jew jissostitwixxu kwalunkwe informazzjoni fil-prospett bażi.”

    (d)

    Fil-paragrafu 5, jiddaħħal il-punt (1a) li ġej:

    “1a.

    taqsima li tinkludi mudell, il-‘forma tat-termini finali’, li trid tintmela għal kull ħruġ individwali.”

    (e)

    Fil-paragrafu 7, jiżdied it-tieni sottoparagrafu li ġej:

    “Fejn l-emittent ikollu bżonn iħejji suppliment dwar l-informazzjoni fil-prospett bażi li jirrelata ma’ ħruġ speċifiku wieħed biss jew ma’ diversi ħruġ speċifiċi, id-dritt tal-investituri li jirtiraw l-aċċettazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2003/71/KE għandu japplika biss għal ħruġ relevanti u mhux għal kwalunkwe ħruġ ieħor ta’ titoli skont il-prospett bażi.”

    (10)

    L-Artikolu 24 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 24

    L-kontenut tas-sommarju tal-prospett, tal-prospett bażi u tal-ħruġ individwali

    1.   L-emittent, l-offerent u l-persuna li qed titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat għandu jiddetermina l-kontenut dettaljat tas-sommarju msemmi fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE skont dan l-Artikolu.

    Sommarju għandu jinkludi l-punti tal-informazzjoni prinċipali stipulati fl-Anness XXII. Fejn punt ma jkunx applikabbli għal prospett, dak il-punt għandu jidher fis-sommarju bil-kliem ‘mhux applikabbli’. It-tul tas-sommarju għandu jqis il-kumplessità ta’ emittent u t-titoli offerti iżda ma għandux jaqbeż is-7 % tat-tul tal-prospett jew 15-il paġna, skont liema jkun l-itwal. Ma għandux jinkludi kontroreferenzi għal partijiet oħra tal-prospett.

    L-ordni tat-taqsimiet u tal-elementi tal-Anness XXII hija obbligatorja. Is-sommarji għandhom ikunu abbozzati f’lingwaġġ ċar, filwaqt li jippreżentaw l-informazzjoni prinċipali b’mod faċilment aċċessibbli u li jinftiehem. Fejn emittent mhuwiex obbligat li jinkludi sommarju fi prospett skont l-Artikolu 5(2), tad-Direttiva 2003/71/KE iżda jipproduċi taqsima b’ħarsa ġenerali fil-prospett, din it-taqsima ma għandhiex tiġi intitolata ‘Sommarju’ sakemm l-emittent ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tad-divulgazzjoni għas-sommarji stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Anness XXII.

    2.   Is-sommarju ta’ prospett bażi jista’ jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    informazzjoni inkluża fil-prospett bażi;

    (b)

    opzjonijiet għal informazzjoni meħtieġa mill-iskeda tan-nota dwar it-titoli u l-komponent(i) tagħha;

    (c)

    informazzjoni meħtieġa mill-iskeda tan-nota dwar it-titoli u l-komponent(i) tagħha titħalla vojta biex tintmela aktar tard fit-termini finali.

    3.   Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jipprovdi l-informazzjoni prinċipali tas-sommarju tal-prospett bażi flimkien mal-partijiet rilevanti tat-termini finali. Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun fih dan li ġej:

    (a)

    l-informazzjoni tas-sommarju tal-prospett bażi li hija rilevanti biss għall-ħruġ individwali;

    (b)

    l-opzjonijiet li jkunu jinsabu fil-prospett bażi li huma rilevanti biss għall-ħruġ individwali kif determinat fit-termini finali;

    (c)

    l-informazzjoni rilevanti mogħtija fit-termini finali li preċendentament kienet tħalliet barra fil-prospett bażi.

    Fejn it-termini finali jirreferu għal diversi titoli li jvarjaw biss f’xi dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data tal-maturità, sommarju wieħed tal-ħruġ individwali jista’ jiġi mehmuż ma’ dawk it-titoli kollha, sakemm l-informazzjoni li tirreferi għat-titoli differenti tkun segregata b’mod ċar.

    Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun soġġett għall-istess rekwiżiti bħat-termini finali u għandu jiġi anness magħhom.”

    (11)

    Fl-Artikolu 25(5) jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

    “Fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun meħteiġ iffajljar ta’ termini finali u sommarju tal-ħruġ individwali anness miegħu korrispondenti għal offerti magħmula qabel il-produzzjoni ta’ sommarju ġdid jew suppliment għas-sommarju.”

    (12)

    Fil-Artikolu 26, il-paragrafu 5 hu sostitwit b’li ġej:

    “5.   It-termini finali għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dokument separat jew jiġi inkluż fil-prospett bażi. It-termini finali għandhom jitħejjew f’forma faċilment analizzabbli u komprensibbli.

    Il-punti tal-iskeda tan-nota dwar it-titoli rilevanti u l-komponenti tagħha, li huma inklużi fil-prospett bażi ma għandhomx ikunu riprodotti fit-termini finali.

    L-emittent, l-offerent u l-persuna li qed titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat jistgħu jinkludu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali stipulata fl-Anness XXI fit-termini finali.

    Għandha tiddaħħal fit-termini finali dikjarazzjoni ċara u prominenti li tindika:

    (a)

    li t-termini finali jkunu ġew imħejjija għall-fini tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/71/KE u jridu jinqraw flimkien mal-prospett bażi u s-suppliment(i) tiegħu;

    (b)

    meta prospett bażi u suppliment(i) ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/71/KE;

    (c)

    li sabiex tinkiseb l-informazzjoni kollha kemm il-prospett bażi u t-termini finali jridu jinqraw flimkien;

    (d)

    li sommarju tal-ħruġ individwali huwa anness mat-termini finali.

    It-termini finali jistgħu jinkludu l-firma tar-rappreżentant legali tal-emittent jew il-persuna responsabbli għall-prospett skont il-liġi nazzjonali rilevanti jew mill-firma tagħhom it-tnejn.

    5a.   It-termini finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali għandhom jitfasslu fl-istess lingwa rispettivament bħall-verżjoni approvata tal-forma tat-termini finali tal-prospett bażi u bħas-sommarju tal-prospett bażi.

    Meta t-termini finali jiġu kkomunikati tal-Istat Membru ospitanti jew, jekk hemm iktar minn Stat Membru ospitanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/71/KE, għandhom japplikaw ir-regoli tal-lingwa li ġejjin għat-termini finali u s-sommarju anness:

    (a)

    meta s-sommarju tal-prospett bażi jeħtieġ li jiġi tradott skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/71/KE, is-sommarju għall-ħruġ individwali anness mat-termini finali għandu jiġi soġġett għall-istess rekwiżiti ta’ traduzzjoni bħas-sommarju tal-prospett bażi;

    (b)

    meta l-prospett bażi jrid jiġi tradott skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/71/KE, it-termini finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali annessi miegħu, għandhom jiġu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ traduzzjoni bħal tal-prospett bażi.

    L-emittent għandu jikkomunika dawk it-traduzzjonijiet, flimkien mat-termini finali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, jekk hemm iktar minn Stat Membru ospitanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti.”

    (13)

    Jiddaħħal il-Kapitolu IIIa li ġej:

    “KAPITOLU IIIa

    REĠIM PROPORZJONAT TA’ DIVULGAZZJONI

    Artikolu 26a

    Skeda proporzjonata għal ħruġ ta’ drittijiet

    1.   L-iskedi proporzjonati stabbiliti fl-Annessi XXIII u XXIV għandhom japplikaw għall-ħruġ ta’ drittijiet, sakemm l-emittent ikollu ishma tal-istess klassi diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fl-punt 15 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

    2.   Emittenti li l-ishma tagħhom tal-istess klassi huma diġà ammessi għan-negozjar f’faċilità multilaterali tan-negozjar jistgħu jagħmlu użu mill-iskeda stipulata fl-Annessi XXIII u XXIV biss meta r-regoli ta’ dik il-faċilità multilaterali tan-negozjar jinkludu dan li ġej:

    (a)

    Dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-emittenti jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali u rapporti ta’ awditjar fi żmien sitt xhur wara tmiem kull sena finanzjarja, rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur fi żmien erba’ xhur wara tmien l-ewwel sitt xhur ta’ kull sena finanzjarja, u informazzjoni interna kif definit fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva;

    (b)

    Dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-emittenti jagħmlu r-rapporti u l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) disponibbli għall-pubbliku billi jippubblikawhom fuq il-websajts tagħhom;

    (c)

    dispożizzjonijiet li jipprevjenu abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq skont id-Direttiva 2003/6/KE.

    3.   Dikjarazzjoni fil-bidu tal-prospett għandha tindika biċ-ċar li l-ħruġ ta’ drittijiet huwa indirizzat lill-azzjonisti tal-emittent u li l-livell ta’ divulgazzjoni tal-prospett huwa proporzjonat għal dak it-tip ta’ ħruġ.

    Artikolu 26b

    Skedi proporzjonati għall-intrapriżi żgħar u medji u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa

    L-iskedi proporzjonati stabbiliti fl-Annessi XXV sa XXVIII għandhom japplikaw meta titoli maħruġa minn intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar f’suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru.

    Madankollu, intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jistgħu minflok jagħżlu li jfasslu prospett skont l-iskedi stabbiliti fl-Annessi I sa XVII u XX sa XXIV.

    Artikolu 26c

    Rekwiżiti proporzjonati għal ħruġ minn istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE

    L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu titoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE li jħejju prospett skont l-Artikolu 1(3) ta’ dik id-Direttiva jistgħu jagħżlu li jinkludu fil-prospett tagħhom informazzjoni finanzjarja storika li tkopri biss l-aħħar sena finanzjarja, jew il-perjodu iqsar li fih l-emittent ikun ilu jopera, skont l-Anness XXIX ta’ dak ir-Regolament.

    (**)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.”"

    (14)

    L-Artikolu 27 jitħassar.

    (15)

    Fl-Artikolu 34, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

    “Fejn ma jkunx meħtieġ prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE, kwalukwe reklam għandu jinkludi twissija dwar dan sakemm l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tkun qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ma tagħżilx li tippubblika prospett li jikkonforma mad-Direttiva 2003/71/KE u ma’ dan ir-Regolament.”

    (16)

    Fl-Artikolu 35, il-paragrafu 5a jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “5a.   Emittenti ta’ pajjiżi terzi mhumiex soġġetti għal rekwiżit, taħt punt 20.1 tal-Anness I; punt 13.1 tal-Anness IV; punt 8.2 tal-Anness VII; punt 20.1 tal-Anness X; punt 11.1 tal-Anness XI; punt 15.1 tal-Anness XXIII; punt 20.1 tal-Anness XXV; punt 13.1 tal-Anness XXVI; punt 20.1 tal-Anness XXVIII; jew punt 11 tal-Anness XXIX, li jiddikjaraw mill-ġdid l-informazzjoni finanzjarja storika, inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2015 jew wara, jew għal rekwiżit taħt punt 8.2.bis tal-Anness VII; punt 11.1 tal-Anness IX; punt 20.1.bis tal-Anness X; punt 11.1 tal-Anness XXVII; punt 20.1 tal-Anness XXVIII, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji ta’ kontabbiltà skont liema titfassal din l-informazzjoni relatata mas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2015 jew wara, sakemm l-informazzjoni finanzjarja storika ma titħejjiex skont il-Prinċipji ta’ Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati tar-Repubblika tal-Indja.”

    (17)

    Fl-Anness V, il-punt 4.7 jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    4.7.   Ir-rata ta’ imgħax nominali u d-dispożizzjonijiet relatati mal-imgħax pagabbli:

    Id-data minn meta l-imgħax isir pagabbli u d-dati dovuti għall-imgħax.

    Il-limitu ta’ żmien fuq il-validità tal-pretensjonijiet għal imgħax u ripagament tal-kapital.

    Fejn ir-rata mhijiex fissa, dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti, deskrizzjoni tas-sottostanti li fuqha hija bbażata u tal-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejn is-sottostanti u r-rata u indikazzjoni fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar il-passat u aktar prestazzjoni tas-sottostanti u l-volatilità tiegħu.

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe avveniment ta’ tfixkil fis-suq jew ta’ tfixkil fis-saldu li jaffettwa lis-sottostanti.

    Regoli ta’ aġġustament fir-rigward ta’ avvenimenti li jikkonċernaw is-sottostanti.

    L-isem tal-aġent tal-kalkolu.

    Jekk it-titolu jkollu komponent derivattiv fil-pagament tal-imgħax, ipprovdi spjegazzjoni ċara u komprensiva sabiex l-investituri jkunu jistgħu jifhmu kif il-valur tal-investiment tagħhom jiġi affettwat mill-valur tal-istrument jew strumenti sottostanti, speċjalment fiċ-ċirkostanzi fejn ir-riskji huma l-aktar evidenti.”

    (18)

    Fl-Anness XIII, il-punt 4.8 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    4.8.   Ir-rata ta’ imgħax nominali u d-dispożizzjonijiet relatati mal-imgħax pagabbli:

    Id-data minn meta l-imgħax isir pagabbli u d-dati dovuti għall-imgħax.

    Il-limitu ta’ żmien fuq il-validità tal-pretensjonijiet għal imgħax u ripagament tal-kapital.

    Fejn ir-rata mhijiex fissa, dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti u deskrizzjoni tas-sottostanti li fuqha hija bbażata u tal-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejn is-sottostanti u r-rata.

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe avveniment ta’ tfixkil fis-suq jew ta’ tfixkil fis-saldu li jaffettwa lis-sottostanti.

    Regoli ta’ aġġustament fir-rigward ta’ avvenimenti li jikkonċernaw is-sottostanti.

    L-isem tal-aġent tal-kalkolu.”

    (19)

    Jiżdiedu l-Annessi XX sa XXIX, it-test ta’ liema Annessi jinsabu fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dispożizzjoni tranżizzjonali

    1.   Il-punt (3), punti (9)(a) sa (d), punti (10), (11) u (12) tal-Artikolu 1 ma għandhomx japplikaw għall-approvazzjoni ta’ suppliment għal prospett jew għall-prospett bażi fejn il-prospett jew il-prospett bażi kien approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2012.

    2.   Fejn skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/71/KE l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinnotifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’ċertifikat ta’ approvazzjoni fir-rigward ta’ prospett jew prospett bażi approvati qabel l-1 ta’ Lulju 2012, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha biċ-ċar u espliċitament tindika fiċ-ċertifikat li l-prospett jew il-prospett bażi kien approvata qabel l-1 ta’ Lulju 2012.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

    (2)  ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.

    (3)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

    (4)  ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1.


    ANNESS

    ANNESS XX

    Lista ta’ skedi u komponent(i) tan-nota dwar it-titoli

     

    Anness V

    Struzzjonijiet

    1.

    PERSUNI RESPONSABBLI

     

    1.1.

    Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, kif jista' jagħti il-każ, għal ċerti partijiet minnu, b'indikazzjoni, fil-każ imsemmi l-aħħar, ta’ dawn il-partijiet. Fil-każ ta’ persuni naturali inklużi membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji tal-emittent, indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta’ persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat.

    Kategorija A

    1.2.

    Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-prospett hija, safejn jafu huma, konformi mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha. Kif jista' jagħti l-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċerti partijiet tal-prospett li l-informazzjoni inkluża fil-parti tal-prospett li għalihom huma responsabbli hija, safejn jafu huma, hija konformi mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.

    Kategorija A

    2.

    FATTURI TA' RISKJU

     

    2.1.

    Divulgazzjoni prominenti ta’ fatturi ta’ riskju li huma materjali għat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar sabiex jiġi vvalutat ir-riskju tas-suq assoċjat ma’ dawn it-titoli fit-taqsima bl-intestatura “Fatturi ta’ Riskju”.

    Kategorija A

    3.

    INFORMAZZJONI PRINĊIPALI

     

    3.1.

    Interess ta’ persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħruġ/offerta

     

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe interess, inkluż dawk ta’ kunflitt, li huwa materjali għall-ħruġ/offerta, filwaqt li jingħataw id-dettalji tal-persuni involuti u n-natura tal-interess.

    Kategorija C

    3.2.

    Raġunijiet għall-offerta u l-użu tal-introjtu

     

    Raġunijiet għall-offerta jekk differenti milli biex isir profit u/jew l-iħħeġġjar ta’ ċerti riskji. Fejn applikabbli, id-divulgazzjoni tal-ispejjeż totali stmati tal-ħruġ/offerta u l-ammont nett stmat tal-introjtu. Dawn l-ispejjeż u dan l-introjtu għandhom jinqasmu f'kull użu prinċipali intenzjonat u ppreżentati skont l-ordni tal-prijorità ta’ dawn l-użi. Jekk l-emittent ikun konxju li l-introjtu antiċipat mhuwiex se jkun biżżejjed sabiex jiffinanzja l-użu kollu propost, iddikjara l-ammont u s-sorsi tal-fondi oħra meħtieġa.

    Kategorija C

    4.

    INFORMAZZJONI DWAR IT-TITOLI LI SE JIĠU OFFRUTI/AMMESSI GĦAN-NEGOZJAR

     

    4.1.

    (i)

    Deskrizzjoni tat-tip u l-klassi tat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar,

    Kategorija B

    (ii)

    l-ISIN (Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni tat-Titoli) jew kodiċi ieħor ta’ identifikazzjoni tat-titoli.

    Kategorija C

    4.2.

    Il-leġiżlazzjoni li taħtha nħolqu t-titoli.

    Kategorija A

    4.3.

    (i)

    Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f'forma rreġistrata jew forma bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċertifikata jew f'forma ta’ entrata fil-kotba.

    Kategorija A

    (ii)

    Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-isem u l-indirizz tal-entità responsabbli għaż-żamma tar-rekords.

    Kategorija C

    4.4.

    Munita tal-ħruġ tat-titoli

    Kategorija C

    4.5.

    Klassifikazzjoni tat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar, inklużi sommarji ta’ kwalunkwe klawsola li hija intenzjonata li taffettwa l-klassifikazzjoni jew tissubordina t-titolu għal kwalunkwe obbligazzjoni fil-preżent jew fil-futur tal-emittent.

    Kategorija A

    4.6.

    Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli, inkluża kwalunkwe limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet, u proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.

    Kategorija B

    4.7.

    (i)

    Rata ta’ imgħax nominali

    Kategorija C

    (ii)

    Dispożizzjonijiet relatati mal-imgħax pagabbli

    Kategorija B

    (iii)

    Id-data minn meta l-imgħax isir pagabbli

    Kategorija C

    (iv)

    Id-dati dovuti tal-imgħax

    Kategorija C

    (v)

    Il-limitu ta’ żmien fuq il-validità tal-pretensjonijiet għal imgħax u r-ripagament tal-kapital

    Kategorija B

    Fejn ir-rata mhijiex fissa,

     

    (vi)

    dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti

    Kategorija A

    (vii)

    deskrizzjoni tas-sottostanti li fuqha hija bbażata

    Kategorija C

    (viii)

    u tal-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejniethom it-tnejn

    Kategorija B

    (ix)

    indikazzjoni minn fejn tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat u l-prestazzjoni ulterjuri tas-sottostanti u l-volatilità tagħha

    Kategorija C

    (x)

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe avveniment ta’ tfixkil fis-suq jew ta’ tfixkil fis-saldu li jaffettwa s-sottostanti

    Kategorija B

    (xi)

    Regoli ta’ aġġustament fir-rigward ta’ avvenimenti li jikkonċernaw is-sottostanti

    Kategorija B

    (xii)

    L-isem tal-aġent tal-kalkolu

    Kategorija C

    (xiii)

    Jekk it-titolu jkollu komponent derivattiv fil-pagament tal-imgħax, ipprovdi spjegazzjoni ċara u komprensiva sabiex l-investituri jkunu jistgħu jifhmu kif il-valur tal-investiment tagħhom jiġi affettwat mill-valur tal-istrument(i) sottostanti, speċjalment fiċ-ċirkostanzi fejn ir-riskji huma l-aktar evidenti

    Kategorija B

    4.8.

    (i)

    data tal-maturità

    Kategorija C

    (ii)

    arranġamenti għall-ammortizzament tas-self, inkluż il-proċeduri tar-ripagament. Fejn jiġi kkontemplat ammortizzament bil-quddiem, fuq l-inizjattiva tal-emittent jew tad-detentur, dan għandu jiġi deskritt, filwaqt illi jiġu stipulati t-termini u l-kondizzjonijiet tal-ammortizzament

    Kategorija B

    4.9.

    (i)

    Indikazzjoni tar-rendiment

    Kategorija C

    (ii)

    Iddeskrivi f'forma fil-qosor il-metodu li bih ir-rendiment jiġi kkalkolat.

    Kategorija B

    4.10.

    Rappreżentanza ta’ detenturi tat-titoli tad-dejn inkluża identifikazzjoni tal-organizzazzjoni li qed tirrappreżenta l-investituri u dispożizzjonijiet li japplikaw għal din ir-rappreżentanza. Indikazzjoni ta’ fejn il-pubbliku jista' jkollu aċċess għall-kuntratti dwar dawn il-forom ta’ rappreżentanza.

    Kategorija B

    4.11.

    Fil-każ ta’ ħarġiet ġodda, dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom ġew jew kienu ser jiġu maħluqa u/jew maħruġa t-titoli.

    Kategorija C

    4.12.

    Fil-każ ta’ ħarġiet ġodda, id-data tal-ħruġ mistennija tat-titoli.

    Kategorija C

    4.13.

    Deskrizzjoni ta’ kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà ħielsa.

    Kategorija A

    4.14.

    Fir-rigward tal-pajjiż tal-uffiċċju rreġistrat tal-emittent u l-pajjiż(i) fejn qed issir l-offerta jew fejn qed tintalab l-ammissjoni għan-negozjar:

    informazzjoni dwar it-taxxi fuq id-dħul mit-titoli miżmuma minn ras il-għajn

    indikazzjoni dwar jekk l-emittent jassumix ir-responsabbiltà għaż-żamma tat-taxxi minn ras il-għajn

    Kategorija A

    5.

    TERMINI U KONDIZZJONIJIET TAL-OFFERTA

     

    5.1.

    Kondizzjonijiet, statistiċi tal-offerta, skeda taż-żmien mistennija u azzjoni meħtieġa sabiex issir applikazzjoni għall-offerta

     

    5.1.1.

    Kondizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-offerta

    Kategorija C

    5.1.2.

    Ammont totali tal-ħruġ/offerta; jekk l-ammont mhuwiex fiss, deskrizzjoni tal-arranġamenti u l-ħin sabiex jitħabbar lill-pubbliku l-ammont definittiv tal-offerta.

    Kategorija C

    5.1.3.

    (i)

    Il-perjodu ta’ żmien, inkluż kull emenda possibbli, matul liema se tkun miftuħa l-offerta

    Kategorija C

    (ii)

    deskrizzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni.

    Kategorija C

    5.1.4.

    Deskrizzjoni tal-possibbiltà li jitnaqqsu s-sottoskrizzjonijiet u l-mod kif jiġi rimborżat ammont żejjed imħallas mill-applikanti.

    Kategorija C

    5.1.5.

    Dettalji tal-ammont minimu u/jew massimu ta’ applikazzjonijiet, (sewwa jekk fl-għadd ta’ titoli jew l-ammont aggregat li se jiġi investit)

    Kategorija C

    5.1.6.

    Il-metodu u l-limiti taż-żmien sabiex jitħallsu t-titoli u għall-konsenja tat-titoli

    Kategorija C

    5.1.7.

    Deskrizzjoni sħiħa tal-mod u d-data li fiha r-riżultati tal-offerta se jiġu ppubblikati.

    Kategorija C

    5.1.8.

    Il-proċedura għall-eżerċizzju ta’ kwalunkwe dritt ta’ prelazzjoni, in-negozjabbiltà tad-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni u t-trattament tad-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni mhux eżerċitati

    Kategorija C

    5.2.

    Pjan ta’ distribuzzjoni u l-allokament

     

    5.2.1.

    (i)

    Il-kategoriji varji ta’ investituri potenzjali li lilhom jiġu offruti t-titoli

    Kategorija A

    (ii)

    Jekk l-offerta tkun qed issir simultanjament fis-swieq ta’ żewġ pajjiżi jew aktar u jekk porzjon kien jew qed jiġi riservat għal uħud minnhom, indika kwalunkwe porzjon bħal dan.

    Kategorija C

    5.2.2.

    Proċess għal notifika lill-applikanti tal-ammont allokat u l-indikazzjoni jekk jistax jibda n-negozjar qabel ma ssir in-notifika

    Kategorija C

    5.3.

    Prezzar

     

    5.3.1.

    (i)

    Indikazzjoni tal-prezz mistenni li bih se jiġu offruti t-titoli jew

    Kategorija C

    (ii)

    il-metodu tad-determinazzjoni tal-prezz u l-proċess għad-divulgazzjoni tiegħu

    Kategorija B

    (iii)

    Indika l-ammont ta’ kull spiża u taxxa imposta speċifikament fuq is-sottoskritt jew ix-xerrej.

    Kategorija C

    5.4.

    Tqegħid u Sottoskrizzjoni

     

    5.4.1.

    L-isem u l-indirizz tal-koordinatur(i) tal-offerta globali u tal-partijiet singoli tal-offerta u, sal-punt magħruf lill-emittent jew lill-offerent, il-placers fil-pajjiżi varji fejn isseħħ l-offerta.

    Kategorija C

    5.4.2.

    L-isem u l-indirizz ta’ kull aġent li jħallas u aġent depożitarju f'kull pajjiż

    Kategorija C

    5.4.3.

    L-isem u l-indirizz tal-entitajiet li qed jaqblu li jissottoskrivu l-ħruġ fuq bażi ta’ impenn sod, u l-isem u l-indirizz tal-entitajiet li qed jaqblu li jpoġġu l-ħruġ mingħajr impenn sod jew taħt arranġamenti tal-“aħjar sforzi”. Indikazzjoni tal-fatturi materjali tal-ftehimiet, inklużi l-kwoti. Fejn mhux il-ħruġ kollu jkun ġie sottoskritt, dikjarazzjoni tal-porzjon li ma jkunx ġie kopert. Indikazzjoni tal-ammont globali tal-kummissjoni tas-sottoskrizzjoni u tal-kummissjoni tat-tqegħid.

    Kategorija C

    5.4.4.

    Meta ikun intlaħaq jew se jintlaħaq il-ftehim tas-sottoskrizzjoni.

    Kategorija C

    6.

    AMMISSJONI GĦAN-NEGOZJAR U ARRANĠAMENTI TA' NEGOZJAR

     

    6.1.

    (i)

    Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew humiex se jkunu l-oġġett ta’ applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar, bil-għan tad-distribuzzjoni tagħhom f'suq regolat jew swieq ekwivalenti oħra b'indikazzjoni tas-swieq inkwistjoni. Din iċ-ċirkostanza għandha tissemma, mingħajr ma tinħoloq l-impressjoni li l-ammissjoni għan-negozjar se tiġi neċessarjament approvata.

    Kategorija B

    (ii)

    Jekk ikunu magħrufa, agħti l-aktar dati kmieni li fihom it-titoli se jiġu ammessi għan-negozjar

    Kategorija C

    6.2.

    Is-swieq regolati jew is-swieq ekwivalenti kollha li fihom, safejn jaf l-emittent, titoli tal-istess klassi tat-titoli li jridu jiġu offruti jew ammessi għan-negozjar huma diġà ammessi għan-negozjar

    Kategorija C

    6.3.

    L-isem u l-indirizz tal-entitajiet li għandhom impenn sod li jaġixxu bħala intermedjarji f'negozjar sekondarju, jipprovdu likwidità permezz ta’ rati ta’ offerta u deskrizzjoni tat-termini ewlenin tal-impenn tagħhom.

    Kategorija C

    7.

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

     

    7.1.

    Jekk konsulenti konnessi ma’ ħruġ jiġu msemmija fin-Nota dwar it-Titoli, dikjarazzjoni tal-kapaċità li fiha jkunu aġixxew il-konsulenti.

    Kategorija C

    7.2.

    Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fin-Nota dwar it-Titoli li tkun ġiet awditjata jew riveduta minn awdituri statutorji u fejn awdituri jkunu pproduċew rapport. Riproduzzjoni tar-rapport jew, bil-permess tal-awtorità kompetenti, sommarju tar-rapport.

    Kategorija A

    7.3.

    Fejn dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil persuna bħala esperta jiġi inkluż fin-Nota dwar it-Titoli, ipprovdi l-isem ta’ din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess materjali jekk ikun hemm fl-emittent. Jekk ir-rapport ikun ġie prodott fuq it-talba tal-emittent, dikjarazzjoni li dik id-dikjarazzjoni jew dak ir-rapport huwa inkluż, fil-forma u l-kuntest li fih huwa inkluż, bil-kunsens ta’ dik il-persuna li tkun awtorizzat il-kontenut ta’ dik il-parti tan-Nota dwar it-Titoli.

    Kategorija A

    7.4.

    Fejn l-informazzjoni tkun inġiebet minn parti terza, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni tkun ġiet riprodotta b'mod preċiż u li safejn l-emittent huwa konxju u jista' jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata minn dik il-parti terza, l-ebda fatti ma tħallew barra li jirrendu l-informazzjoni riprodotta ineżatta jew qarrieqa. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) tal-informazzjoni.

    Kategorija C

    7.5.

    (i)

    Klassifikazzjonijiet ta’ kreditu assenjati lil emittent fuq it-talba jew bil-kooperazzjoni tal-emittent fil-proċess tal-klassifika u spjegazzjoni qasira tat-tifsira tal-klassifika jekk din tkun ġiet ippubblikata minn qabel mill-fornitur tal-klassifika

    Kategorija A

    (ii)

    Klassifikazzjonijiet ta’ kreditu assenjati lit-titoli fuq it-talba jew bil-kooperazzjoni tal-emittent fil-proċess ta’ klassifikazzjoni u spjegazzjoni qasira tat-tifsira tal-klassifikazzjoni jekk din tkun ġiet ippubblikata minn qabel mill-fornitur tal-klassifikazzjoni

    Kategorija C

     

    Anness XII

    Struzzjonijiet

    1.

    PERSUNI RESPONSABBLI

     

    1.1.

    Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, kif jista' jagħti il-każ, għal ċerti partijiet minnu, b'indikazzjoni, fil-każ imsemmi l-aħħar, ta’ dawn il-partijiet. Fil-każ ta’ persuni naturali inklużi membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji tal-emittent, indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta’ persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat.

    Kategorija A

    1.2.

    Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-prospett hija, safejn jafu huma, konformi mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha. Kif jista' jagħti l-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċerti partijiet tal-prospett li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-parti tal-prospett li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, konformi mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa s-sinifikat tagħha.

    Kategorija A

    2.

    FATTURI TA' RISKJU

     

    2.1.

    Divulgazzjoni prominenti ta’ fatturi ta’ riskju li huma materjali għat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar sabiex jiġi vvalutat ir-riskju tas-suq assoċjat ma’ dawn it-titoli fit-taqsima bl-intestatura “fatturi ta’ riskju”. Dan irid jinkludi twissija ta’ riskju li l-investituri jistgħu jitilfu l-valur tal-investiment kollu tagħhom jew parti minnu, kif jista' jagħti l-każ, u/jew, jekk ir-responsabbiltà tal-investitur ma tkunx limitata għall-valur tal-investiment tiegħu, dikjarazzjoni ta’ dak il-fatt, flimkien ma’ deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom tinħoloq din ir-responsabbiltà addizzjonali u l-effett finanzjarju possibbli

    Kategorija A

    3.

    INFORMAZZJONI PRINĊIPALI

     

    3.1.

    Interess ta’ persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħruġ/offerta

     

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe interess, inkluż dawk ta’ kunflitt, li huwa materjali għall-ħruġ/offerta, filwaqt li jingħataw id-dettalji tal-persuni involuti u n-natura tal-interess

    Kategorija C

    3.2.

    Raġunijiet għall-offerta u l-użu tal-introjtu meta jkunu differenti milli biex isir profitt u/jew għall-iħħeġġjar ta’ ċerti riskji

     

    Jekk ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu tal-introjtu jiġu divulgazzjoni pprovdi l-introjtu nett totali u estimu tal-ispejjeż totali tal-ħruġ/offerta.

    Kategorija C

    4.

    INFORMAZZJONI DWAR IT-TITOLI LI SE JIĠU OFFRUTI U AMMESSI GĦAN-NEGOZJAR

     

    4.1.

    Informazzjoni dwar it-titoli

     

    4.1.1.

    (i)

    Deskrizzjoni tat-tip u l-klassi tat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar,

    Kategorija B

    (ii)

    l-ISIN (Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni tat-Titoli) jew kodiċi ieħor ta’ identifikazzjoni tat-titoli.

    Kategorija C

    4.1.2.

    Spjegazzjoni ċara u komprensiva sabiex tgħin lill-investituri jifhmu kif il-valur tal-investiment tagħhom jiġi affettwat mill-valur tal-istrument(i) sottostanti, speċjalment fiċ-ċirkostanzi fejn ir-riskji huma l-aktar evidenti sakemm it-titoli ma jkollhomx denominazzjoni għal kull unità ta’ mill-inqas EUR 100 000 jew jistgħu jiġu akkwistati biss għal mill-inqas EUR 100 000 kull titolu.

    Kategorija B

    4.1.3.

    Il-leġiżlazzjoni li taħtha nħolqu t-titoli.

    Kategorija A

    4.1.4.

    (i)

    Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f'forma rreġistrata jew forma bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċertifikata jew f'forma ta’ entrata fil-kotba.

    Kategorija A

    (ii)

    Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-isem u l-indirizz tal-entità responsabbli għaż-żamma tar-rekords.

    Kategorija C

    4.1.5.

    Munita tal-ħruġ tat-titoli

    Kategorija C

    4.1.6.

    Klassifikazzjoni tat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar, inklużi sommarji ta’ kwalunkwe klawsola li hija intenzjonata li taffettwa l-klassifikazzjoni jew tissubordina t-titolu għal kwalunkwe obbligazzjoni fil-preżent jew fil-futur tal-emittent.

    Kategorija A

    4.1.7.

    Deskrizzjoni tad-drittijiet mehmuża mat-titoli, inkluża kwalunkwe limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet, u proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.

    Kategorija B

    4.1.8.

    Fil-każ ta’ ħarġiet ġodda, dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom kienu jew ser jiġu maħluqa u/jew maħruġa t-titoli.

    Kategorija C

    4.1.9.

    Id-data tal-ħruġ tat-titoli

    Kategorija C

    4.1.10.

    Deskrizzjoni ta’ kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà ħielsa tat-titoli

    Kategorija A

    4.1.11.

    (i)

    Id-data tal-iskadenza tat-titoli derivattivi

    Kategorija C

    (ii)

    Id-data tal-eżerċizzju jew id-data ta’ referenza finali

    Kategorija C

    4.1.12.

    Deskrizzjoni tal-proċedura tas-saldu tat-titoli derivattivi

    Kategorija B

    4.1.13.

    (i)

    Deskrizzjoni dwar kif iseħħ kwalunkwe kull redditu fuq titoli derivattivi (1)

    Kategorija B

    (ii)

    id-data tal-pagament jew il-konsenja

    Kategorija C

    (iii)

    il-mod kif jiġi kkalkolat

    Kategorija B

    4.1.14.

    Fir-rigward tal-pajjiż tal-uffiċċju rreġistrat tal-emittent u l-pajjiż(i) fejn qed issir l-offerta jew fejn qed tintalab l-ammissjoni għan-negozjar:

    informazzjoni dwar it-taxxi fuq id-dħul mit-titoli miżmuma minn ras il-għajn

    indikazzjoni dwar jekk l-emittent jassumix ir-responsabbiltà għaż-żamma tat-taxxi minn ras il-għajn

    Kategorija A

    4.2.

    Informazzjoni dwar is-sottostanti

     

    4.2.1.

    Il-prezz tal-eżerċizzju jew il-prezz ta’ referenza finali tas-sottostanti

    Kategorija C

    4.2.2.

    Dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti

    Kategorija A

    indikazzjoni fejn tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat u prestazzjoni ulterjuri tas-sottostanti u l-volatilità tagħha

    Kategorija C

    (i)

    fejn is-sottostanti huwa titolu

     

    l-isem tal-emittent tat-titolu

    Kategorija C

    l-ISIN (numru internazzjonali ta’ identifikazzjoni tat-titoli) jew kodiċi ieħor ta’ identifikazzjoni tat-titoli

    Kategorija C

    (ii)

    fejn is-sottostanti huwa indiċi

     

    l-isem tal-indiċi

    Kategorija C

    deskrizzjoni tal-indiċi jekk ikun kompost mill-emittent.

    Kategorija A

    Jekk l-indiċi mhux kompost mill-emittent, fejn tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar l-indiċi

    Kategorija C

    (iii)

    fejn is-sottostanti hija rata ta’ imgħax

     

    deskrizzjoni tar-rata tal-imgħax

    Kategorija C

    (iv)

    oħrajn

     

    Fejn is-sottostanti ma taqax fil-kategoriji speċifikati hawn fuq in-nota dwar it-titoli għandha tinkludi informazzjoni ekwivalenti.

    Kategorija C

    (v)

    fejn is-sottostanti huwa basket ta’ sottostanti

     

    divulgazzjoni tal-ippezzar rilevanti ta’ kull sottostanti fil-basket

    Kategorija C

    4.2.3.

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe avveniment ta’ tfixkil fis-suq jew ta’ tfixkil fis-saldu li jaffettwa s-sottostanti

    Kategorija B

    4.2.4.

    Regoli ta’ aġġustament fir-rigward ta’ avvenimenti li jikkonċernaw is-sottostanti

    Kategorija B

    5.

    TERMINI U KONDIZZJONIJIET TAL-OFFERTA

     

    5.1.

    Kondizzjonijiet, statistiċi tal-offerta, skeda taż-żmien mistennija u azzjoni meħtieġa sabiex issir applikazzjoni għall-offerta

     

    5.1.1.

    Kondizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-offerta

    Kategorija C

    5.1.2.

    Ammont totali tal-ħruġ/offerta; jekk l-ammont mhuwiex fiss, deskrizzjoni tal-arranġamenti u l-ħin sabiex jitħabbar lill-pubbliku l-ammont definittiv tal-offerta.

    Kategorija C

    5.1.3.

    (i)

    Il-perjodu ta’ żmien, inkluż kull emenda possibbli, matul liema se tkun miftuħa l-offerta

    Kategorija C

    (ii)

    deskrizzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni.

    Kategorija C

    5.1.4.

    Dettalji tal-ammont minimu u/jew massimu ta’ applikazzjonijiet, (sewwa jekk fl-għadd ta’ titoli jew l-ammont aggregat li se jiġi investit)

    Kategorija C

    5.1.5.

    Il-metodu u l-limiti taż-żmien sabiex jitħallsu t-titoli u għall-konsenja tat-titoli

    Kategorija C

    5.1.6.

    Deskrizzjoni sħiħa tal-mod u d-data li fiha r-riżultati tal-offerta se jiġu ppubblikati.

    Kategorija C

    5.2.

    Pjan ta’ distribuzzjoni u l-allokament

     

    5.2.1.

    (i)

    Il-kategoriji varji ta’ investituri potenzjali li lilhom jiġu offruti t-titoli

    Kategorija A

    (ii)

    Jekk l-offerta tkun qed issir simultanjament fis-swieq ta’ żewġ pajjiżi jew aktar u jekk porzjon kien jew qed jiġi riservat għal uħud minnhom, indika kwalunkwe porzjon bħal dan.

    Kategorija C

    5.2.2.

    Proċess għal notifika lill-applikanti tal-ammont allokat u l-indikazzjoni jekk jistax jibda n-negozjar qabel ma ssir in-notifika

    Kategorija C

    5.3.

    Prezzar

     

    5.3.1.

    (i)

    Indikazzjoni tal-prezz mistenni li bih se jiġu offruti t-titoli jew

    Kategorija C

    (ii)

    il-metodu tad-determinazzjoni tal-prezz u l-proċess għad-divulgazzjoni tiegħu

    Kategorija B

    (iii)

    Indika l-ammont ta’ kull spiża u taxxa imposta speċifikament fuq is-sottoskritt jew ix-xerrej.

    Kategorija C

    5.4.

    Tqegħid u Sottoskrizzjoni

     

    5.4.1.

    L-isem u l-indirizz tal-koordinatur(i) tal-offerta globali u tal-partijiet singoli tal-offerta u, sal-punt magħruf lill-emittent jew lill-offerent, il-placers fil-pajjiżi varji fejn isseħħ l-offerta.

    Kategorija C

    5.4.2.

    L-isem u l-indirizz ta’ kull aġent li jħallas u aġent depożitarju f'kull pajjiż

    Kategorija C

    5.4.3.

    Entitajiet li qed jaqblu li jissottoskrivu l-ħruġ fuq bażi ta’ impenn sod, u l-entitajiet li qed jaqblu li jpoġġu l-ħruġ mingħajr impenn sod jew taħt arranġamenti tal-“aħjar sforzi”. Fejn mhux il-ħruġ kollha tkun ġiet sottoskritta, dikjarazzjoni tal-porzjon li ma jkunx ġie kopert.

    Kategorija C

    5.4.4.

    Meta ikun intlaħaq jew se jintlaħaq il-ftehim tas-sottoskrizzjoni.

    Kategorija C

    5.4.5.

    L-isem u l-indirizz ta’ aġent tal-kalkolu

    Kategorija C

    6.

    AMMISSJONI GĦAN-NEGOZJAR U ARRANĠAMENTI TA' NEGOZJAR

     

    6.1.

    (i)

    Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew humiex se jkunu l-oġġett ta’ applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar, bil-għan tad-distribuzzjoni tagħhom f'suq regolat jew swieq ekwivalenti oħra b'indikazzjoni tas-swieq inkwistjoni. Din iċ-ċirkostanza għandha tissemma, mingħajr ma tinħoloq l-impressjoni li l-ammissjoni għan-negozjar se tiġi neċessarjament approvata.

    Kategorija B

    (ii)

    Jekk ikunu magħrufa, agħti l-aktar dati kmieni li fihom it-titoli se jiġu ammessi għan-negozjar

    Kategorija C

    6.2.

    Is-swieq regolati jew is-swieq ekwivalenti kollha li fihom, safejn jaf l-emittent, titoli tal-istess klassi tat-titoli li jridu jiġu offruti jew ammessi għan-negozjar huma diġà ammessi għan-negozjar

    Kategorija C

    6.3.

    L-isem u l-indirizz tal-entitajiet li għandhom impenn sod li jaġixxu bħala intermedjarji f'negozjar sekondarju, jipprovdu likwidità permezz ta’ rati ta’ offerta u deskrizzjoni tat-termini ewlenin tal-impenn tagħhom.

    Kategorija C

    7.

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

     

    7.1.

    Jekk konsulenti konnessi ma’ ħruġ jiġu msemmija fin-Nota dwar it-Titoli, dikjarazzjoni tal-kapaċità li fiha jkunu aġixxew il-konsulenti.

    Kategorija C

    7.2.

    Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fin-Nota dwar it-Titoli li tkun ġiet awditjata jew riveduta minn awdituri statutorji u fejn awdituri jkunu pproduċew rapport. Riproduzzjoni tar-rapport jew, bil-permess tal-awtorità kompetenti, sommarju tar-rapport.

    Kategorija A

    7.3.

    Fejn dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil persuna bħala esperta jiġi inkluż fin-Nota dwar it-Titoli, ipprovdi l-isem ta’ din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess materjali jekk ikun hemm, fl-emittent. Jekk ir-rapport ikun ġie prodott fuq it-talba tal-emittent, dikjarazzjoni li dik id-dikjarazzjoni jew dak ir-rapport huwa inkluż, fil-forma u l-kuntest li fih huwa inkluż, bil-kunsens ta’ dik il-persuna li tkun awtorizzat il-kontenut ta’ dik il-parti tan-Nota dwar it-Titoli.

    Kategorija A

    7.4.

    Fejn l-informazzjoni tkun inġiebet minn parti terza, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni tkun ġiet riprodotta b'mod preċiż u li safejn l-emittent huwa konxju u jista' jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata minn dik il-parti terza, l-ebda fatti ma tħallew barra li jirrendu l-informazzjoni riprodotta ineżatta jew qarrieqa. Barra minn hekk, l-emittent għandu jidentifika s-sors(i) tal-informazzjoni

    Kategorija C

    7.5.

    Indikazzjoni fil-prospett jekk l-emittent għandux l-intenzjoni jew le jipprovdi informazzjoni ta’ wara l-ħruġ. Fejn l-emittent ikun indika li għandu l-intenzjoni li jirrapporta din l-informazzjoni, l-emittent għandu jispeċifika fil-prospett liema informazzjoni se tiġi rrapportata u fejn tista' tinkiseb din l-informazzjoni.

    Kategorija C

     

    Anness XIII

    Struzzjonijiet

    1.

    PERSUNI RESPONSABBLI

     

    1.1.

    Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, kif jista' jagħti il-każ, għal ċerti partijiet minnu, b'indikazzjoni, fil-każ imsemmi l-aħħar, ta’ dawn il-partijiet. Fil-każ ta’ persuni naturali inklużi membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni u superviżorji tal-emittent, indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta’ persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat.

    Kategorija A

    1.2.

    Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-prospett hija, safejn jafu huma, konformi mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha. Kif jista' jagħti l-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċerti partijiet tal-prospett li l-informazzjoni inkluża fil-parti tal-prospett li għalihom huma responsabbli hija, safejn jafu huma, hija konformi mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.

    Kategorija A

    2.

    FATTURI TA' RISKJU

     

    Divulgazzjoni prominenti ta’ fatturi ta’ riskju li huma materjali għat-titoli ammessi għan-negozjar sabiex jiġi vvalutat ir-riskju tas-suq assoċjat ma’ dawn it-titoli fit-taqsima bl-intestatura “Fatturi ta’ riskju”.

    Kategorija A

    3.

    INFORMAZZJONI PRINĊIPALI

     

    Interess ta’ persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħruġ

     

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe interess, inkluż dawk ta’ kunflitt, li huwa materjali għall-ħruġ, filwaqt li jingħataw id-dettalji tal-persuni involuti u n-natura tal-interess.

    Kategorija C

    4.

    INFORMAZZJONI DWAR IT-TITOLI LI SE JIĠU AMMESSI GĦAN-NEGOZJAR

     

    4.1.

    L-ammont totali ta’ titoli li qed jiġu ammessi għan-negozjar.

    Kategorija C

    4.2.

    (i)

    Deskrizzjoni tat-tip u l-klassi tat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar,

    Kategorija B

    (ii)

    l-ISIN (Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni tat-Titoli) jew kodiċi ieħor ta’ identifikazzjoni tat-titoli.

    Kategorija C

    4.3.

    Il-leġiżlazzjoni li taħtha nħolqu t-titoli.

    Kategorija A

    4.4.

    (i)

    Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f'forma rreġistrata jew forma bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċertifikata jew f'forma ta’ entrata fil-kotba.

    Kategorija A

    (ii)

    Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-isem u l-indirizz tal-entità responsabbli għaż-żamma tar-rekords.

    Kategorija C

    4.5.

    Munita tal-ħruġ tat-titoli

    Kategorija C

    4.6.

    Klassifikazzjoni tat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar, inklużi sommarji ta’ kwalunkwe klawsola li hija intenzjonata li taffettwa l-klassifikazzjoni jew tissubordina t-titolu għal kwalunkwe obbligazzjoni fil-preżent jew fil-futur tal-emittent.

    Kategorija A

    4.7.

    Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli, inkluża kwalunkwe limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet, u proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.

    Kategorija B

    4.8.

    (i)

    Rata ta’ imgħax nominali

    Kategorija C

    (ii)

    Dispożizzjonijiet relatati mal-imgħax pagabbli

    Kategorija B

    (iii)

    Id-data minn meta l-imgħax isir pagabbli

    Kategorija C

    (iv)

    Id-dati dovuti tal-imgħax

    Kategorija C

    (v)

    Il-limitu ta’ żmien fuq il-validità tal-pretensjonijiet għal imgħax u r-ripagament tal-kapital

    Kategorija B

    Fejn ir-rata mhijiex fissa

     

    (vi)

    Dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti

    Kategorija A

    (vii)

    deskrizzjoni tas-sottostanti li fuqha hija bbażata

    Kategorija C

    (viii)

    u tal-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejniethom it-tnejn

    Kategorija B

    (ix)

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe avveniment ta’ tfixkil fis-suq jew ta’ tfixkil fis-saldu li jaffettwa s-sottostanti

    Kategorija B

    (x)

    Regoli ta’ aġġustament fir-rigward ta’ avvenimenti li jikkonċernaw is-sottostanti

    Kategorija B

    (xi)

    L-isem tal-aġent tal-kalkolu

    Kategorija C

    4.9.

    (i)

    data tal-maturità

    Kategorija C

    (ii)

    arranġamenti għall-ammortizzament tas-self, inkluż il-proċeduri tar-ripagament. Fejn jiġi kkontemplat ammortizzament bil-quddiem, fuq l-inizjattiva tal-emittent jew tad-detentur, dan għandu jiġi deskritt, filwaqt illi jiġu stipulati t-termini u l-kondizzjonijiet tal-ammortizzament

    Kategorija B

    4.10.

    (i)

    Indikazzjoni tar-rendiment

    Kategorija C

    4.11.

    Rappreżentanza ta’ detenturi tat-titoli tad-dejn inkluża identifikazzjoni tal-organizzazzjoni li qed tirrappreżenta l-investituri u dispożizzjonijiet li japplikaw għal din ir-rappreżentanza. Indikazzjoni ta’ fejn il-pubbliku jista' jkollu aċċess għall-kuntratti dwar dawn il-forom ta’ rappreżentanza.

    Kategorija B

    4.12.

    Dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom kienu maħluqa u/jew maħruġa t-titoli.

    Kategorija C

    4.13.

    Id-data tal-ħruġ tat-titoli

    Kategorija C

    4.14.

    Deskrizzjoni ta’ kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà ħielsa tat-titoli

    Kategorija A

    5.

    AMMISSJONI GĦAN-NEGOZJAR U ARRANĠAMENTI TA' NEGOZJAR

     

    5.1.

    (i)

    Indikazzjoni tas-suq fejn se jiġu nnegozjati t-titoli u li għalih ġie ppubblikat prospett.

    Kategorija B

    (ii)

    Jekk ikunu magħrufa, agħti l-aktar dati kmieni li fihom it-titoli se jiġu ammessi għan-negozjar.

    Kategorija C

    5.2.

    L-isem u l-indirizz ta’ kull aġent li jħallas u aġent depożitarju f'kull pajjiż.

    Kategorija C

    6.

    L-ISPIŻA TAL-AMMISSJONI GĦAN-NEGOZJAR

     

    Estimu tal-ispejjeż totali relatati mal-ammissjoni għan-negozjar

    Kategorija C

    7.

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

     

    7.1.

    Jekk konsulenti jiġu msemmija fin-Nota dwar it-Titoli, dikjarazzjoni tal-kapaċità li fiha jkunu aġixxew il-konsulenti.

    Kategorija C

    7.2.

    Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fin-Nota dwar it-Titoli li tkun ġiet awditjata jew riveduta minn awdituri u fejn l-awdituri jkunu pproduċew rapport. Riproduzzjoni tar-rapport jew, bil-permess tal-awtorità kompetenti, sommarju tar-rapport.

    Kategorija A

    7.3.

    Fejn dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil persuna bħala esperta jiġi inkluż fin-Nota dwar it-Titoli, ipprovdi l-isem ta’ din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess materjali jekk ikun hemm fl-emittent. Jekk ir-rapport ikun ġie prodott fuq it-talba tal-emittent, dikjarazzjoni li dik id-dikjarazzjoni jew dak ir-rapport huwa inkluż, fil-forma u l-kuntest li fih huwa inkluż, bil-kunsens ta’ dik il-persuna li tkun awtorizzat il-kontenut ta’ dik il-parti tan-Nota dwar it-Titoli.

    Kategorija A

    7.4.

    Fejn l-informazzjoni tkun inġiebet minn parti terza, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni tkun ġiet riprodotta b'mod preċiż u li safejn l-emittent huwa konxju u jista' jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata minn dik il-parti terza, l-ebda fatti ma tħallew barra li jirrendu l-informazzjoni riprodotta ineżatta jew qarrieqa. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) tal-informazzjoni

    Kategorija C

    7.5.

    (i)

    Klassifikazzjonijiet ta’ kreditu assenjati lil emittent fuq it-talba jew bil-kooperazzjoni tal-emittent fil-proċess tal-klassifikazzjoni

    Kategorija A

    (ii)

    Klassifikazzjonijiet ta’ kreditu assenjati lit-titoli fuq it-talba jew bil-kooperazzjoni tal-emittent fil-proċess tal-klassifikazzjoni

    Kategorija C

     

    Anness VIII

    Struzzjonijiet

    1.

    IT-TITOLI

     

    1.1.

    Id-denominazzjoni minima ta’ ħruġ.

    Kategorija C

    1.2.

    Fejn tiġi ddivulgata informazzjoni dwar impriża/debitur li mhuwiex involut fil-ħruġ, ipprovdi konferma li l-informazzjoni relatata mal-impriża/debitur ġiet riprodotta b'mod preċiż mill-informazzjoni ppubblikata mill-impriża/debitur. Safejn huwa konxju l-emittent u jista' jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata mill-impriża/debitur, l-ebda fatti ma tħallew barra li jirrendu l-informazzjoni riprodotta qarrieqa.

    Kategorija C

    Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta’ informazzjoni fin-Nota dwar it-Titoli li ġiet riprodotta minn informazzjoni ppubblikata minn impriża/debitur.

    Kategorija C

    2.

    L-ASSI SOTTOSTANTI

     

    2.1.

    Konferma li l-assi titolizzati li qed isostnu l-ħruġ għandhom karatteristiċi li juru kapaċità li jipproduċu fondi sabiex jitħallas kull pagament dovut u pagabbli fuq it-titoli.

    Kategorija A

    2.2.

    Fir-rigward ta’ pula ta’ assi diskreti li qed isostnu l-ħruġ:

     

    2.2.1.

    Il-ġurisdizzjoni legali li permezz tagħha hija rregolata l-pula tal-assi

    Kategorija C

    2.2.2.

    (a)

    Fil-każ ta’ għadd żgħir ta’ debituri faċilment identifikabbli, deskrizzjoni ġenerali ta’ kull debitur

    Kategorija A

    (b)

    Fil-każijiet l-oħra kollha, deskrizzjoni ta': il-karatteristiċi ġenerali tad-debituri; u l-ambjent ekonomiku,

    Kategorija B

    kif ukoll dejta statistika globali b'referenza għall-assi titolizzati.

    Kategorija C

    2.2.3.

    in-natura legali tal-assi

    Kategorija C

    2.2.4.

    id-data(i) tal-iskadenza jew tal-maturità tal-assi

    Kategorija C

    2.2.5.

    l-ammont tal-assi

    Kategorija C

    2.2.6.

    il-proporzjon tas-self għall-valur jew il-livell ta’ kollateralizzazzjoni

    Kategorija C

    2.2.7.

    Il-metodu ta’ oriġinazzjoni jew il-ħolqien tal-assi, u għal ftehimiet ta’ self u ta’ kreditu, il-kriterji prinċipali tas-self u indikazzjoni ta’ kull self li ma jissodisfax dawn il-kriterji u kull dritt jew obbligu li jsiru aktar avvanzi

    Kategorija B

    2.2.8.

    indikazzjoni ta’ rappreżentanzi u kollaterali sinifikanti mogħtija lill-emittent b'rabta mal-assi

    Kategorija C

    2.2.9.

    kull dritt għas-sostituzzjoni tal-assi u deskrizzjoni tal-mod kif u t-tip ta’ assi li jistgħu jiġu sostitwiti b'dan il-mod; jekk hemm xi kapaċità li jiġu ssostitwiti assi ma’ klassi jew kwalità ta’ assi differenti, dikjarazzjoni f'dak is-sens flimkien ma’ deskrizzjoni tal-impatt ta’ din is-sostituzzjoni

    Kategorija B

    2.2.10.

    deskrizzjoni ta’ kull polza rilevanti tal-assigurazzjoni relatata mal-assi. Kull konċentrazzjoni fuq assiguratur wieħed irid jiġi ddivulgat jekk tkun materjali għat-tranżazzjoni

    Kategorija B

    2.2.11.

    Fejn l-assi jinkudu obbligi ta’ 5 debituri jew anqas li huma persuni ġuridiċi jew fejn debitur jgħodd għal 20 % jew aktar tal-assi, jew fejn debitur jgħodd għal porzjon materjali tal-assi, safejn l-emittent huwa konxju u/jew jista' jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata mid-debitur(i) indika waħda minn dawn li ġejjin:

     

    (a)

    informazzjoni relatata ma’ kull debitur bħallikieku kien emittent li qed jabbozza dokument ta’ reġistrazzjoni ta’ titoli ta’ dejn u derivattivi b'denominazzjoni individwali ta’ mill-inqas EUR 100 000

    Kategorija A

    (b)

    jekk debitur jew garanti għandu titoli diġà ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew suq ekwivalenti jew l-obbligi jiġu garantiti minn entità ammessa għan-negozjar f'suq regolat jew ekwivalenti, l-isem, l-indirizz, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni, in-natura tan-negozju u l-isem tas-suq fejn qed jiġu ammessi t-titoli tiegħu.

    Kategorija C

    2.2.12.

    Jekk teżisti relazzjoni li hija materjali għall-ħruġ, bejn l-emittent, il-garanti u d-debitur, dettalji tat-termini prinċipali ta’ dik ir-relazzjoni

    Kategorija C

    2.2.13.

    Fejn l-assi jinkludu obbligi li mhumiex innegozjati f'suq regolat jew ekwivalenti, deskrizzjoni tat-termini prinċipali u l-kondizzjonijiet tal-obbligi

    Kategorija B

    2.2.14.

    Fejn l-assi jinkludu titoli ta’ ekwità li huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew ekwivalenti, indika dan li ġej:

     

    (a)

    deskrizzjoni tat-titoli

    Kategorija C

    (b)

    deskrizzjoni tas-suq fejn qed jiġu nnegozjati inkluż id-data tal-istabbiliment tiegħu, kif qed tiġi ppubblikata l-informazzjoni dwar il-prezz, indikazzjoni tal-volumi tan-negozju ta’ kuljum, informazzjoni dwar il-qagħda tas-suq fil-pajjiż u l-isem tal-awtorità regolatorja tas-suq

    Kategorija C

    (c)

    il-frekwenza li biha qed jiġu ppubblikati l-prezzijiet tat-titoli rilevanti.

    Kategorija C

    2.2.15.

    Fejn aktar minn għaxra (10) fil-mija tal-assi jinkludu titoli ta’ ekwità li mhumiex innegozjati f'suq regolat jew ekwivalenti, deskrizzjoni ta’ dawk it-titoli ta’ ekwità u informazzjoni ekwivalenti għal dik inkluża fl-iskeda għad-dokument tar-reġistrazzjoni tal-ishma fir-rigward ta’ kull emittent ta’ dawk it-titoli

    Kategorija A

    2.2.16.

    Fejn porzjon materjali tal-assi huwa garantit jew sostnut minn proprjetà immobbli, rapport ta’ valutazzjoni relatat mal-proprjetà li jistabbilixxi kemm il-valwazzjoni tal-proprjetà kif ukoll il-fluss tal-flus/flussi tad-dħul. Il-konformità ma’ din id-divulgazzjoni mhijiex meħtieġa jekk il-ħruġ tat-titoli tiġi sostnuta minn self b'ipoteka bil-proprjetà bħala garanzija, fejn ma saritx revalwazzjoni tal-proprjetajiet għall-fini tal-ħruġ, u jiġi ddikjarat b'mod ċar li l-valwazzjonijiet ikkwotati huma bħal ma kienu fid-data tal-oriġinazzjoni tas-self b'ipoteka inizjali oriġinali

    Kategorija A

    2.3.

    Fir-rigward ta’ pula ta’ assi ġestita b'mod attiv li qed issostni l-ħruġ

     

    2.3.1.

    informazzjoni ekwivalenti għal dik inkluża fil-punti 2.1 u 2.2 sabiex tiġi permessa valutazzjoni tat-tip, il-kwalità, is-suffiċjenza u l-likwidità tat-tipi tal-assi fil-portafoll li se jiggarantixxu l-ħruġ

    ara punti 2.1 u 2.2

    2.3.2.

    il-parametri li fihom jistgħu jsiru l-investimenti, l-isem u d-deskrizzjoni tal-entità responsabbli għal din il-ġestjoni inkluża deskrizzjoni ta’ dik il-kompetenza u l-esperjenza ta’ entità, sommarju tad-dispożizzjonijiet relatati mat-terminazzjoni tal-ħatra ta’ din l-entità u l-ħatra ta’ entità alternattiva ta’ ġestjoni, u deskrizzjoni tar-relazzjoni ta’ dik l-entità ma’ kull parti oħra fil-ħruġ

    Kategorija B

    2.4.

    Fejn emittent jipproponi li joħroġ aktar titoli sostnuti mill-istess assi, dikjarazzjoni prominenti għal dak l-għan u sakemm dawk it-titoli l-oħra mhumiex funġibbli ma’ jew subordinati għal dawk il-klassijiet ta’ dejn eżistenti, deskrizzjoni dwar kif id-detenturi ta’ dik il-klassi se jiġu infurmati

    Kategorija C

    3.

    STRUTTURA U FLUSS TAL-FLUS

     

    3.1.

    Deskrizzjoni tal-istruttura tat-tranżazzjoni, inkluża, jekk ikun meħtieġ, dijagramma tal-istruttura

    Kategorija A

    3.2.

    Deskrizzjoni tal-entitajiet li qed jipparteċipaw fil-ħruġ u deskrizzjoni tal-funzjonijiet li jridu jitwettqu minnhom

    Kategorija A

    3.3.

    Deskrizzjoni tal-metodu u d-data tal-bejgħ, it-trasferiment, in-novazzjoni jew l-assenjazzjoni tal-assi jew ta’ kull dritt u/jew obbligu fl-assi lill-emittent jew, fejn applikabbli, il-mod u l-perjodu ta’ żmien li fih l-introjtu mill-ħruġ se jiġi investit għal kollox mill-emittent

    Kategorija B

    3.4.

    Spjegazzjoni tal-fluss tal-fondi inkluż:

     

    3.4.1.

    kif il-fluss tal-flus mill-assi se jissodisfa l-obbligi tal-emittent għad-detenturi tat-titoli, inkluż, jekk ikun meħtieġ, tabella finanzjarja tal-operat u deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet użati fl-iżvilupp tat-tabella

    Kategorija B

    3.4.2.

    informazzjoni dwar kull titjib ta’ kreditu, indikazzjoni ta’ fejn jistgħu jseħħu n-nuqqasijiet materjali u potenzjali fil-likwidità u d-disponibbiltà ta’ kwalunkwe sostenn tal-likwidità u indikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet iddisinjati sabiex ikopru riskji ta’ nuqqasijiet ta’ imgħax/kapital

    Kategorija B

    3.4.3.

    mingħajr preġudizzju għall-punt 3.4.2, dettalji ta’ kull finanzjament ta’ dejn subordinat

    Kategorija C

    3.4.4

    indikazzjoni ta’ kwalunkwe parametru għall-investiment ta’ eċċess temporanju ta’ likwidità u deskrizzjoni tal-partijiet responsabbli għal dan l-investiment

    Kategorija B

    3.4.5.

    kif jinġabru l-pagamenti fir-rigward tal-assi

    Kategorija B

    3.4.6.

    l-ordni tal-prijorità tal-pagamenti magħmula mill-emittent lid-detenturi tal-klassi tat-titoli inkwistjoni

    Kategorija A

    3.4.7.

    dettalji ta’ kull arranġament ieħor li fuqu jiddependu pagamenti ta’ imgħax u kapital lill-investituri

    Kategorija A

    3.5.

    l-isem, l-indirizz u l-attivitajiet sinifikanti tan-negozju tal-oriġinaturi tal-assi titolizzati

    Kategorija C

    3.6.

    Fejn ir-redditu fuq, u/jew ir-ripagament tat-titolu huwa marbut mal-prestazzjoni jew il-kreditu ta’ assi oħra li mhumiex assi tal-emittent, punti 2.2 u 2.3 huma meħtieġa

    Ara punti 2.2 u 2.3

    3.7.

    l-isem, l-indirizz u l-attivitajiet sinifikanti tan-negozju tal-amministratur, l-aġent tal-kalkolu jew l-ekwivalenti, flimkien ma’ sommarju tar-responsabbiltajiet tal-amministratur/l-aġent tal-kalkolu, ir-relazzjoni tagħhom mal-oriġinatur jew min ħoloq l-assi u sommarju tad-dispożizzjonijiet relatati mat-terminazzjoni tal-ħatra tal-amministratur/l-aġent tal-kalkolu u l-ħatra ta’ amministratur/aġent tal-kalkolu alternattiv

    Kategorija C

    3.8.

    l-ismijiet u l-indirizzi u deskrizzjoni fil-qosor ta':

     

    (a)

    kull kontroparti ta’ swap u kull fornitur ta’ forom oħra materjali ta’ titjib ta’ kreditu/ta' likwidità

    Kategorija A

    (b)

    il-banek fejn jinfetħu l-kontijiet ewlenin relatati mat-tranżazzjoni.

    Kategorija C

    4.

    RAPPORTAR WARA L-ĦRUĠ

     

    4.1.

    Indikazzjoni fil-prospett jekk għandux l-intenzjoni jew le li jipprovdi informazzjoni tat-tranżazzjoni wara l-ħruġ fir-rigward ta’ titoli li se jiġu ammessi għan-negozjar u l-prestazzjoni tal-kollateral sottostanti. Fejn l-emittent ikun indika li għandu l-intenzjoni li jirrapporta din l-informazzjoni, speċifika fil-prospett liema informazzjoni se tiġi rrapportata, fejn tista' tinkiseb din l-informazzjoni, u l-frekwenza li biha se tiġi rrapportata din l-informazzjoni

    Kategorija C

     

    Anness XIV

    Struzzjonijiet

    1.

    Deskrizzjoni tas-sehem sottostanti

     

    1.1.

    Iddeskrivi t-tip u l-klassi tal-ishma

    Kategorija A

    1.2.

    Il-leġiżlazzjoni taħt liema nħolqu jew se jinħolqu l-ishma

    Kategorija A

    1.3.

    Indikazzjoni jekk it-titoli humiex f'forma rreġistrata jew forma bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċertifikata jew f'forma ta’ entrata fil-kotba. Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-isem u l-indirizz tal-entità responsabbli għaż-żamma tar-rekords

    Kategorija A

    1.4.

    Indikazzjoni tal-munita tal-ħruġ tal-ishma

    Kategorija A

    1.5.

    Deskrizzjoni tad-drittijiet, inkluża kull limitazzjoni ta’ dawn, mehmuża mat-titoli u l-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet:

    Drittijiet tad-dividendi:

    data(i) fissa(i) li fiha(fihom) inħoloq l-intitolament,

    il-limitu ta’ żmien wara liema jiskadi l-intitolament għad-dividend u indikazzjoni tal-persuna li tiġi vvantaġġjata minn din l-iskadenza,

    restrizzjonijiet fuq dividendi u proċeduri għal detenturi mhux residenti,

    ir-rata tad-dividend jew il-metodu tal-kalkolu tiegħu, il-perjodiċità u n-natura kumulattiva jew mhux kumulattiva ta’ pagamenti.

    Drittijiet tal-vot.

    Drittijiet ta’ prelazzjoni f'offerti għas-sottoskrizzjoni ta’ titoli tal-istess klassi.

    Id-dritt għas-sehem mill-qligħ tal-emittent.

    Id-drittijiet ta’ sehem minn kwalunkwe eċċess fil-każ ta’ likwidazzjoni.

    Dispożizzjonijiet ta’ fidi.

    Dispożizzjonijiet ta’ konverżjoni.

    Kategorija A

    1.6.

    Fil-każ ta’ ħruġ ġdid, dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom ġew jew kienu ser jiġu maħluqa u/jew maħruġa l-ishma u indikazzjoni tad-data tal-ħruġ.

    Kategorija C

    1.7.

    Fejn u meta l-ishma se jiġu jew ġew ammessi għan-negozjar

    Kategorija C

    1.8.

    Deskrizzjoni ta’ kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tal-ishma

    Kategorija A

    1.9.

    Indikazzjoni tal-eżistenza ta’ kull offerta obbligatorja għall-akkwist/jew regoli ta’ akkwist u ta’ bejgħ fir-rigward tal-ishma

    Kategorija A

    1.10.

    Indikazzjoni tal-offerti pubbliċi għall-akkwist minn partijiet terzi fir-rigward tal-ekwità tal-emittent, li seħħew matul l-aħħar sena finanzjarja u s-sena finanzjarja attwali. Għandhom jiġu ddikjarati l-prezz jew it-termini ta’ skambju marbuta ma’ dawn l-offerti u r-riżultat tagħhom

    Kategorija A

    1.11.

    L-impatt fuq l-emittent tas-sehem sottostanti tal-eżerċizzju tad-dritt u l-effett potenzjali ta’ dilwizzjoni għall-azzjonisti.

    Kategorija C

    2.

    Meta l-emittent ta’ sottostanti jkun entità li tappartjeni għall-istess grupp, l-informazzjoni li għandha tiġi provduta dwar dan l-emittent hija dik meħtieġa mill-iskeda tad-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-ishma

    Kategorija A

     

    Anness VI

    Struzzjonijiet

    1.

    ISEM TAL-GARANTI

     

    Deskrizzjoni ta’ kull arranġament intenzjonat sabiex jiżgura li kull obbligu materjali għall-ħruġ jiġi ssodisfat kif dovut, sewwa jekk fil-forma ta’ garanzija, avall, Ftehim “Keep well”, polza tal-Assigurazzjoni Mono-line jew impenn ekwivalenti ieħor (għall-konvenjenza minn issa 'l quddiem imsejħa ġenerikament bħala “garanziji” u l-fornitur tagħhom bħala “garanti”).

    Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta’ dak imsemmi qabel, dawn l-arranġamenti jħaddnu impenji sabiex jiġu żgurati obbligi li jitħallsu lura titoli ta’ dejn u/jew il-pagament ta’ imgħax u d-deskrizzjoni għandha tistabbilixxi kif l-arranġament huwa intenzjonat sabiex jiżgura li l-pagamenti garantiti jitħallsu kif dovut.

    Kategorija B

    2.

    L-AMBITU TAL-GARANZIJA

     

    Għandhom jiġu divulgati dettalji dwar it-termini u l-kondizzjonijiet u l-ambitu tal-garanzija. Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità ta’ dak imsemmi qabel, dawn id-dettalji għandhom ikopru kull kondizzjonalità fuq l-applikazzjoni tal-garanzija fil-każ ta’ kull inadempjenza taħt it-termini tat-titolu u t-termini materjali ta’ kull assigurazzjoni mono-line jew ftehim keep well bejn l-emittent u l-garanti. Iridu jiġu divulgati wkoll dettalji ta’ kull dritt ta’ veto fir-rigward ta’ tibdil fid-drittijiet tad-detentur tat-titoli, bħalma ħafna drabi jinstab fl-Assigurazzjoni Mono-line.

    Kategorija B

    3.

    INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI DIVULGATA DWAR IL-GARANTI

     

    Il-garanti jrid jiddivulga informazzjoni dwaru nnifsu bħallikieku kien l-emittent ta’ dak l-istess tip ta’ titolu li huwa s-suġġett tal-garanzija.

    Kategorija A

    4.

    DOKUMENTI GĦALL-WIRI

     

    Indikazzjoni tal-postijiet fejn il-pubbliku jista' jkollu aċċess għall-kuntratti materjali u dokumenti oħra relatati mal-garanzija.

    Kategorija A

    ANNESS XXI

    Lista ta’ informazzjoni addizzjonali fit-termini finali

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    Eżempju/i ta’ titoli derivattivi kumplessi kif imsemmi fil-premessa 18 tar-Regolament dwar il-Prospett

    Dispożizzjonijiet addizzjonali, mhux meħtieġa min-nota rilevanti dwar it-titoli, relatati mas-sottostanti

    Pajjiż(i) fejn isseħħ/iseħħu l-offerta/i għall-pubbliku

    Pajjiż(i) fejn hija mfittxija ammissjoni għan-negozjar fis-suq/swieq regolat(i)

    Pajjiż(i) li fihom ġie nnotifikat il-prospett bażi rilevanti

    Numru tas-Serje

    Numru tal-Porzjon

    ANNESS XXII

    Rekwiżiti tad-divulgazzjoni fis-sommarji

    GWIDA GĦALL-UŻU TAT-TABELLI

    1.

    Sommarji jiġu kostrutti fuq bażi modulari skont l-Annessi minn dan ir-Regolament li fuqhom ġie bbażat il-prospett. Pereżempju, is-sommarju għal prospett tal-ishma jiddivulga l-informazzjoni meħtieġa għall-Elementi tal-Annessi I u III.

    2.

    Kull sommarju se jkun magħmul minn ħames tabelli kif deskritt hawn taħt.

    3.

    L-ordni tat-taqsimiet A-E hija obbligatorja. F’kull waħda mit-taqsimiet se jiġu ddivulgati l-elementi fl-ordni kif jidhru fit-Tabelli.

    4.

    Fejn element mhuwiex applikabbli għal prospett, dan l-element għandu jidher fis-sommarju bil-kliem “mhux applikabbli”.

    5.

    Sal-punt meħtieġ minn element, id-deskrizzjonijiet għandhom ikunu qosra.

    6.

    Is-sommarji ma għandhomx jinkludu kontroreferenzi għal partijiet speċifiċi tal-prospett.

    7.

    Fejn prospett jirrelata ma’ ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ta’ titoli mhux tal-ekwità li jkollhom denominazzjoni ta’ mill-anqas EUR 100 000 skont l-Anness IX jew XIII jew it-tnejn, u sommarju jkun meħtieġ minn Stat Membru skont l-Artikoli 5(2) u 19(4) tad-Direttiva 2003/71/KE, jew jitħejja fuq bażi volontarja, ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għas-sommarju fir-rigward tal-Annessi IX u XIII huma stabbiliti fit-Tabelli. Fejn emittent mhuwiex obbligat li jinkludi sommarju fi prospett iżda jixtieq jipproduċi xi taqsima b’ħarsa ġenerali fil-prospett, għandu jiżgura li ma tiġix intitolata “sommarju” sakemm ma tikkonformax mar-rekwiżiti kollha għad-divulgazzjoni għas-sommarji.

    Taqsima A –   Introduzzjoni u twissijiet

    Annessi

    Element

    Rekwiżit għad-divulgazzjoni

    Kollha

    A.1

    Twissija li:

    [dan] is-sommarju għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett;

    kull deċiżjoni ta’ investiment fit-titoli għandha tiġi bbażata fuq kunsiderazzjoni tal-prospett sħiħ mill-investitur;

    fejn pretensjoni relatata mal-informazzjoni inkluża f’[il-]prospett titressaq quddiem qorti, l-investitur rikorrent jista’, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri, ikollu jħallas l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jibdew il-proċeduri legali; u

    responsabbiltà ċivili hija biss ta’ dawk il-persuni li ressqu s-sommarju, inkluża kwalunwke traduzzjoni tiegħu, iżda biss jekk is-sommarju jkun qarrieqi, ineżatt jew inkonsistenti meta jinqara flimkien ma’ partijiet oħra tal-prospett jew ma jipprovdix, meta jinqara flimkien ma’ partijiet oħra tal-prospett, informazzjoni prinċipali li tgħin lill-investituri meta jikkunsidraw jekk jinvestux f’dawn it-titoli.


    Taqsima B –   Emittent u kwalunkwe garanti

    Annessi

    Element

    Rekwiżit għad-divulgazzjoni

    1, 4, 7, 9, 11

    B.1

    L-isem legali u kummerċjali tal-emittent.

    1, 4, 7, 9, 11

    B.2

    Il-forma domiċilja u legali tal-emittent, il-leġiżlazzjoni skont liema jopera l-emittent u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni tiegħu.

    1

    B.3

    Deskrizzjoni ta’, u fatturi prinċipali relatati man-natura tal-operati attwali tal-emittent u l-attivitajiet prinċipali tiegħu, li tiddikjara l-kategoriji ewlenin tal-prodotti mibjugħa u/jew is-servizzi mwettqa u l-identifikazzjoni tas-swieq prinċipali li fihom jikkompeti l-emittent.

    1

    B.4a

    Deskrizzjoni tax-xejriet riċenti l-aktar sinifikanti li jaffettwaw l-emittent u l-industriji li fihom jopera.

    4, 11

    B.4b

    Deskrizzjoni ta’ kull xejra magħrufa li taffettwa lill-emittent u l-industriji li fihom jopera.

    1, 4, 9, 11

    B.5

    Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni tal-grupp u l-pożizzjoni tal-emittent fil-grupp.

    1

    B.6

    Safejn ikun magħruf mill-emittent, l-isem ta’ kull persuna li, direttament jew indirettament, għandha interess fil-kapital tal-emittent jew id-drittijiet tal-vot, li hija notifikabbli skont il-liġi nazzjonali tal-emittent, flimkien mal-ammont ta’ kull interess ta’ persuna bħal din.

    Jekk l-azzjonisti ewlenin tal-emittent għandhomx drittijiet tal-vot differenti.

    Sal-punt magħruf lill-emittent, iddikjara jekk l-emittent huwiex direttament jew indirettament il-proprjetà jew fil-kontroll ta’ xi ħadd u minn min u iddeskrivi n-natura ta’ dan il-kontroll.

    1

    B.7

    Informazzjoni finanzjarja prinċipali storika magħżula fir-rigward tal-emittent, ippreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kull perjodu finanzjarju interim sussegwenti akkompanjat minn dejta komparattiva mill-istess perjodu fis-sena finanzjarja ta’ qabel ħlief li r-rekwiżit għall-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ jiġi ssodisfat billi tiġi ppreżentata l-informazzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-aħħar tas-sena.

    Din għandha tiġi akkompanjata minn deskrizzjoni narrattiva ta’ bidla sinifikanti għall-kondizzjoni finanzjarja tal-emittent u riżultati tal-operat matul jew sussegwenti għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja prinċipali storika.

    1, 2

    B.8

    Informazzjoni finanzjarja pro forma prinċipali magħżula, identifikata bħala tali.

    L-informazzjoni finanzjarja pro forma prinċipali magħżula trid tiddikjara b’mod ċar il-fatt li minħabba fin-natura tagħha, l-informazzjoni finanzjarja pro forma tindirizza sitwazzjoni ipotetika u, għalhekk, ma tirrappreżentax il-pożizzjoni finanzjarja attwali jew ir-riżultati tal-kumpanija.

    1, 4, 9, 11

    B.9

    Fejn isir tbassir jew estimu ta’ profit, iddikjara ċ-ċifra.

    1, 4, 9, 11

    B.10

    Deskrizzjoni tan-natura ta’ kwalunkwe kwalifika fir-rapport tal-awditjar dwar l-informazzjoni finanzjarja storika.

    3

    B.11

    Jekk il-kapital li jdur tal-emittent mhuwiex suffiċjenti għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent għandha tiġi inkluża spjegazzjoni.

    4, 9, 11

    B.12

    Uża biss l-ewwel paragrafu ta’ B.7, flimkien ma’:

    Dikjarazzjoni li ma kien hemm l-ebda bidla negattiva materjali fil-prospetti tal-emittent mid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji awditjati ppubblikati jew deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidla negattiva materjali.

    Deskrizzjoni ta’ tibdil sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew tan-negozjar sussegwenti għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika.

    4, 9, 11

    B.13

    Deskrizzjoni ta’ kull avveniment riċenti partikolari għall-emittent li huma sa punt materjali rilevanti għall-evalwazzjoni tas-solvenza tal-emittent.

    4, 9, 11

    B.14

    B.5 flimkien ma’:

    “Jekk l-emittent ikun dipendenti fuq entitajiet oħra fil-grupp, dan irid jiġi ddikjarat b’mod ċar.”

    4, 9, 11

    B.15

    Deskrizzjoni tal-attivitajiet prinċipali tal-emittent.

    4, 7, 9, 11

    B.16

    Uża biss il-paragrafu finali ta’ B.6

    5, 13

    B.17

    Klassifikazzjonijiet ta’ kreditu assenjati lil emittent jew it-titoli ta’ dejn tiegħu fuq it-talba jew bil-kooperazzjoni tal-emittent fil-proċess tal-klassifikazzjoni.

    6

    B.18

    Deskrizzjoni tan-natura u l-ambitu tal-garanzija.

    6

    B.19

    Informazzjoni tat-Taqsima B dwar il-garanti bħallikieku kien l-emittent tal-istess tip ta’ titolu li huwa s-suġġett tal-garanzija. Għalhekk, ipprovdi l-informazzjoni li hija meħtieġa għal sommarju għall-anness rilevanti.

    7

    B.20

    Dikjarazzjoni jekk l-emittent ikunx ġie stabbilit bħala vettura b’għan speċjali jew entità għall-għan li jinħarġu titoli sosnuti b’assi.

    7

    B.21

    Deskrizzjoni tal-attivitajiet prinċipali tal-emittent inkluża ħarsa ġenerali globali tal-partijiet għall-programm tat-titolizzazzjoni inkluża l-informazzjoni dwar is-sjieda diretta jew indiretta jew il-kontroll bejn dawk il-partijiet.

    7

    B.22

    Fejn mid-data tal-inkorporazzjoni jew l-istabbiliment, emittent ma jkunx beda operati u ma ikunux saru rapporti finanzjarji sad-data tad-dokument tar-reġistrazzjoni, dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    7

    B.23

    Uża biss l-ewwel paragrafu ta’ B.7

    7

    B.24

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidla negattiva materjali fil-prospetti tal-emittent mid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji awditjati ppubblikati tiegħu.

    8

    B.25

    Deskrizzjoni tal-assi sottostanti inkluż:

    konferma li l-assi titolizzati li qed isostnu l-ħruġ għandhom karatteristiċi li juru kapaċità li jipproduċu fondi sabiex jiġi ssodisfat kwalunkwe pagament dovut u pagabbli fuq it-titoli

    deskrizzjoni tal-karatteristiċi ġenerali tad-debituri u fil-każ ta’ għadd żgħir ta’ debituri faċilment identifikabbli, deskrizzjoni ġenerali ta’ kull debitur

    deskrizzjoni tan-natura legali tal-assi

    il-proporzjon tas-self għall-valur jew il-livell ta’ kollateralizzazzjoni

    Fejn rapport ta’ valwazzjoni relatat ma’ proprjetà immobbli jiġi inkluż fil-prospett, deskrizzjoni tal-valwazzjoni.

    8

    B.26

    Fir-rigward ta’ pula ġestita b’mod attiv li qed issostni l-ħruġ, deskrizzjoni tal-parametri li fihom jistgħu jsiru l-investimenti, l-isem u d-deskrizzjoni tal-entità responsabbli għal din il-ġestjoni inkluża deskrizzjoni tar-relazzjoni ta’ dik l-entità ma’ kwalunkwe parti fil-ħruġ.

    8

    B.27

    Fejn emittent jipproponi li joħroġ aktar titoli sostnuti mill-istess assi, dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    8

    B.28

    Deskrizzjoni tal-istruttura tat-tranżazzjoni, inkluża, jekk ikun meħtieġ, dijagramma tal-istruttura.

    8

    B.29

    Deskrizzjoni tal-fluss ta’ fondi inkluż informazzjoni dwar kontropartijiet ta’ swap u kull forma materjali oħra ta’ titjib ta’ kreditu/ta’ likwidità u l-fornituri tagħha.

    8

    B.30

    L-isem u deskrizzjoni tal-oriġinaturi tal-assi titolizzati.

    10

    B.31

    Informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti:

    B.1

    B.2

    B.3

    B.4

    B.5

    B.6

    B.7

    B.9

    B.10

    D.4

    10

    B.32

    Informazzjoni dwar l-emittent tal-irċevuti depożitorji:

    “L-isem u l-uffiċċju rreġistrat tal-emittent tal-irċevuti tad-depożitorji.”

    “Il-leġiżlazzjoni skont liema jopera l-emittent tal-irċevuti tad-depożitorji u l-forma legali li adotta skont il-leġiżlazzjoni.”

    15

    B.33

    L-informazzjoni li ġejja mill-Anness 1:

    B.1

    B.2

    B.5

    B.6

    B.7

    B.8

    B.9

    B.10

    C.3

    C.7

    D.2

    15

    B.34

    Deskrizzjoni tal-objettiv u l-politika tal-investiment, inkluż kull restrizzjoni ta’ investiment, li l-impriża tal-investiment kollettiv se ssegwi b’deskrizzjoni tal-istrumenti użati.

    15

    B.35

    Il-limiti ta’ self u/jew ta’ ingranaġġ tal-impriża tal-investiment kollettiv. Jekk ma jkunx hemm limiti bħal dawn, inkludi dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    15

    B.36

    Deskrizzjoni tal-istatus regolatorju tal-impriża tal-investiment kollettiv flimkien mal-isem ta’ kwalunkwe regolatur fil-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tiegħu.

    15

    B.37

    Profil fil-qosor ta’ investitur tipiku li għalih tiġi ddisinjata l-impriża ta’ investiment kollettiv.

    15

    B.38

    Fejn il-korp ewlieni tal-prospett jiddivulga li aktar minn 20 % tal-assi grossi tal-impriża ta’ investiment kollettiv jistgħu jiġu:

    (a)

    investiti, direttament jew indirettament, f’assi sottostanti wieħed, jew

    (b)

    investiti f’impriżi ta’ investiment kollettiv waħda jew aktar li min-naħa tagħha tista’ tinvesti iktar minn 20 % tal-assi grossi f’impriżi oħra ta’ investiment kollettiv, jew

    (c)

    esposti għall-affidabbiltà kreditizja jew is-solvenza ta’ kwalunkwe kontroparti waħda

    l-identità tal-entità għandha tiġi ddivulgata flimkien ma’ deskrizzjoni tal-iskopertura (eż. l-kontroparti) kif ukoll informazzjoni dwar is-suq fejn it-titoli tiegħu huma ammessi.

    15

    B.39

    Fejn impriża ta’ investiment kollettiv tista’ tinvesti f’aktar minn 40 % tal-assi gross tagħha f’impriża ta’ investiment kollettiv oħra, is-sommarju għandu jiddeskrivi fil-qosor jew:

    (a)

    l-iskopertura, l-identità tal-impriża tal-investiment kollettiv sottostanti, u jipprovdi dik l-informazzjoni li tkun meħtieġa f’nota dwar is-sommarju minn dik l-impriża ta’ investiment kollettiv; jew

    (b)

    fejn it-titoli maħruġa minn impriża ta’ investiment kollettiv sottostanti jkunu diġà ġew ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew ekwivalenti, l-identità tal-impriża tal-investiment kollettiv sottostanti.

    15

    B.40

    Deskrizzjoni tal-fornituri tas-servizz tal-applikant inkluż it-tariffi massimi pagabbli.

    15

    B.41

    L-identità u l-istatus regolatorju ta’ kull maniġer ta’ investiment, konsulent tal-investiment, kustodju, trustee jew fiduċjarju (inkluż kull arranġament ta’ kustodja delegata).

    15

    B.42

    Deskrizzjoni ta’ kemm-il darba se jiġi determinat il-valur nett tal-assi tal-impriża tal-investiment kollettiv u kif dan il-valur nett tal-assi se jiġi komunikat lill-investituri.

    15

    B.43

    Fil-każ ta’ impriża ta’ investiment kollettiv ġenerika, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe kontroresponsabbiltà li tista’ sseħħ bejn klassijiet jew investiment f’impriża oħra ta’ investiment kollettiv.

    15

    B.44

    B.7 flimkien ma’:

    “Fejn impriża ta’ investiment kollettiv ma tkunx bdiet topera u ma tkun sar l-ebda rapport finanzjarja sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni, dikjarazzjoni għal dak l-għan.”

    15

    B.45

    Deskrizzjoni tal-portafoll tal-impriża tal-investiment kollettiv.

    15

    B.46

    Indikazzjoni tal-valur tal-assi netti l-aktar riċenti għal kull titolu (jekk applikabbli).

    16

    B.47

    Deskrizzjoni tal-emittent, inkluż:

    L-isem legali tal-emittent u deskrizzjoni tal-pożizzjoni tal-emittent fi ħdan il-qafas tal-gvern nazzjonali.

    Il-forma legali tal-emittent.

    Kull avveniment riċenti rilevanti għall-evalwazzjoni tas-solvenza tal-emittent.

    Deskrizzjoni tal-ekonomija tal-emittent inkluża l-istruttura tagħha bid-dettalji tas-setturi ewlenin tagħha.

    16

    B.48

    Deskrizzjoni/il-fatti prinċipali tal-informazzjoni pubblika tal-finanzi u n-negozju għas-sentejn fiskali ta’ qabel id-data tal-prospett. B’deskrizzjoni ta’ kull tibdil sinifikanti f’dik l-informazzjoni mit-tmiem tal-aħħar sena fiskali.

    17

    B.49

    Deskrizzjoni tal-emittent, inkluż:

    L-isem legali tal-emittent u deskrizzjoni tal-istatus legali tal-emittent.

    Il-forma legali tal-emittent.

    Deskrizzjoni tal-għan u l-funzjonijiet tal-emittent.

    Is-sorsi ta’ finanzjament, garanziji u obbligi oħra dovuti lill-emittent mill-membri tiegħu.

    Kwalunkwe avveniment riċenti rilevanti għall-evalwazzjoni tas-solvenza tal-emittent.

    17

    B.50

    Informazzjoni finanzjarja storika prinċipali magħżula li tkopri l-aħħar sentejn finanzjarji. Din għandha tiġi akkompanjata minn deskrizzjoni ta’ kull tibdil sinifikanti għall-pożizzjoni finanzjarja tal-emittent mill-informazzjoni finanzjarja awditjata l-aħħar.


    Taqsima C –   Titoli

    Annessi

    Element

    Rekwiżit għad-divulgazzjoni

    3, 5, 12, 13

    C.1

    Deskrizzjoni tat-tip u l-klassi tat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar, inkluż kull numru ta’ identifikazzjoni ta’ titoli.

    3, 5, 12, 13

    C.2

    Munita tal-ħruġ tat-titoli.

    1

    C.3

    L-għadd ta’ ishma maħruġa u mħallsa għal kollox u maħruġa iżda mhux imħallsa għal kollox.

    Il-valur pari kull sehem, jew li l-ishma ma għandhomx valur pari.

    3

    C.4

    Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli.

    3, 5, 12, 13

    C.5

    Deskrizzjoni ta’ kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli.

    3

    C.6

    Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew humiex se jkunu l-oġġett ta’ applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat u l-identità tas-swieq regolati kollha fejn it-titoli qed jiġu jew se jiġu nnegozjati.

    1

    C.7

    Deskrizzjoni tal-politika tad-dividendi.

    5, 12, 13

    C.8

    C.4 flimkien ma’:

    “inkluża l-klassifikazzjoni”

    “inklużi l-limitazzjonijiet għal dawk id-drittijiet”

    5, 13

    C.9

    C.8 flimkien ma’:

    “ir-rata ta’ imgħax nominali”

    “id-data minn meta l-imgħax isir pagabbli u d-dati dovuti għall-imgħax”

    “fejn ir-rata mhijiex fissa, deskrizzjoni tas-sottostanti li fuqha hija bbażata”

    “id-data tal-maturità u arranġamenti għall-amortizzament tas-self, inklużi l-proċeduri tar-ripagament”

    “indikazzjoni tar-rendiment”

    “l-isem tar-rappreżentant tad-detenturi tat-titoli tad-dejn”

    5

    C.10

    C.9 flimkien ma’:

    “jekk it-titolu jkollu komponent derivattiv fil-pagament tal-imgħax, ipprovdi spjegazzjoni ċara u komprensiva sabiex tgħin lill-investituri jifhmu kif il-valur tal-investiment tagħhom jiġi affettwat mill-valur tal-istrument(i) sottostanti, speċjalment fiċ-ċirkostanzi fejn ir-riskji huma l-aktar evidenti.”

    5, 12

    C.11

    Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew humiex se jkunu l-oġġett ta’ applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar, bil-għan tad-distribuzzjoni tagħhom f’suq regolat jew swieq ekwivalenti oħra b’indikazzjoni tas-swieq inkwistjoni.

    8

    C.12

    Id-denominazzjoni minima ta’ ħruġ.

    10

    C.13

    Informazzjoni dwar l-ishma sottostanti:

    C.1

    C.2

    C.3

    C.4

    C.5

    C.6

    C.7

    10

    C.14

    Informazzjoni dwar l-irċevuti tad-depożitorji:

    C.1

    C.2

    C.4

    C.5

    “Iddeskrivi l-eżerċizzju ta’ u bbenefika mid-drittijiet marbuta mal-ishma sottostanti, b’mod partikolari d-drittijiet tal-vot, il-kondizzjonijiet li fuqhom l-emittent tal-irċevuti depożitorji jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet, u l-miżuri previsti sabiex jinkisbu l-istruzzjonijiet tad-detenturi tal-irċevuti depożitorji – u d-dritt għal sehem fil-profiti u kull eċċess ta’ likwidazzjonijiet li ma jiġux trasferiti lid-detentur tal-irċevuta tad-depożitorju.”

    “Deskrizzjoni tal-garanzija bankarja jew oħra marbuta mal-irċevuta tad-depożitorju u intenzjonata sabiex tissottoskrivi l-obbligi tal-emittent.”

    12

    C.15

    Deskrizzjoni dwar kif il-valur tal-investiment jiġi affettwat mill-valur tal-istrument(i) sottostanti, sakemm it-titoli ma jkollhomx denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000 .

    12

    C.16

    Id-data tal-iskadenza jew tal-maturità tat-titoli derivattivi – id-data tal-eżerċizzju jew id-data tar-referenza finali.

    12

    C.17

    Deskrizzjoni tal-proċedura tas-saldu tat-titoli derivattivi.

    12

    C.18

    Deskrizzjoni ta’ kif iseħħ ir-redditu fuq titoli derivattivi.

    12

    C.19

    Il-prezz tal-eżerċizzju jew il-prezz tar-referenza finali tas-sottostanti.

    12

    C.20

    Deskrizzjoni tat-tip ta’ sottostanti u fejn tista’ tinsab l-informazzjoni dwar is-sottostanti.

    13

    C.21

    Indikazzjoni tas-suq fejn se jiġu nnegozjati t-titoli u għal liema ġie ppubblikat il-prospett.

    14

    C.22

    Informazzjoni dwar is-sehem sottostanti:

    “Deskrizzjoni tas-sehem sottostanti.”

    C.2

    C.4 flimkien mal-kliem “… u proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.”

    “Fejn u meta l-ishma se jiġu jew ġew ammessi għan-negozjar.”

    C.5

    “Fejn l-emittent tas-sottostanti huwa entità li jappartjeni għall-istess grupp, l-informazzjoni li trid tiġi provduta dwar dan l-emittent hija l-informazzjoni meħtieġa mid-dokument ta’ reġistrazzjoni tal-ishma. Għalhekk ipprovdi dik l-informazzjoni meħtieġa għal sommarju għall-Anness 1.”


    Taqsima D –   Riskji

    Annessi

    Element

    Rekwiżit għad-divulgazzjoni

    1

    D.1

    Informazzjoni prinċipali dwar ir-riskji prinċipali li huma speċifiċi għall-emittent jew l-industrija tiegħu

    4, 7, 9, 11, 16, 17

    D.2

    Informazzjoni prinċipali dwar ir-riskji prinċipali li huma speċifiċi għall-emittent.

    3, 5, 13

    D.3

    Informazzjoni prinċipali dwar ir-riskji prinċipali li huma speċifiċi għat-titoli.

    10

    D.4

    Informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti:

    D.2

    10

    D.5

    Informazzjoni dwar l-irċevuti tad-depożitorji:

    D.3

    12

    D.6

    D.3 flimkien ma’:

    “Dan irid jinkludi twissija ta’ riskju li l-investituri jistgħu jitilfu l-valur tal-investiment kollu tagħhom jew parti minnu, kif jista’ jagħti l-każ, u/jew, jekk ir-responsabbiltà tal-investitur ma tkunx limitata għall-valur tal-investiment tiegħu, dikjarazzjoni ta’ dak il-fatt, flimkien ma’ deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom tinħoloq din ir-responsabbiltà addizzjonali u l-effett finanzjarju possibbli.”


    Taqsima E –   Offerta

    Annessi

    Element

    Rekwiżit għad-divulgazzjoni

    3, 10

    E.1

    L-introjtu nett totali u estimu tal-ispejjeż totali tal-ħruġ/offerta, inklużi l-ispejjeż stmati imposti fuq l-investitur mill-emittent jew id-debitur.

    3, 10

    E.2a

    Raġunijiet għall-offerta, l-użu tal-introjtu, l-ammont nett stmat tal-introjtu.

    5, 12

    E.2b

    Raġunijiet għall-offerta u l-użu tal-introjtu meta differenti milli biex isir profit u/jew għall-iħħeġġjar ta’ ċerti riskji.

    3, 5, 10, 12

    E.3

    Deskrizzjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-offerta.

    3, 5, 10, 12, 13

    E.4

    Deskrizzjoni ta’ kull interess li huwa materjali għall-ħruġ/offerta inklużi interessi kunflinġenti.

    3, 10

    E.5

    L-isem tal-persuna jew l-entità li qed toffri li tbiegħ it-titolu.

    Ftehimiet lock-up: il-partijiet involuti; u indikazzjoni tal-perjodu tal-lock up.

    3, 10

    E.6

    L-ammont u l-persentaġġ ta’ dilwizzjoni immedjata li tirriżulta mill-offerta.

    Fil-każ ta’ offerta ta’ sottoskrizzjoni għad-detenturi eżistenti ta’ ekwità l-ammont u l-persentaġġ ta’ dilwizzjoni immedjata jekk ma jissottoskrivux għall-offerta l-ġdida.

    Kollha

    E.7

    Spejjeż stmati imposti fuq l-investitur mill-emittent jew id-debitur.

    ANNESS XXIII

    Skeda proporzjonata għar-Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni għad-Dokument ta’ Reġistrazzjoni tal-Ishma għall-Ħruġ ta’ Drittijiet

    1.   PERSUNI RESPONSABBLI

    1.1.   Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-Dokument ta’ Reġistrazzjoni u, kif jista’ jagħti il-każ, għal ċerti partijiet minnu, b’indikazzjoni, fil-każ imsemmi l-aħħar, ta’ dawn il-partijiet. Fil-każ ta’ persuni naturali inklużi membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni u superviżorji tal-emittent, indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta’ persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat.

    1.2.   Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta’ reġistrazzjoni li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fid-dokument ta’ reġistrazzjoni tkun, safejn jafu huma, f’konformità mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa s-sinifikat tagħha. Kif jista’ jagħti l-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċerti partijiet tad-dokument ta’ reġistrazzjoni li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-parti tad-dokument ta’ reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli tkun, safejn jafu huma, f’konformità mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa s-sinifikat tagħha.

    2.   AWDITURI STATUTORJI

    2.1.   L-ismijiet u l-indirizzi tal-awdituri tal-emittent għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija tagħhom f’korp professjonali).

    2.2.   Jekk l-awdituri jkunu rriżenjaw, tneħħew jew ma jkunux reġgħu ġew maħtura matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, indika d-dettalji jekk materjali.

    3.   FATTURI TA’ RISKJU

    Divulgazzjoni prominenti ta’ fatturi ta’ riskju li huma speċifiċi għall-emittent jew l-industrija tiegħu fit-taqsima bl-intestatura ‘Fatturi ta’ Riskju’.

    4.   INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

    4.1.   L-isem legali u kummerċjali tal-emittent

    4.2.   Investimenti

    4.2.1.

    Deskrizzjoni, (inkluż l-ammont) tal-investimenti prinċipali li saru mit-tmiem il-perjodu kopert mill-aħħar dikjarazzjoni finanzjarja awditjata u sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    4.2.2.

    Deskrizzjoni tal-investimenti prinċipali tal-emittent li huma fis-seħħ, inkluża d-distribuzzjoni ġeografika ta’ dawn l-investimenti (fil-pajjiż u barra l-pajjiż) u l-metodu ta’ finanzjament (intern jew estern)

    4.2.3.

    Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali futuri tal-emittent li fuqhom il-korpi ta’ ġestjoni tiegħu jkunu diġà għamlu impenji sodi.

    5.   ĦARSA ĠENERALI TAN-NEGOZJU

    5.1.   Attivitajiet prinċipali

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-operati u l-attivitajiet prinċipali tal-emittent u ta’ kull tibdil sinifikanti li għandu impatt fuq dawn l-operati u attivitajiet mit-tmiem tal-aħħar perjodu kopert mill-aħħar rapporti finanzjarji awditjati ppubblikati, inkluża indikazzjoni ta’ kull prodott u servizz ġdid sinifikanti li jkun ġie introdott u, sal-punt li jkun ġie ddivulgat pubblikament l-iżvilupp ta’ prodotti jew servizzi ġodda, l-istatus tal-iżvilupp.

    5.2.   Swieq prinċipali

    Deskrizzjoni fil-qosor tas-swieq prinċipali li fihom jikkompeti l-emittent u ta’ kull tibdil sinifikanti li għandu impatt fuq dawn is-swieq sat-tmiem tal-aħħar perjodu kopert mill-aħħar rapporti finanzjarji awditjati ppubblikati.

    5.3.   Fejn l-informazzjoni mogħtija skont il-punti 5.1 u 5.2 tkun ġiet influwenzata minn fatturi straordinarji mit-tmiem tal-aħħar perjodu kopert mill-aħħar rapporti finanzjarji awditjati ppubblikati, semmi dak il-fatt.

    5.4.   Jekk materjali għan-negozju jew il-profitabbiltà tal-emittent, informazzjoni fil-qosor dwar kemm l-emittent huwa dipendenti, fuq privattivi jew liċenzji, kuntratti industrijali, kummerċjali jew finanzjarji jew proċċessi ġodda ta’ manifattura.

    5.5.   Il-bażi għal kwalunkwe rapport li jsir mill-emittent dwar il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu.

    6.   L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

    6.1.   Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni fil-qosor tal-grupp u tal-pożizzjoni tal-emittent fil-grupp.

    7.   INFORMAZZJONI DWAR IX-XEJRIET

    7.1.   Ix-xejriet riċenti l-aktar sinifikanti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-inventarju, u l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    7.2.   Informazzjoni dwar kull xejra, inċertezza, domanda, impenn jew avveniment magħruf li huwa raġonevolment probabbli li jkollu effett materjali fuq il-prospetti tal-emittent għal mill-inqas is-sena finanzjarja attwali.

    8.   TBASSIR JEW ESTIMI TAL-PROFIT

    Jekk emittent jagħżel li jinkludi tbassir tal-profit jew estimu tal-profit, id-dokument ta’ reġistrazzjoni jrid jinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punti 8.1 u 8.2:

    8.1.

    Dikjarazzjoni li tistabbilixxi s-suppożizzjonijiet prinċipali li fuqhom l-emittent ikun ibbaża t-tbassir, jew l-estimu, tiegħu.

    Irid ikun hemm distinzjoni ċara bejn suppożizzjonijiet dwar fatturi li l-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jistgħu jinfluwenzaw u suppożizzjonijiet dwar fatturi li huma esklussivament barra mill-influwenza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji; is-suppożizzjonijiet iridu jinftiehmu faċilment minn investituri, ikunu speċifiċi u preċiżi u ma jirrelatawx mal-eżattezza ġenerali tal-estimi sottostanti t-tbassir.

    8.2.

    Rapport imħejji minn kontabilisti jew awdituri indipendenti li jiddikjara li fl-opinjoni tal-kontabilisti jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-estimu jkun ġie miġbur kif xieraq fuq il-bażi ddikjarati u li l-bażi tal-kontabbiltà użata għat-tbassir jew l-estimu tal-profit hija konsistenti mal-politiki tal-kontabbiltà tal-emittent.

    8.3.

    It-tbassir jew l-estimu tal-profit irid jiġi mħejji fuq bażi komparabbli mal-informazzjoni finanzjarja storika

    8.4.

    Jekk ikun ġie ppubblikat tbassir tal-profit fi prospett li jkun għadu pendenti, imbagħad ipprovdi dikjarazzjoni li tistabbilixxi jekk dak it-tbassir għadux korrett fil-mument tad-dokument ta’ reġistrazzjoni, u spjegazzjoni dwar għaliex dan it-tbassir ma għadux validu jekk dak ikun il-każ.

    9.   KORPI AMMINISTRATTIVI, TA’ ĠESTJONI, U SUPERVIŻORJI U ĠESTJONI GĦOLJA

    9.1.   L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet fl-emittent tal-persuni li ġejjin u indikazzjoni tal-attivitajiet prinċipali mwettqa minnhom barra minn dak l-emittent fejn dawn huma sinifikanti fir-rigward ta’ dak l-emittent:

    (a)

    membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji;

    (b)

    sħab b’responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta’ sħubija limitata b’kapital azzjonarju;

    (c)

    fundaturi, jekk l-emittent ikun ġie stabbilit għal inqas minn ħames snin; u

    (d)

    kull maniġer f’livell għoli li huwa rilevanti sabiex jiġi stabbilit li l-emittent għandu l-kompetenza u l-esperjenza xierqa għall-ġestjoni tan-negozju tal-emittent.

    In-natura ta’ kwalunkwe relazzjoni familjari bejn kwalunkwe wieħed minn dawk il-persuni.

    Fil-każ ta’ kull membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji tal-emittent u ta’ kull persuna msemmija fil-punti (b) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu, id-dettalji tal-kompetenza u l-esperjenza ta’ ġestjoni rilevanti ta’ dik il-persuna u l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-ismijiet tal-kumpaniji u s-sħubiji kollha li tagħhom din il-persuna kienet membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew sieħba fi kwalunkwe ħin fil-ħames snin ta’ qabel, filwaqt illi jiġi indikat jekk l-individwu għadux membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew sieħeb. Mhuwiex meħtieġ li jiġu elenkati s-sussidarji kollha ta’ emittent li tagħhom il-persuna hija wkoll membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji;

    (b)

    kull kundanna fir-rigward ta’ reati frodulenti għal mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (c)

    dettalji ta’ kull falliment, riċevitur jew likwidazzjoni li magħhom persuna deskritta f’(a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu li kienet qegħda taġixxi fil-kapaċità ta’ waħda mill-pożizzjonijiet stabbiliti f’(a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu ġiet assoċjata għal mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (d)

    dettalji ta’ kull inkriminazzjoni u/jew sanzjoni uffiċjali pubblika ta’ tali persuna minn awtoritajiet statutorji jew regolatorji (inklużi korpi professjonali nnominati) u jekk din il-persuna qatt ġietx skwalifikata minn qorti milli taġixxi bħala membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji ta’ emittent jew milli taġixxi fil-ġestjoni jew it-tmexxija tal-affarijiet ta’ kull emittent għal mill-inqas l-aħħar ħames snin.

    Jekk m’hemmx informazzjoni bħal din li trid tiġi ddivulgata, għandha ssir dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    9.2.   Kunflitti ta’ interess ta’ korpi Amministrattivi, ta’ Ġestjoni, u Superviżorji u ta’ Ġestjoni Għolja

    Kunflitti ta’ interess potenzjali bejn kull dmir lill-emittent, tal-persuni msemmija f’punt 9.1., u l-interessi privati tagħhom u/jew dmirijiet oħra jridu jiġu ddikjarati b’mod ċar. Fil-każ li m’hemmx kunflitti bħal dawn, trid issir dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    Kull arranġament jew fehim ma’ azzjonisti ewlenin, kljienti, fornituri jew oħrajn, skont liema kull persuna msemmija f’punt 9.1 ġiet magħżula bħala membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew membru tal-ġestjoni għolja.

    Dettalji ta’ kull restrizzjoni miftiehma mill-persuni msemmija fil-punt 9.1 dwar id-disponiment f’ċertu perjodu ta’ żmien tal-parteċipazzjoni tagħhom fit-titoli tal-emittent.

    10.   REMUNERAZZJONI U BENEFIĊĊJI

    Fil-każ ta’ emittenti mhux elenkati f’suq regolat u fir-rigward tal-aħħar sena finanzjarja sħiħa għal dawk il-persuni msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu ta’ punt 9.1.

    10.1.   L-ammont ta’ rimunerazzjoni mħallsa (inkluż kull kumpens kontinġenti jew diferit), u benefiċċji in natura mogħtija lil dawn il-persuni mill-emittent u s-sussidjarji tiegħu għal servizzi fil-kapaċitajiet kollha lill-emittent u s-sussidjarji tiegħu minn kwalunkwe persuna.

    Dik l-informazzjoni trid tiġi provdut fuq bażi individwali, sakemm id-divulgazzjoni individwali mhijiex meħtieġ fil-pajjiż tad-domiċilju tal-emittent jew l-emittent ma jkunx diġà ddivulga dik l-informazzjoni.

    10.2.   L-ammonti totali mwarrba jew dovuti mill-emittent jew is-sussidjarji tiegħu sabiex jipprovdu benefiċċji ta’ pensjoni, irtirar jew benefiċċji simili.

    11.   PRATTIĊI TAL-BORD

    Fil-każ ta’ emittenti mhux elenkati f’suq regolat u fir-rigward tal-aħħar sena finanzjarja mitmuma tal-emittent, u sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, fir-rigward ta’ dawk il-persuni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu ta’ 9.1.:

    11.1.

    Id-data tal-iskadenza tal-mandat attwali, jekk applikabbli, u l-perjodu matul liema l-persuna tkun serviet f’dak il-mandat.

    11.2.

    Informazzjoni dwar membri tal-kuntratti għal servizz ta’ korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji mal-emittent jew kwalunkwe wieħed mis-sussidjarji tiegħu li jipprovdu benefiċċji mat-terminazzjoni tal-impjieg, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    11.3.

    Informazzjoni dwar il-kumitat ta’ awditjar u l-kumitat ta’ rimunerazzjoni tal-emittent, inklużi l-ismijiet ta’ membri tal-kumitat u sommarju tat-termini ta’ referenza taħt liema topera l-kumpanija.

    11.4.

    Dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent jikkonformax jew le mar-reġim(i) tal-governanza korporattiva tal-pajjiż tiegħu. Fil-każ li l-emittent ma jikkonformax ma’ dan ir-reġim, trid tiġi inkluża dikjarazzjoni għal dak l-għan flimkiem ma’ spjegazzjoni fir-rigward ta’ għaliex l-emittent ma jikkonformax ma’ dan ir-reġim.

    12.   L-IMPJEGATI

    12.1.   Ishma u opzjonijiet tal-ishma fir-rigward ta’ kull persuna msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu tal-punt 9.1. jipprovdu informazzjoni fir-rigward tas-sjieda tal-ishma tagħhom u kull opzjoni fuq dawn l-ishma fl-emittent mid-data prattikabbli l-aktar riċenti.

    12.2.   Deskrizzjoni ta’ kull arranġament għall-involviment tal-impjegati fil-kapital tal-emittent.

    13.   L-AZZJONISTI MAĠĠURI

    13.1.   Safejn ikun magħruf mill-emittent, l-isem ta’ kull persuna oħra għajr membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji li, direttament jew indirettament, għandha interess fil-kapital jew id-drittijiet tal-vot tal-emittent li hija notifikabbli skont il-liġi nazzjonali tal-emittent, flimkien mal-ammont tal-interess ta’ kull tali persuna jew, jekk ma jkunx hemm tali persuni, dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    13.2.   Jekk l-azzjonisti ewlenin tal-emittent għandhomx drittijiet tal-vot differenti, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    13.3.   Sal-punt magħruf lill-emittent, iddikjara jekk l-emittent huwiex direttament jew indirettament il-proprjetà jew fil-kontroll ta’ xi ħadd u minn min u iddeskrivi n-natura ta’ dan il-kontroll u ddeskrivi l-miżuri fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li dan il-kontroll mhuwiex abbużat.

    13.4.   Deskrizzjoni ta’ kull arranġament, magħruf lill-emittent, li l-operat tiegħu jista’, f’data sussegwenti, jirriżulta f’bidla fil-kontroll tal-emittent.

    14.   TRANŻAZZJONIJIET TA’ PARTI RELATATA

    Jekk l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ma japplikawx għall-emittent, trid tiġi ddivulgata l-informazzjoni li ġejja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika u sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni:

    (a)

    In-natura u l-punt safejn kull tranżazzjoni tkun - bħala tranżazzjoni unika jew fl-intier tagħhom - materjali għall-emittent. Fejn dawn it-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati mhumiex konklużi b’mod indipendenti (at arm’s length) ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex dawn it-tranżazzjonijiet ma ġewx konklużi b’mod indipendenti (at arm’s length). Fil-każ ta’ self pendenti inklużi garanziji ta’ kull tip, indika l-ammont pendenti.

    (b)

    L-ammont jew il-persentaġġ li minnu tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati jiffurmaw parti mill-fatturat tal-emittent.

    Jekk l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 japplikaw għall-emittent, l-informazzjoni msemmija hawn fuq trid tiġi ddivulgata biss għal dawk it-tranżazzjonijiet li seħħew mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ġiet ippubblikata informazzjoni finanzjarja awditjata.

    15.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA DWAR L-ASSI U R-RESPONSABBILTAJIET, IL-POŻIZZJONI FINANZJARJA U L-QLIGĦ U T-TELF TAL-EMITTENT

    15.1.   Informazzjoni finanzjarja storika

    Informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri l-aħħar sena finanzjarja (jew tali perjodu iqsar li fih ilu jopera l-emittent), u r-rapport tal-awditjar. Jekk l-emittent ikun biddel id-data ta’ referenza ta’ kontabbiltà tiegħu matul il-perjodu li għalih hija meħtieġa informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika awditjata għandha tkopri mill-inqas 12-il xahar, jew il-perjodu kollu li fih ilu jopera l-emittent, skont liema hu l-iqsar. Din l-informazzjoni finanzjarja trid titħejja skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli għal Stat Membru, l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà għal emittenti mill-Unjona Ewropea.

    Għal emittenti ta’ pajjiżi terzi, din l-informazzjoni trid titħejja skont l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà adottati skont il-proċedura tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-istandards. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja mhijiex ekwivalenti għal dawn l-istandards, trid tiġi ppreżentata fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid.

    L-informazzjoni finanzjarja storika awditjata trid tiġi ppreżentata u mħejjija f’forma konsistenti ma’ dik li se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati li jmiss tal-emittent wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-istandards u l-politiki ta’ kontabbiltà u l-leġiżlazzjoni applikabbli għal dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali.

    Jekk l-emittent ikun ilu fiż-żona attwali ta’ attività ekonomika tiegħu għal inqas minn sena, l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri dak il-perjodu trid tiġi mħejjija skont l-istandards applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli għal Stat Membru, l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà fejn l-emittent huwa emittent mill-Unjoni Ewropea. Għal emittenti ta’ pajjiżi terzi, l-informazzjoni finanzjarja storika trid titħejja skont l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà adottati skonti il-proċedura tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-istandards. Din l-informazzjoni storika trid tiġi awditjata.

    Jekk l-informazzjoni finanzjarja awditjata titħejja skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt din l-intestatura trid tinkludi mill-inqas:

    (a)

    karta ta’ bilanċ;

    (b)

    dikjarazzjoni tad-dħul;

    (c)

    dikjarazzjoni li turi jew it-tibdil kollu fl-ekwità jew tibdil ieħor fl-ekwità għajr dak li jirriżulta minn tranżazzjonijiet tal-kapital ma’ sidien u distribuzzjonijiet lil sidien;

    (d)

    dikjarazzjoni tal-fluss tal-flus;

    (e)

    politiki ta’ kontabbiltà u noti ta’ spjegazzjoni

    L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tiġi awditjata jew irrapportata b’mod indipendenti fir-rigward ta’ jekk, għall-finijiet tad-dokument ta’ reġistrazzjoni, tagħtix opinjoni vera u ġusta, skont l-istandards tal-awditjar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti.

    15.2.   Informazzjoni finanzjarja pro forma

    Fil-każ ta’ bidla grossa sinifikanti, deskrizzjoni ta’ kif it-tranżazzjoni setgħet affettwat l-assi u r-responsabbiltajiet u l-qligħ tal-emittent, li kieku t-tranżazzjoni kienet twettqet fil-bidu tal-perjodu li qed jiġi rrapportat jew fid-data rrapportata.

    Normalment, dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfatt permezz tal-inklużjoni ta’ informazzjoni finanzjarja pro forma.

    Din l-informazzjoni finanzjarja pro forma trid tiġi ppreżentata kif stabbilit fl-Anness II u trid tinkludi l-informazzjoni indikata fih.

    Informazzjoni finanzjarja pro forma trid tiġi akkompanjata minn rapport imħejji minn kontabilisti jew awdituri indipendenti.

    15.3.   Rapporti finanzjarji

    Jekk l-emittent iħejji kemm dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali proprji kif ukoll konsolidati, inkludi tal-inqas id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali konsolidati fid-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    15.4.   Awditjar ta’ informazzjoni finanzjarja storika annwali

    15.4.1.

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ġiet awditjata. Jekk rapporti ta’ verifika dwar l-informazzjoni finanzjarja storika jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk jinkludu kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jridu jiġu riprodotti għal kollox u jridu jingħataw ir-raġunijiet.

    15.4.2.

    Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fid-dokument ta’ reġistrazzjoni li tkun ġiet awditjata mill-awdituri.

    15.4.3.

    Fejn id-dejta finanzjarja fid-dokument ta’ reġistrazzjoni ma tkunx estratta mir-rapporti finanzjarji awditjati tal-emittent, iddikjara s-sors tad-dejta u ddikjara li d-dejta mhijiex awditjata.

    15.5.   Kemm hija antika l-aħħar informazzjoni finanzjarja

    15.5.1.

    L-aħħar sena ta’ informazzjoni finanzjarja awditjata ma tridx tkun aktar antika minn waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    18-il xahar mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni jekk l-emittent jinkludi rapporti finanzjarji interim awditjati fid-dokument ta’ reġistrazzjoni;

    (b)

    15-il xahar mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni jekk l-emittent jinkludi rapporti finanzjarji interim mhux awditjati fid-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    15.6.   Informazzjoni finanzjarja interim u informazzjoni finanzjarja oħra

    15.6.1.

    Jekk l-emittent ikun ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji awditjati tiegħu, dawn iridu jiġu inklużi fid-dokument ta’ reġistrazzjoni. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur tkun ġiet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta’ jew ta’ reviżjoni jrid jiġi inkluż ukoll. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mhijiex awditjata jew ma tkunx ġiet riveduta, iddikjara dak il-fatt.

    15.6.2.

    Jekk id-dokument ta’ reġistrazzjoni huwa ddatat aktar minn disa’ xhur wara t-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja awditjata, irid jinkludi informazzjoni finanzjarja interim, li tista’ tkun mhux awditjata (f’dak il-każ il-fatt irid jiġi ddikjarat) li tkopri tal-inqas l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja.

    L-informazzjoni finanzjarja interim trid tinkludi dikjarazzjonijiet komparattivi għall-istess perjodu fis-sena finanzjarja ta’ qabel, ħlief li r-rekwiżit għall-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ jista’ jiġi sodisfatt billi tiġi ppreżentata l-karta tal-bilanċ tal-aħħar tas-sena.

    15.7.   Il-politika tad-dividendi

    Deskrizzjoni tal-politika tal-emittent dwar distribuzzjonijiet ta’ dividendi u kull restrizzjoni fuqhom.

    15.7.1.

    L-ammont tad-dividend kull sehem għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika aġġustata, fejn l-għadd tal-ishma fl-emittent inbidel, sabiex isir komparabbli.

    15.8.   Proċeduri legali u ta’ arbitraġġ

    Informazzjoni dwar kull proċedura governattiva, legali jew ta’ arbitraġġ (inkluż kull proċedura li hija pendenti jew mhedda li minnha huwa konxju l-emittent), matul perjodu li jkopri mill-inqas it-12-il xahar preċedenti li jista’ jkollha, jew fil-passat riċenti kellha effetti sinifikanti fuq l-emittenti u/jew il-pożizzjoni finanzjarja jew il-profitabbiltà tal-grupp, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    15.9.   Bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-emittent

    Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih jew informazzjoni finanzjarja awditjata jew informazzjoni finanzjarja interim ikunu ġew ippubblikati, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    16.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    16.1.   Kapital azzjonarju

    L-informazzjoni li ġejja mid-data tal-karta tal-bilanċ l-aktar riċenti inkluża fl-informazzjoni finanzjarja storika:

    16.1.1.

    L-ammont ta’ kapital maħruġ, u għal kull klassi ta’ kapital azzjonarju:

    (a)

    l-għadd ta’ ishma awtorizzati;

    (b)

    l-għadd tal-ishma maħruġa u mħallsa għal kollox u maħruġa iżda mhux imħallsa għal kollox;

    (c)

    il-valur pari kull sehem, jew li l-ishma m’għandhom l-ebda valur pari; u

    (d)

    rikonċiljazzjoni tan-numru ta’ ishma pendenti fil-bidu u t-tmiem tas-sena. Jekk aktar minn 10 % tal-kapital ikun tħallas b’assi oħra għajr flus kontanti fil-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, iddikjara dak il-fatt.

    16.1.2.

    Jekk ikun hemm ishma li ma jirrappreżentawx il-kapital, iddikjara l-għadd u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawn l-ishma.

    16.1.3.

    L-ammont ta’ kull titolu konvertibbli, titoli skambjabbli jew titoli b’ċertifikat, b’indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li jirregolaw u l-proċeduri għall-konverżjoni, l-iskambju jew is-sottoskrizzjoni.

    16.1.4.

    L-informazzjoni dwar u t-termini ta’ kull dritt ta’ akkwist jew obbligu fuq kapital awtorizzat iżda mhux maħruġ jew impenn li jiżdied il-kapital.

    16.1.5.

    Informazzjoni dwar kull kapital ta’ kull membru tal-grupp li huwa taħt opzjoni jew maqbul b’mod kondizzjonali jew mhux kondizzjonali li jitqiegħed taħt opzjoni u dettalji ta’ dawn l-opzjonijiet inkluż dawk il-persuni li għalihom jirrelataw dawn l-opzjonijiet.

    17.   KUNTRATTI MATERJAL

    Sommarju ta’ kull kuntratt materjali, għajr kuntratti konklużi fil-kors normali tan-negozju, li tagħhom l-emittent jew kull membru tal-grupp huwa parti, għall-aħħar sena immedjatament qabel il-pubblikazzjoni tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    Sommarju ta’ kull kuntratt ieħor (li mhuwiex kuntratt konkluż fil-kors normali tan-negozju) konkluż minn kull membru tal-grupp li jinkludi kull dispożizzjoni taħt liema kull membru tal-grupp għandu kull obbligu jew intitolament li huwa materjali għall-grupp mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    18.   INFORMAZZJONI TA’ PARTI TERZA U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA’ KULL INTERESS

    18.1.   Fejn dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil persuna bħala esperta jiġi inkluż fid-Dokument ta’ Reġistrazzjoni, ipprovdi l-isem ta’ din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess materjali jekk ikun hemm fl-emittent. Jekk ir-rapport ikun ġie prodott fuq it-talba tal-emittent, dikjarazzjoni li dik id-dikjarazzjoni jew dak ir-rapport huwa inkluż, fil-forma u l-kuntest li fih huwa inkluż, bil-kunsens ta’ dik il-persuna li tkun awtorizzat il-kontenut ta’ dik il-parti tad-Dokument ta’ Reġistrazzjoni.

    18.2.   Fejn l-informazzjoni tkun inġiebet minn parti terza, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni tkun ġiet riprodotta b’mod preċiż u li safejn l-emittent huwa konxju u jista’ jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata minn dik il-parti terza, l-ebda fatti ma tħallew barra li jirrendu l-informazzjoni riprodotta ineżatta jew qarrieqa. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) tal-informazzjoni.

    19.   DOKUMENTI GĦALL-WIRI

    Dikjarazzjoni li matul il-ħajja tad-dokument ta’ reġistrazzjoni, jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti li ġejjin (jew kopji tagħhom), fejn ikun applikabbli:

    (a)

    il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-emittent;

    (b)

    ir-rapporti, l-ittri u d-dokumenti l-oħra, l-informazzjoni finanzjarja storika, il-valutazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet kollha mħejjija minn kull espert fuq it-talba tal-emittent li kwalunkwe parti minnhom tiġi inkluża jew imsemmija fid-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    Indikazzjoni ta’ fejn jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti għall-wiri, b’mezzi fiżiċi jew elettroniċi.

    ANNESS XXIV

    Skeda proporzjonata għar-Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni għan-Nota dwar it-Titoli tal-Ishma għall-Ħruġ ta’ Drittijiet

    1.   PERSUNI RESPONSABBLI

    1.1.   Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, kif jista’ jagħti il-każ, għal ċerti partijiet minnu, b’indikazzjoni, fil-każ imsemmi l-aħħar, ta’ dawn il-partijiet. Fil-każ ta’ persuni naturali inklużi membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni u superviżorji tal-emittent, indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta’ persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat.

    1.2.   Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-prospett tkun, safejn jafu huma, f’konformità mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha. Kif jista’ jagħti l-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċerti partijiet tal-prospett li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-parti tal-prospett li għalihom huma responsabbli tkun, safejn jafu huma, f’konformità mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa l-importazzjoni tagħha.

    2.   FATTURI TA’ RISKJU

    Divulgazzjoni prominenti ta’ fatturi ta’ riskju li huma speċifiċi għat-titoli offruti u/jew ammessi għan-negozjar sabiex jiġi vvalutat ir-riskju tas-suq assoċjat ma’ dawn it-titoli “Fatturi ta’ Riskju”.

    3.   INFORMAZZJONI PRINĊIPALI

    3.1.   Dikjarazzjoni tal-kapital li jdur

    Dikjarazzjoni mill-emittent, li fl-opinjoni tiegħu, il-kapital li jdur huwa suffiċjenti għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent jew, jekk le, kif jipproponi li jipprovdi l-kapital li jdur addizzjonali meħtieġ.

    3.2.   Kapitalizzazzjoni u d-dejn

    Dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u d-dejn (issir distinzjoni bejn garantit u mhux garantit, dejn garantit u mhux garantit) minn data mhux qabel 90 jum qabel id-data tad-dokument. Id-dejn jinkludi wkoll dejn indirett u kontinġenti.

    3.3.   Interess ta’ persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħruġ/offerta

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe interess, inklużi dawk ta’ kunflitt, li huwa materjali għall-ħruġ/offerta, filwaqt li jiġi spjegat fid-dettall il-persuni involuti u n-natura tal-interess.

    3.4.   Raġunijiet għall-offerta u l-użu tal-introjtu

    Raġunijiet għall-offerta u, fejn applikabbli, l-ammont nett stmat tal-introjtu maqsum f’kull użu intenzjonat prinċipali u ppreżentat skont l-ordni tal-prijorità ta’ dan l-użu. Jekk l-emittent ikun konxju li l-introjtu antiċipat mhuwiex se jkun biżżejjed sabiex jiffinanzja l-użu kollu propost, iddikjara l-ammont u s-sorsi tal-fondi oħra meħtieġa. Iridu jingħataw dettalji fir-rigward tal-użu tal-introjtu, b’mod partikolari meta jintuża għall-akkwist tal-assi, għajr fil-kors normali tan-negozju, sabiex jiġu ffinanzjati akkwisti mħabbra ta’ negozju ieħor, jew sabiex jitneħħa, jitnaqqas jew jiġi rtirat id-dejn.

    4.   INFORMAZZJONI DWAR IT-TITOLI LI SE JIĠU OFFRUTI/AMMESSI GĦAN-NEGOZJAR

    4.1.   Deskrizzjoni tat-tip u l-klassi tat-titoli li qed jiġu offruti u/jew ammessi għan-negozjar, inkluż l-ISIN (Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli) jew kodiċi ieħor ta’ identifikazzjoni ta’ titoli.

    4.2.   Il-leġiżlazzjoni taħt liema nħolqu t-titoli.

    4.3.   Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f’forma rreġistrata jew forma bearer u jekk it-titoli humiex f’forma ċertifikata jew f’forma ta’ daħla fil-ktieb. Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-isem u l-indirizz tal-entità responsabbli għaż-żamma tar-rekords.

    4.4.   Munita tal-ħruġ tat-titoli.

    4.5.   Deskrizzjoni tad-drittijiet mehmuża mat-titoli, inkluż kwalunkwe limitazzjoni ta’ dawk id-drittijiet, u proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.

     

    Drittijiet ta’ dividendi:

    Data(i) fissa(i) li fiha(fihom) inħoloq l-intitolament,

    Il-limitu ta’ żmien wara liema jiskadi l-intitolament għad-dividend u indikazzjoni tal-persuna li tiġi vvantaġġjata minn din l-iskadenza,

    Restrizzjonijiet fuq dividendi u proċeduri għal detenturi mhux residenti,

    Ir-rata tad-dividend jew il-metodu tal-kalkolu tiegħu, il-perjodiċità u n-natura kumulattiva jew mhux kumulattiva ta’ pagamenti.

     

    Drittijiet tal-vot.

     

    Drittijiet ta’ prelazzjoni f’offerti għas-sottoskrizzjoni ta’ titoli tal-istess klassi.

     

    Id-dritt għas-sehem mill-qligħ tal-emittent.

     

    Id-drittijiet għas-sehem f’kull eċċess fil-każ ta’ likwidazzjoni.

     

    Dispożizzjonijiet ta’ fidi.

     

    Dispożizzjonijiet ta’ konverżjoni.

    4.6.   Dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom ġew jew kienu ser jiġu maħluqa u/jew maħruġa l-ishma.

    4.7.   Id-data tal-ħruġ mistennija tat-titoli

    4.8.   Deskrizzjoni ta’ kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tal-ishma

    4.9.   Fir-rigward tal-pajjiż tal-uffiċċju rreġistrat tal-emittent u l-pajjiż(i) fejn qed issir l-offerta jew hija mfittxija l-ammissjoni għan-negozjar:

    Informazzjoni fuq it-taxxi fuq id-dħul mit-titoli miżmuma mill-bidu,

    Indikazzjoni dwar jekk l-emittent jassumix ir-responsabbiltà għaż-żamma tat-taxxi fil-bidu.

    5.   TERMINI U KONDIZZJONIJIET TAL-OFFERTA

    5.1.   Kondizzjonijiet, statistiċi tal-offerta, skeda taż-żmien mistennija u azzjoni meħtieġa sabiex issir applikazzjoni għall-offerta

    5.1.1.

    Kondizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-offerta.

    5.1.2.

    Ammont totali tal-ħruġ/offerta.

    5.1.3.

    Il-perjodu ta’ żmien, inkluż kull emenda possibbli, matul liema se tkun miftuħa l-offerta u deskrizzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni.

    5.1.4.

    Indikazzjoni ta’ meta, u taħt liema ċirkostanzi, l-offerta tista’ tiġi revokata jew sospiża u jekk ir-revoka tistax isseħħ wara li jkun beda n-negozjar.

    5.1.5.

    Deskrizzjoni tal-possibbiltà li jitnaqqsu s-sottoskrizzjonijiet u l-mod kif jiġi rimborżat ammont żejjed imħallas mill-applikanti.

    5.1.6.

    Dettalji tal-ammont minimu u/jew massimu ta’ applikazzjonijiet (sewwa jekk fl-għadd ta’ titoli jew l-ammont aggregat li se jiġi investit).

    5.1.7.

    Indikazzjoni tal-perjodu matul liema tista’ tiġi rtirata applikazzjoni, sakemm l-investituri jingħataw il-permess jirtiraw is-sottoskrizzjoni tagħhom.

    5.1.8.

    Il-metodu u l-limiti taż-żmien sabiex jitħallsu t-titoli u għall-konsenja tat-titoli.

    5.1.9.

    Deskrizzjoni sħiħa tal-mod u d-data li fiha r-riżultati tal-offerta se jiġu ppubblikati.

    5.1.10.

    Il-proċedura għall-eżerċizzju ta’ kwalunkwe dritt ta’ prelazzjoni, in-negozjabbiltà ta’ drittijiet ta’ sottoskrizzjoni u t-trattament ta’ drittijiet ta’ sottoskrizzjoni mhux eżerċitati.

    5.2.   Allokament

    5.2.1.

    Sal-punt magħruf lill-emittent, indikazzjoni dwar jekk azzjonisti ewlenin jew membri tal-korpi ta’ ġestjoni, superviżorji jew amministrattivi tal-emittent għandhomx l-intenzjoni li jissottoskrivu fl-offerta, jew jekk kull persuna għandhiex l-intenzjoni li tissottoskrivi għal aktar minn ħamsa fil-mija tal-offerta.

    5.2.2.

    Proċess għal notifika lill-applikanti tal-ammont allokat u l-indikazzjoni jekk jistax jibda n-negozjar qabel ma ssir in-notifika.

    5.3.   Prezzar

    5.3.1.

    Indikazzjoni tal-prezz li bih se jiġu offruti t-titoli. Jekk il-prezz mhuwiex magħruf jew jekk m’hemm l-ebda suq stabbilit u/jew likwidu għat-titoli, indika l-metodu għad-determinazzjoni tal-prezz tal-offerta, inkluż dikjarazzjoni fir-rigward ta’ min stabbilixxa l-kriterji jew huwa responsabbli formalment għad-determinazzjoni. Indikazzjoni tal-ammont ta’ kull spiża u taxxa imposta speċifikament fuq is-sottoskritt jew ix-xerrej.

    5.3.2.

    Il-proċess għad-divulgazzjoni tal-prezz tal-offerta.

    5.3.3.

    Jekk id-detenturi tal-ekwità ta’ emittent għandhom drittijiet ta’ prelazzjoni ta’ xiri u dan id-dritt jiġi ristrett jew irtirat, indikazzjoni tal-bażi għall-prezz tal-ħruġ jekk il-ħruġ huwa għal flus kontanti, flimkien mar-raġunijiet għal u l-benefiċjarji ta’ din ir-restrizzjoni jew dan l-irtirar.

    5.4.   Tqegħid u Sottoskrizzjoni

    5.4.1.

    L-isem u l-indirizz tal-koordinatur(i) tal-offerta globali u tal-partijiet uniċi tal-offerta u, sal-punt magħruf lill-emittent jew lill-offerent, il-placers fil-pajjiżi varji fejn isseħħ l-offerta.

    5.4.2.

    L-Isem u l-indirizz ta’ kull aġent li jħallas u aġent depożitarju f’kull pajjiż.

    5.4.3.

    L-isem u l-indirizz tal-entitajiet li qed jaqblu li jissottoskrivu l-ħruġ fuq bażi ta’ impenn sod, u l-isem u l-indirizz tal-entitajiet li qed jaqblu li jpoġġu l-ħruġ mingħajr impenn sod jew taħt arranġamenti tal-“aħjar sforzi”. Indikazzjoni tal-fatturi materjali tal-ftehimiet, inklużi l-kwoti. Fejn mhux il-ħruġ kollu jkun ġie sottoskritt, dikjarazzjoni tal-porzjon li ma jkunx ġie kopert. Indikazzjoni tal-ammont globali tal-kummissjoni tas-sottoskrizzjoni u tal-kummissjoni tat-tqegħid.

    5.4.4.

    Meta ikun intlaħaq jew se jintlaħaq il-ftehim tas-sottoskrizzjoni.

    6.   AMMISSJONI GĦAN-NEGOZJAR U ARRANĠAMENTI TA’ NEGOZJAR

    6.1.   Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew humiex se jkunu l-għan ta’ applikazzjoni għall-ammissjoni għan-negozjar, bil-għan tad-distribuzzjoni tagħhom f’suq regolat jew swieq ekwivalenti oħra b’indikazzjoni tas-swieq inkwistjoni. Din iċ-ċirkostanza għandha tissemma, mingħajr ma tinħoloq l-impressjoni li l-ammissjoni għan-negozjar se tiġi neċessarjament approvata. Jekk ikunu magħrufa, l-aktar dati kmieni li fihom it-titoli se jiġu ammessi għan-negozjar.

    6.2.   Is-swieq regolati jew is-swieq ekwivalenti kollha li fihom, safejn jaf l-emittent, titoli tal-istess klassi tat-titoli li jridu jiġu offruti jew ammessi għan-negozjar huma diġà ammessi għan-negozjar.

    6.3.   Jekk simultanjament jew kważi simultanjament mal-ħolqien tat-titoli li għalihom qed tiġi mfittxija ammissjoni f’suq regolat, titoli tal-istess klassi jiġu sottoskritti jew imqegħda privatament jew jekk titoli ta’ klassijiet oħra jinħolqu għat-tqegħid pubbliku jew privat, agħti dettalji tan-natura ta’ dawn l-operati u tan-numru u l-karatteristiċi tat-titoli li għalihom jirrelataw.

    6.4.   Dettalji tal-entitajiet li għandhom impenn sod li jaġixxu bħala intermedjarji f’negozjar sekondarju, jipprovdu likwidità permezz ta’ rati ta’ offerta u deskrizzjoni tat-termini ewlenin tal-impenn tagħhom.

    7.   FTEHIMIET LOCK-UP

    7.1.   Ftehimiet lock-up

    Il-partijiet involuti.

    Il-kontenut u l-eċċezzjonijiet tal-ftehim.

    Indikazzjoni tal-perjodu tal-lock up.

    8.   SPIŻA TAL-ĦRUĠ/OFFERTA

    8.1.   L-introjtu nett totali u estimu tal-ispejjeż totali tal-ħruġ/offerta.

    9.   DILWIZZJONI

    9.1.   L-ammont u l-persentaġġ ta’ dilwizzjoni immedjata li tirriżulta mill-ħruġ/offerta.

    9.2.   L-ammont u l-persentaġġ ta’ dilwizzjoni immedjata jekk ma jissottoskrivux għall-offerta l-ġdida.

    10.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    10.1.   Jekk konsulenti konnessi ma’ ħruġ jiġu msemmija fin-Nota dwar it-Titoli, dikjarazzjoni tal-kapaċità li fiha jkunu aġixxew il-konsulenti.

    10.2.   Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fin-Nota dwar it-Titoli li tkun ġiet awditjata jew riveduta minn awdituri statutorji u fejn awdituri jkunu pproduċew rapport. Riproduzzjoni tar-rapport jew, bil-permess tal-awtorità kompetenti, sommarju tar-rapport.

    10.3.   Fejn dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil persuna bħala esperta jiġi inkluż fin-Nota dwar it-Titoli, ipprovdi l-isem ta’ din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess materjali jekk ikun hemm fl-emittent. Jekk ir-rapport ikun ġie prodott fuq it-talba tal-emittent, dikjarazzjoni li dik id-dikjarazzjoni jew dak ir-rapport huwa inkluż, fil-forma u l-kuntest li fih huwa inkluż, bil-kunsens ta’ dik il-persuna li tkun awtorizzat il-kontenut ta’ dik il-parti tan-Nota dwar it-Titoli.

    10.4.   Fejn l-informazzjoni tkun inġiebet minn parti terza, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni tkun ġiet riprodotta b’mod preċiż u li safejn l-emittent huwa konxju u jista’ jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata minn dik il-parti terza, l-ebda fatti ma tħallew barra li jirrendu l-informazzjoni riprodotta ineżatta jew qarrieqa. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) tal-informazzjoni.

    ANNESS XXV

    Skeda proporzjonata għar-Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni għad-Dokument tar-Reġistrazzjoni tal-Ishma għal SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq mnaqqsa

    1.   PERSUNI RESPONSABBLI

    1.1.   Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-Dokument ta’ Reġistrazzjoni u, kif jista' jagħti il-każ, għal ċerti partijiet minnu, b'indikazzjoni, fil-każ imsemmi l-aħħar, ta’ dawn il-partijiet. Fil-każ ta’ persuni naturali inklużi membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni u superviżorji tal-emittent, indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta’ persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat.

    1.2.   Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta’ reġistrazzjoni li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fid-dokument ta’ reġistrazzjoni tkun, safejn jafu huma, f'konformità mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa s-sinifikat tagħha. Kif jista' jagħti l-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċerti partijiet tad-dokument ta’ reġistrazzjoni li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-parti tad-dokument ta’ reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli tkun, safejn jafu huma, f'konformità mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa s-sinifikat tagħha.

    2.   AWDITURI STATUTORJI

    2.1.   L-ismijiet u l-indirizzi tal-awdituri tal-emittent għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija tagħhom f'korp professjonali).

    2.2.   Jekk l-awdituri jkunu rriżenjaw, tneħħew jew ma jkunux reġgħu ġew maħtura matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, indika d-dettalji jekk materjali.

    3.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA MAGĦŻULA

    3.1.   Informazzjoni finanzjarja storika magħżula fir-rigward tal-emittent, ippreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kull perjodu finanzjarju interim sussegwenti, fl-istess munita bħall-informazzjoni finanzjarja.

    L-informazzjoni finanzjarja storika magħżula trid tipprovdi ċ-ċifri prinċipali li jqassru l-kondizzjoni finanzjarja tal-emittent.

    3.2.   Jekk tiġi provduta informazzjoni finanzjarja magħżula għal perjodi interim, trid tiġi provduta dejta komparattiva mill-istess perjodu fis-sena finanzjarja ta’ qabel, ħlief li r-rekwiżit għall-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ jiġi sodisfatt billi tiġi ppreżentata l-informazzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-aħħar tas-sena.

    4.   FATTURI TA' RISKJU

    Divulgazzjoni prominenti ta’ fatturi ta’ riskju li huma speċifiċi għall-emittent jew l-industrija tiegħu fit-taqsima bl-intestatura “Fatturi ta’ Riskju”.

    5.   INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

    5.1.   L-Istorja u l-Iżvilupp tal-Emittent

    5.1.1.

    L-isem legali u kummerċjali tal-emittent;

    5.1.2.

    il-post ta’ reġistrazzjoni tal-emittent u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu;

    5.1.3.

    id-data tal-inkorporazzjoni u t-tul tal-ħajja tal-emittent, ħlief meta indefinit;

    5.1.4.

    il-forma domiċilja u legali tal-emittent, il-leġiżlazzjoni skont liema jopera l-emittent u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni tiegħu, u l-indirizz u n-numru tat-telefown tal-uffiċċju rreġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali tan-negozju jekk ikun differenti mill-uffiċċju rreġistrat tiegħu);

    5.1.5.

    l-avvenimenti importanti fl-iżvilupp tan-negozju tal-emittent.

    5.2.   Investimenti

    5.2.1.

    Deskrizzjoni, (inkluż l-ammont) tal-investimenti prinċipali tal-emittent għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    5.2.2.

    Deskrizzjoni tal-investimenti prinċipali tal-emittent li huma fis-seħħ, inkluża d-distribuzzjoni ġeografika ta’ dawn l-investimenti (fil-pajjiż u barra l-pajjiż) u l-metodu ta’ finanzjament (intern jew estern).

    5.2.3.

    Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali futuri tal-emittent li fuqhom il-korpi ta’ ġestjoni tiegħu jkunu diġà għamlu impenji sodi u s-sorsi antiċipati ta’ fondi meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti dawn l-impenji.

    6.   ĦARSA ĠENERALI TAN-NEGOZJU

    6.1.   Attivitajiet prinċipali

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-operati u l-attivitajiet prinċipali tal-emittent u ta’ kull tibdil sinifikanti li għandu impatt fuq dawn l-operati u attivitajiet mill-aħħar żewġ dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ppubblikati, inkluża indikazzjoni ta’ kull prodott u servizz ġdid sinifikanti li jkun ġie introdott u, sal-punt li jkun ġie ddivulgat pubblikament l-iżvilupp ta’ prodotti jew servizzi ġodda, l-istatus tal-iżvilupp.

    6.2.   Swieq prinċipali

    Deskrizzjoni fil-qosor tas-swieq prinċipali li fihom jikkompeti l-emittent u ta’ kull tibdil sinifikanti li għandu impatt fuq dawn is-swieq mill-aħħar żewġ rapporti finanzjarji awditjati ppubblikati.

    6.3.   Fejn l-informazzjoni mogħtija skont il-punti 6.1. u 6.2. tkun ġiet influwenzata minn fatturi straordinarji, semmi dak il-fatt.

    6.4.   Jekk materjali għan-negozju jew il-profitabbiltà tal-emittent, informazzjoni fil-qosor dwar kemm l-emittent huwa dipendenti, fuq privattivi jew liċenzji, kuntratti industrijali, kummerċjali jew finanzjarji jew proċċessi ġodda ta’ manifattura.

    6.5.   Il-bażi għal kwalunkwe rapport li jsir mill-emittent dwar il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu.

    7.   L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

    7.1.   Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni fil-qosor tal-grupp u tal-pożizzjoni tal-emittent fil-grupp.

    7.2.   Jekk mhux inkluża fir-rapporti finanzjarji, lista tas-sussidjarji sinifikanti tal-emittent, inkluż l-isem, il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni jew ta’ residenza, il-proporzjon tal-interess proprjetarju u, jekk differenti, il-proporzjon miżmum tas-setgħa tal-vot.

    8.   PROPRJETÀ, IMPJANTI U TAGĦMIR

    8.1.   Deskrizzjoni ta’ kull ħruġ ambjentali li tista' taffettwa l-utilizzazzjoni tal-assi fissi tanġibbli tal-emittent.

    9.   REVIŻJONI TA' OPERAT U FINANZJARJA

    L-emittent irid jiddivulga l-informazzjoni li ġejja jekk ir-Rapporti Annwali, ippreżentati u mħejjija f'konformità mal-Artikolu 46 tad-Direttiva 78/660/KEE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 83/349/KEE għall-perjodi koperti mill-informazzjoni finanzjajra storika, mhumiex inklużi jew annessi mal-prospett.

    9.1.   L-kondizzjoni finanzjarja

    Sal-punt mhux kopert x'imkien ieħor fid-dokument ta’ reġistrazzjoni, ipprovdi deskrizzjoni tal-kondizzjoni finanzjarja tal-emittent, tibdil fil-kondizzjoni finanzjarja u riżultati ta’ operati għal kull sena u perjodu interim, li għalih tkun meħtieġa informazzjoni finanzjarja storika, inklużi l-kawżi tat-tibdil materjali minn sena għal sena fl-informazzjoni finanzjarja sal-punt meħtieġ għall-fehim tan-negozju tal-emittent fit-totalità tiegħu.

    9.2.   Riżultati tal-operat

    9.2.1.

    Informazzjoni fir-rigward ta’ fatturi sinifikanti, inklużi avvenimenti mhux tas-soltu jew mhux frekwenti jew żviluppi ġodda, li jaffettwaw materjalment id-dħul tal-emittent minn operati, li tindika l-punt safejn ġie affettwat id-dħul b'dan il-mod.

    9.2.2.

    Fejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jiddivulga tibdil materjali fil-bejgħ jew id-dħul nett, ipprovdi diskussjoni narrattiva tar-raġunijiet għal dan it-tibdil.

    9.2.3.

    Informazzjoni fir-rigward ta’ kull politika jew fattur governattiv, ekonomiku, fiskali, monetarju jew politiku li jkun affettwa materjalment jew jista' jaffettwa materjalment, direttament jew indirettament, l-operati tal-emittent.

    10.   RIŻORSI KAPITALI

    10.1.   Spjegazzjoni tas-sorsi u l-ammonti ta', u deskrizzjoni narrattiva tal-flussi tal-flus tal-emittent;

    10.2.   Informazzjoni fir-rigward ta’ kull restrizzjoni fuq l-użu ta’ riżorsi kapitali li jkunu affettwaw materjalment, jew jistgħu jaffettwaw materjalment, direttament jew indirettament, l-operati tal-emittent.

    11.   RIĊERKA U ŻVILUPP, PRIVATTIVI U LIĊENZJI

    Fejn materjali, ipprovdi deskrizzjoni tal-politiki tar-riċerka u l-iżvilupp tal-emittent għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, inkluż l-ammont li jkun intefaq fuq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp sponsorjati mill-emittent.

    12.   INFORMAZZJONI DWAR IX-XEJRIET

    12.1.   Ix-xejriet riċenti l-aktar sinifikanti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-inventarju, u l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    12.2.   Informazzjoni dwar kull xejra, inċertezza, domanda, impenn jew avveniment magħruf li huwa raġonevolment probabbli li jkollu effett materjali fuq il-prospetti tal-emittent għal mill-inqas is-sena finanzjarja attwali.

    13.   TBASSIR JEW ESTIMI TAL-PROFIT

    Jekk emittent jagħżel li jinkludi tbassir tal-profit jew estimu tal-profit, id-dokument ta’ reġistrazzjoni jrid jinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punti 13.1 u 13.2:

    13.1.

    Dikjarazzjoni li tistabbilixxi s-suppożizzjonijiet prinċipali li fuqhom l-emittent ikun ibbaża t-tbassir, jew l-estimu, tiegħu.

    Irid ikun hemm distinzjoni ċara bejn suppożizzjonijiet dwar fatturi li l-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jistgħu jinfluwenzaw u suppożizzjonijiet dwar fatturi li huma esklussivament barra mill-influwenza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji; is-suppożizzjonijiet iridu jinftiehmu faċilment minn investituri, ikunu speċifiċi u preċiżi u ma jirrelatawx mal-eżattezza ġenerali tal-estimi sottostanti t-tbassir.

    13.2.

    Rapport imħejji minn kontabilisti jew awdituri indipendenti li jiddikjara li fl-opinjoni tal-kontabilisti jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-estimu jkun ġie miġbur kif xieraq fuq il-bażi ddikjarati u li l-bażi tal-kontabbiltà użata għat-tbassir jew l-estimu tal-profit hija konsistenti mal-politiki tal-kontabbiltà tal-emittent.

    13.3.

    It-tbassir jew l-estimu tal-profit irid jiġi mħejji fuq bażi komparabbli mal-informazzjoni finanzjarja storika

    13.4.

    Jekk ikun ġie ppubblikat tbassir tal-profit fi prospett li jkun għadu pendenti, imbagħad ipprovdi dikjarazzjoni li tistabbilixxi jekk dak it-tbassir għadux korrett fil-mument tad-dokument ta’ reġistrazzjoni, u spjegazzjoni dwar għaliex dan it-tbassir ma għadux validu jekk dak ikun il-każ.

    14.   KORPI AMMINISTRATTIVI, TA' ĠESTJONI, U SUPERVIŻORJI U ĠESTJONI GĦOLJA

    14.1.   L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet fl-emittent tal-persuni li ġejjin u indikazzjoni tal-attivitajiet prinċipali mwettqa minnhom barra minn dak l-emittent fejn dawn huma sinifikanti fir-rigward ta’ dak l-emittent:

    (a)

    membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji;

    (b)

    sħab b'responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta’ sħubija limitata b'kapital azzjonarju;

    (c)

    fundaturi, jekk l-emittent ikun ġie stabbilit għal inqas minn ħames snin; u

    (d)

    kull maniġer f'livell għoli li huwa rilevanti sabiex jiġi stabbilit li l-emittent għandu l-kompetenza u l-esperjenza xierqa għall-ġestjoni tan-negozju tal-emittent.

    In-natura ta’ kwalunkwe relazzjoni familjari bejn kwalunkwe wieħed minn dawk il-persuni.

    Fil-każ ta’ kull membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji tal-emittent u ta’ kull persuna msemmija fil-punti (b) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu, id-dettalji tal-kompetenza u l-esperjenza ta’ ġestjoni rilevanti ta’ dik il-persuna u l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-ismijiet tal-kumpaniji u s-sħubiji kollha li tagħhom din il-persuna kienet membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew sieħba fi kwalunkwe ħin fil-ħames snin ta’ qabel, filwaqt illi jiġi indikat jekk l-individwu għadux membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew sieħeb. Mhuwiex meħtieġ li jiġu elenkati s-sussidarji kollha ta’ emittent li tagħhom il-persuna hija wkoll membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji;

    (b)

    kull kundanna fir-rigward ta’ reati frodulenti għal mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (c)

    dettalji ta’ kull falliment, riċevitur jew likwidazzjoni li magħhom persuna deskritta f'(a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu li kienet qegħda taġixxi fil-kapaċità ta’ waħda mill-pożizzjonijiet stabbiliti f'(a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu ġiet assoċjata għal mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (d)

    dettalji ta’ kull inkriminazzjoni u/jew sanzjoni uffiċjali pubblika ta’ tali persuna minn awtoritajiet statutorji jew regolatorji (inklużi korpi professjonali nnominati) u jekk din il-persuna qatt ġietx skwalifikata minn qorti milli taġixxi bħala membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji ta’ emittent jew milli taġixxi fil-ġestjoni jew it-tmexxija tal-affarijiet ta’ kull emittent għal mill-inqas l-aħħar ħames snin.

    Jekk m'hemmx informazzjoni bħal din li trid tiġi ddivulgata, għandha ssir dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    14.2.   Kunflitti ta’ interess ta’ korpi Amministrattivi, ta’ Ġestjoni, u Superviżorji u ta’ Ġestjoni Għolja

    Kunflitti ta’ interess potenzjali bejn kull dmir lill-emittent, tal-persuni msemmija f'punt 14.1., u l-interessi privati tagħhom u/jew dmirijiet oħra jridu jiġu ddikjarati b'mod ċar. Fil-każ li m'hemmx kunflitti bħal dawn, trid issir dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    Kull arranġament jew fehim ma’ azzjonisti ewlenin, kljienti, fornituri jew oħrajn, skont liema kull persuna msemmija f'punt 14.1 ġiet magħżula bħala membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew membru tal-ġestjoni għolja.

    Dettalji ta’ kull restrizzjoni miftiehma mill-persuni msemmija fil-punt 14.1 dwar id-disponiment f'ċertu perjodu ta’ żmien tal-parteċipazzjoni tagħhom fit-titoli tal-emittent.

    15.   REMUNERAZZJONI U BENEFIĊĊJI

    Fir-rigward tal-aħħar sena finanzjarja sħiħa għal dawk il-persuni msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu ta’ punt 14.1.

    15.1.

    L-ammont ta’ rimunerazzjoni mħallsa (inkluż kull kumpens kontinġenti jew diferit), u benefiċċji in natura mogħtija lil dawn il-persuni mill-emittent u s-sussidjarji tiegħu għal servizzi fil-kapaċitajiet kollha lill-emittent u s-sussidjarji tiegħu minn kwalunkwe persuna.

    Dik l-informazzjoni trid tiġi provdut fuq bażi individwali, sakemm id-divulgazzjoni individwali mhijiex meħtieġ fil-pajjiż tad-domiċilju tal-emittent jew l-emittent ma jkunx diġà ddivulga dik l-informazzjoni.

    15.2.

    L-ammonti totali mwarrba jew dovuti mill-emittent jew is-sussidjarji tiegħu sabiex jipprovdu benefiċċji ta’ pensjoni, irtirar jew benefiċċji simili.

    16.   PRATTIĊI TAL-BORD

    Fir-rigward tal-aħħar sena finanzjarja mitmuma tal-emittent, u sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, fir-rigward ta’ dawk il-persuni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-punt 14.1.

    16.1.

    Id-data tal-iskadenza tal-mandat attwali, jekk applikabbli, u l-perjodu matul liema l-persuna tkun serviet f'dak il-mandat.

    16.2.

    Informazzjoni dwar membri tal-kuntratti għal servizz ta’ korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji mal-emittent jew kwalunkwe wieħed mis-sussidjarji tiegħu li jipprovdu benefiċċji mat-terminazzjoni tal-impjieg, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    16.3.

    Informazzjoni dwar il-kumitat tal-awditjar u l-kumitat ta’ rimunerazzjoni tal-emittent, inklużi l-ismijiet ta’ membri tal-kumitat u sommarju tat-termini ta’ referenza taħt liema topera l-kumpanija.

    16.4.

    Dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent jikkonformax jew le mar-reġim(i) tal-governanza korporattiva tal-pajjiż tiegħu. Fil-każ li l-emittent ma jikkonformax ma’ dan ir-reġim, trid tiġi inkluża dikjarazzjoni għal dak l-għan flimkiem ma’ spjegazzjoni fir-rigward ta’ għaliex l-emittent ma jikkonformax ma’ dan ir-reġim.

    17.   L-IMPJEGATI

    17.1.   Jew l-għadd ta’ impjegati fit-tmiem tal-perjodu jew il-medja għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni (u tibdil f'dan l-għadd, jekk materjali) u, jekk possibbli u materjali, tqassim tal-persuni impjegati skont il-kategorija ewlenija ta’ attività u lokazzjoni ġeografika. Jekk l-emittent jimpjega numru sinifikanti ta’ impjegati temporanji, inkludi l-iżvelar tan-numru ta’ impjegati temporanji bħala medja matul is-sena finanzjarja l-aktar riċenti.

    17.2.   Ishma u opzjonijiet tal-ishma fir-rigward ta’ kull persuna msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu tal-punt 14.1. jipprovdu informazzjoni fir-rigward tas-sjieda tal-ishma tagħhom u kull opzjoni fuq dawn l-ishma fl-emittent mid-data prattikabbli l-aktar riċenti.

    17.3.   Deskrizzjoni ta’ kull arranġament għall-involviment tal-impjegati fil-kapital tal-emittent.

    18.   L-AZZJONISTI MAĠĠURI

    18.1.   Safejn ikun magħruf mill-emittent, l-isem ta’ kull persuna oħra għajr membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji li, direttament jew indirettament, għandha interess fil-kapital jew id-drittijiet tal-vot tal-emittent li hija notifikabbli skont il-liġi nazzjonali tal-emittent, flimkien mal-ammont tal-interess ta’ kull tali persuna jew, jekk ma jkunx hemm tali persuni, dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    18.2.   Jekk l-azzjonisti ewlenin tal-emittent għandhomx drittijiet tal-vot differenti, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    18.3.   Sal-punt magħruf lill-emittent, iddikjara jekk l-emittent huwiex direttament jew indirettament il-proprjetà jew fil-kontroll ta’ xi ħadd u minn min u iddeskrivi n-natura ta’ dan il-kontroll u ddeskrivi l-miżuri fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li dan il-kontroll mhuwiex abbużat.

    18.4.   Deskrizzjoni ta’ kull arranġament, magħruf lill-emittent, li l-operat tiegħu jista', f'data sussegwenti, jirriżulta f'bidla fil-kontroll tal-emittent.

    19.   TRANŻAZZJONIJIET TA' PARTI RELATATA

    Jekk l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ma japplikawx għall-emittent, trid tiġi ddivulgata l-informazzjoni li ġejja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika u sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni:

    (a)

    In-natura u l-punt safejn kull tranżazzjoni tkun - bħala tranżazzjoni unika jew fl-intier tagħhom - materjali għall-emittent. Fejn dawn it-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati mhumiex konklużi b'mod indipendenti (at arm's length) ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex dawn it-tranżazzjonijiet ma ġewx konklużi b'mod indipendenti (at arm's length). Fil-każ ta’ self pendenti inklużi garanziji ta’ kull tip, indika l-ammont pendenti.

    (b)

    L-ammont jew il-persentaġġ li minnu tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati jiffurmaw parti mill-fatturat tal-emittent.

    Jekk l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 japplikaw għall-emittent, l-informazzjoni msemmija hawn fuq trid tiġi ddivulgata biss għal dawk it-tranżazzjonijiet li seħħew mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ġiet ippubblikata informazzjoni finanzjarja awditjata.

    20.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA DWAR L-ASSI U R-RESPONSABBILTAJIET, IL-POŻIZZJONI FINANZJARJA U L-QLIGĦ U T-TELF TAL-EMITTENT

    20.1.   Informazzjoni finanzjarja storika

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri l-aħħar sentejn finanzjarji (jew tali perjodu iqsar li fih ilu jopera l-emittent) ġiet imħejjija skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew, jekk mhux applikabbli, skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ Stat Membru għal emittenti mill-Unjoni Ewropea, u fejn jistgħu jinkisbu dikjarazzjonijiet finanzjarji proprji u konsolidati, kif jista' jkun il-każ.

    Irid jiġi inkluż ir-rapport ta’ verifika fir-rigward ta’ kull sena.

    Għal emittenti ta’ pajjiżi terzi, dikjarazzjoni li din l-informazzjoni finanzjarja ġiet imħejjija u awditjata skont l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà adottati skont il-proċedura tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-istandards, u fejn tista' tinkiseb. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja mhijiex ekwivalenti għal dawn l-istandards, dikjarazzjoni li tkun ġiet imħejjija fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid, u fejn tista' tinkiseb.

    20.2.   Informazzjoni finanzjarja pro forma

    Fil-każ ta’ bidla grossa sinifikanti, deskrizzjoni ta’ kif it-tranżazzjoni setgħet affettwat l-assi u r-responsabbiltajiet u l-qligħ tal-emittent, li kieku t-tranżazzjoni kienet twettqet fil-bidu tal-perjodu li qed jiġi rrapportat jew fid-data rrapportata.

    Normalment, dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfatt permezz tal-inklużjoni ta’ informazzjoni finanzjarja pro forma.

    Din l-informazzjoni finanzjarja pro forma trid tiġi ppreżentata kif stabbilit fl-Anness II u trid tinkludi l-informazzjoni indikata fih.

    Informazzjoni finanzjarja pro forma trid tiġi akkompanjata minn rapport imħejji minn kontabilisti jew awdituri indipendenti.

    20.3.   Awditjar ta’ informazzjoni finanzjarja storika annwali

    20.3.1.

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ġiet awditjata. Jekk rapporti ta’ awditu dwar l-informazzjoni finanzjarja storika jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk jinkludu kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jridu jiġu riprodotti għal kollox u jridu jingħataw ir-raġunijiet.

    20.3.2.

    Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fid-dokument ta’ reġistrazzjoni li tkun ġiet awditjata mill-awdituri.

    20.3.3.

    Fejn id-dejta finanzjarja fid-dokument ta’ reġistrazzjoni ma tkunx estratta mir-rapporti finanzjarji awditjati tal-emittent, iddikjara s-sors tad-dejta u ddikjara li d-dejta mhijiex awditjata.

    20.4.   Kemm hija antika l-aħħar informazzjoni finanzjarja

    20.4.1.

    L-aħħar sena ta’ informazzjoni finanzjarja awditjata ma tridx tkun aktar antika minn waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    18-il xahar mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni jekk l-emittent jinkludi rapporti finanzjarji interim awditjati fid-dokument ta’ reġistrazzjoni;

    (b)

    15-il xahar mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni jekk l-emittent jinkludi dikjarazzjonijiet finanzjarji interim mhux awditjati fid-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    20.5.   Informazzjoni finanzjarja interim u informazzjoni finanzjarja oħra

    20.5.1.

    Jekk l-emittent ikun ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji awditjati tiegħu, dikjarazzjoni f'dan ir-rigward trid tiġi inkluża fid-dokument ta’ reġistrazzjoni u fejn tista' tinkiseb. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur tkun ġiet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta’ verifika jew ta’ reviżjoni jrid jiġi inkluż. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mhijiex awditjata jew ma ġietx riveduta, iddikjara dak il-fatt.

    20.6.   Il-politika tad-dividendi

    Deskrizzjoni tal-politika tal-emittent dwar distribuzzjonijiet ta’ dividendi u kull restrizzjoni fuqhom.

    20.6.1.

    L-ammont tad-dividend kull sehem għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika aġġustata, fejn in-numru tal-ishma fl-emittent inbidel, sabiex isir komparabbli.

    20.7.   Proċeduri legali u ta’ arbitraġġ

    Informazzjoni dwar kull proċedura governattiva, legali jew ta’ arbitraġġ (inkluż kull proċedura li hija pendenti jew mhedda li minnha huwa konxju l-emittent), matul perjodu li jkopri mill-inqas it-12-il xahar preċedenti li jista' jkollha, jew fil-passat riċenti kellha effetti sinifikanti fuq l-emittenti u/jew il-pożizzjoni finanzjarja jew il-profitabbiltà tal-grupp, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    20.8.   Bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-emittent

    Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih jew informazzjoni finanzjarja awditjata jew informazzjoni finanzjarja interim ikunu ġew ippubblikati, jew ipprovdi rapport negattiv xieraq.

    21.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    21.1.   Kapital azzjonarju

    L-informazzjoni li ġejja mid-data tal-karta tal-bilanċ l-aktar riċenti inkluża fl-informazzjoni finanzjarja storika:

    21.1.1.

    L-ammont ta’ kapital maħruġ, u għal kull klassi ta’ kapital azzjonarju:

    (a)

    l-għadd ta’ ishma awtorizzati;

    (b)

    l-għadd tal-ishma maħruġa u mħallsa għal kollox u maħruġa iżda mhux imħallsa għal kollox;

    (c)

    il-valur pari kull sehem, jew li l-ishma m'għandhom l-ebda valur pari; u

    (d)

    rikonċiljazzjoni tan-numru ta’ ishma pendenti fil-bidu u t-tmiem tas-sena. Jekk aktar minn 10 % tal-kapital ikun tħallas b'assi oħra għajr flus kontanti fil-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, iddikjara dak il-fatt.

    21.1.2.

    Jekk ikun hemm ishma li ma jirrappreżentawx il-kapital, iddikjara l-għadd u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawn l-ishma.

    21.1.3.

    In-numru, il-valur fil-kotba u l-valur nominali ta’ ishma fl-emittent miżmuma jew f'isem l-emittent innifsu jew minn sussidjarji tal-emittent.

    21.1.4.

    L-ammont ta’ kull titolu konvertibbli, titoli skambjabbli jew titoli b'ċertifikat, b'indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li jirregolaw u l-proċeduri għall-konverżjoni, l-iskambju jew is-sottoskrizzjoni.

    21.1.5.

    L-informazzjoni dwar u t-termini ta’ kull dritt ta’ akkwist jew obbligu fuq kapital awtorizzat iżda mhux maħruġ jew impenn li jiżdied il-kapital.

    21.1.6.

    Informazzjoni dwar kull kapital ta’ kull membru tal-grupp li huwa taħt opzjoni jew maqbul b'mod kondizzjonali jew mhux kondizzjonali li jitqiegħed taħt opzjoni u dettalji ta’ dawn l-opzjonijiet inkluż dawk il-persuni li għalihom jirrelataw dawn l-opzjonijiet.

    21.1.7.

    Storja ta’ kapital azzjonarju, li tenfasizza l-informazzjoni dwar kull tibdil, għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika.

    21.2.   Memorandum u Artikoli ta’ Assoċjazzjoni

    21.2.1.

    Deskrizzjoni tal-oġġetti u l-għanijiet tal-emittent u fejn jistgħu jinstabu fil-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni.

    21.2.2.

    Sommarju ta’ kull dispożizzjoni tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, karta jew liġi amministrattiva tal-emittent fir-rigward tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni u superviżorji.

    21.2.3.

    Deskrizzjoni tad-drittijiet, il-preferenzi u r-restrizzjonijiet marbuta ma’ kull klassi tal-ishma eżistenti.

    21.2.4.

    Deskrizzjoni ta’ liema azzjoni hija meħtieġa sabiex jinbidlu d-drittijiet tad-detenturi tal-ishma, li tindika fejn il-kondizzjonijiet huma aktar sinifikanti milli huwa meħtieġ mil-liġi.

    21.2.5.

    Deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih jinżammu laqgħat ġenerali annwali u laqgħat ġenerali straordinarji ta’ azzjonisti inklużi l-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni.

    21.2.6.

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’ kull dispożizzjoni tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, karta jew liġi amministrattiva tal-emittent li jkollha l-effett tad-dewmien, id-diferiment jew il-prevenzjoni ta’ bidla fil-kontroll tal-emittent.

    21.2.7.

    Indikazzjoni tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, karta jew dispożizzjonijiet tal-liġi amministrattiva, jekk ikun hemm, li jirregolaw il-limitu tas-sjieda li ‘l fuq minnu trid tiġi ddivulgata s-sjieda tal-ishma.

    21.2.8.

    Deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet imposti mill-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, karta jew liġi amministrattiva li jirregolaw tibdil fil-kapital, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma aktar strinġenti milli huwa meħtieġ mil-liġi.

    22.   KUNTRATTI MATERJALI

    Sommarju ta’ kull kuntratt materjali, għajr kuntratti konklużi fil-kors normali tan-negozju, li tagħhom l-emittent jew kull membru tal-grupp huwa parti, għall-aħħar sentejn immedjatament qabel il-pubblikazzjoni tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    Sommarju ta’ kull kuntratt ieħor (li mhuwiex kuntratt konkluż fil-kors normali tan-negozju) konkluż minn kull membru tal-grupp li jinkludi kull dispożizzjoni taħt liema kull membru tal-grupp għandu kull obbligu jew intitolament li huwa materjali għall-grupp mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    23.   INFORMAZZJONI TA’ PARTI TERZA U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KULL INTERESS

    23.1.   Fejn dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil persuna bħala esperta jiġi inkluż fid-Dokument ta’ Reġistrazzjoni, ipprovdi l-isem ta’ din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess materjali jekk ikun hemm fl-emittent. Jekk ir-rapport ikun ġie prodott fuq it-talba tal-emittent, dikjarazzjoni li dik id-dikjarazzjoni jew dak ir-rapport huwa inkluż, fil-forma u l-kuntest li fih huwa inkluż, bil-kunsens ta’ dik il-persuna li tkun awtorizzat il-kontenut ta’ dik il-parti tad-Dokument ta’ Reġistrazzjoni.

    23.2.   Fejn l-informazzjoni tkun inġiebet minn parti terza, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni tkun ġiet riprodotta b'mod preċiż u li safejn l-emittent huwa konxju u jista' jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata minn dik il-parti terza, l-ebda fatti ma tħallew barra li jirrendu l-informazzjoni riprodotta ineżatta jew qarrieqa. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) tal-informazzjoni.

    24.   DOKUMENTI GĦALL-WIRI

    Dikjarazzjoni li matul il-ħajja tad-dokument ta’ reġistrazzjoni, jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti li ġejjin (jew kopji tagħhom), fejn ikun applikabbli:

    (a)

    il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-emittent;

    (b)

    ir-rapporti, l-ittri u d-dokumenti l-oħra, l-informazzjoni finanzjarja storika, il-valutazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet kollha mħejjija minn kull espert fuq it-talba tal-emittent li kwalunkwe parti minnhom tiġi inkluża jew imsemmija fid-dokument ta’ reġistrazzjoni;

    (c)

    l-informazzjoni finanzjarja storika tal-emittent, jew, fil-każ ta’ grupp, l-informazzjoni finanzjarja storika għall-emittent u l-impriżi sussidjarji tiegħu għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji li jippreċedu l-pubblikazzjoni tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    Indikazzjoni ta’ fejn jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti għall-wiri, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.

    25.   INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻAMMIET

    Informazzjoni relatata mal-impriżi li fihom l-emittent għandu proporzjon tal-kapital li x'aktarx ikollu effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tal-assi u r-responsabbiltajiet, il-pożizzjoni finanzjarja jew il-qligħ jew it-telf proprji tiegħu

    ANNESS XXVI

    Skeda proporzjonata għal Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni għad-Dokumenti tar-Reġistrazzjoni tat-Titoli tad-Dejn u d-Derivattivi < EUR 100 000 għal SMEs u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa  (2)

    1.   PERSUNI RESPONSABBLI

    2.   AWDITURI STATUTORJI

    3.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA MAGĦŻULA

    4.   FATTURI TA’ RISKJU

    5.   INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

    6.   ĦARSA ĠENERALI TAN-NEGOZJU

    7.   L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

    8.   INFORMAZZJONI DWAR IX-XEJRIET

    9.   TBASSIR JEW ESTIMI TAL-PROFIT

    10.   KORPI AMMINISTRATTIVI, TA’ ĠESTJONI, U SUPERVIŻORJI

    11.   PRATTIĊI TAL-BORD

    12.   L-AZZJONISTI MAĠĠURI

    13.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA DWAR L-ASSI U R-RESPONSABBILTAJIET, IL-POŻIZZJONI FINANZJARJA U L-QLIGĦ U T-TELF TAL-EMITTENT

    13.1.   Informazzjoni Finanzjarja Storika

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri l-aħħar sena finanzjarja (jew tali perjodu iqsar li fih ilu jopera l-emittent) ġiet imħejjija skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew, jekk mhux applikabbli, skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ Stat Membru għal emittenti mill-Unjoni Ewropea, u fejn jistgħu jinkisbu dikjarazzjonijiet finanzjarji proprji u konsolidati, kif jista’ jkun il-każ

    Ir-rapport ta’ verifika jrid jiġi inkluż.

    Għal emittenti ta’ pajjiżi terzi, dikjarazzjoni li din l-informazzjoni finanzjarja ġiet imħejjija u awditjata skont l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà adottati skont il-proċedura tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-istandards, u fejn tista’ tinkiseb. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja mhijiex ekwivalenti għal dawn l-istandards, dikjarazzjoni li tkun ġiet imħejjija fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid, u fejn tista’ tinkiseb.

    13.2.   Awditjar ta’ informazzjoni finanzjarja annwali

    13.2.1.

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ġiet awditjata. Jekk rapporti ta’ verifika dwar l-informazzjoni finanzjarja storika jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk jinkludu kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jridu jiġu riprodotti għal kollox u jridu jingħataw ir-raġunijiet.

    13.2.2.

    Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fid-dokument ta’ reġistrazzjoni li tkun ġiet awditjata mill-awdituri.

    13.2.3.

    Fejn id-dejta finanzjarja fid-dokument ta’ reġistrazzjoni ma tkunx estratta mir-rapporti finanzjarji awditjati tal-emittent, iddikjara s-sors tad-dejta u ddikjara li d-dejta mhijiex awditjata.

    13.3.   Informazzjoni finanzjarja interim u informazzjoni finanzjarja oħra

    Jekk l-emittent ikun ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji awditjati tiegħu, dikjarazzjoni f’dan ir-rigward trid tiġi inkluża fid-dokument ta’ reġistrazzjoni u fejn tista’ tinkiseb. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur tkun ġiet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta’ awditu jew ta’ reviżjoni jrid jiġi inkluż. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mhijiex awditjata jew ma ġietx riveduta, iddikjara dak il-fatt.

    13.4.   Proċeduri legali u ta’ arbitraġġ

    Informazzjoni dwar kull proċedura governattiva, legali jew ta’ arbitraġġ (inkluż kull proċedura li hija pendenti jew mhedda li minnha huwa konxju l-emittent), matul perjodu li jkopri mill-inqas it-12-il xahar preċedenti li jista’ jkollha, jew fil-passat riċenti kellha effetti sinifikanti fuq l-emittenti u/jew il-pożizzjoni finanzjarja jew il-profitabbiltà tal-grupp, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    13.5.   Bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-emittent

    Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih jew informazzjoni finanzjarja awditjata jew informazzjoni finanzjarja interim ikunu ġew ippubblikati, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    14.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    15.   KUNTRATTI MATERJALI

    16.   INFORMAZZJONI TA’ PARTI TERZA U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA’ KULL INTERESS

    17.   DOKUMENTI GĦALL-WIRI

    ANNESS XXVII

    Skeda proporzjonata għal Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni għad-Dokumenti tar-Reġistrazzjoni tat-Titoli tad-Dejn u d-Derivattivi ≥EUR 100 000 għal SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa (skeda)  (3)

    1.   PERSUNI RESPONSABBLI

    2.   AWDITURI STATUTORJI

    3.   FATTURI TA' RISKJU

    4.   INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

    5.   ĦARSA ĠENERALI TAN-NEGOZJU

    6.   L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

    7.   INFORMAZZJONI DWAR IX-XEJRIET

    8.   TBASSIR JEW ESTIMI TAL-PROFIT

    9.   KORPI AMMINISTRATTIVI, TA' ĠESTJONI, U SUPERVIŻORJI

    10.   L-AZZJONISTI MAĠĠURI

    11.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA DWAR L-ASSI U R-RESPONSABBILTAJIET, IL-POŻIZZJONI FINANZJARJA U L-QLIGĦ U T-TELF TAL-EMITTENT

    11.1.   Informazzjoni Finanzjarja Storika

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri l-aħħar sena finanzjarja (jew tali perjodu iqsar li fih ilu jopera l-emittent) ġiet imħejjija skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew, jekk mhux applikabbli, skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ Stat Membru għal emittenti mill-Unjoni Ewropea, u fejn jistgħu jinkisbu dikjarazzjonijiet finanzjarji proprji u konsolidati, kif jista' jkun il-każ

    Ir-rapport ta’ verifika jrid jiġi inkluż.

    Għal emittenti ta’ pajjiżi terzi, dikjarazzjoni li din l-informazzjoni finanzjarja ġiet imħejjija u awditjata skont l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà adottati skont il-proċedura tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-istandards, u fejn tista' tinkiseb. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja mhijiex ekwivalenti għal dawn l-istandards, dikjarazzjoni li tkun ġiet imħejjija fil-forma ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid, u fejn tista' tinkiseb.

    11.2.   Awditjar ta’ informazzjoni finanzjarja storika annwali

    11.2.1.

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ġiet awditjata. Jekk rapporti ta’ verifika dwar l-informazzjoni finanzjarja storika jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk jinkludu kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jridu jiġu riprodotti għal kollox u jridu jingħataw ir-raġunijiet.

    11.2.2.

    Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fid-dokument ta’ reġistrazzjoni li tkun ġiet awditjata mill-awdituri.

    11.2.3.

    Fejn id-dejta finanzjarja fid-dokument ta’ reġistrazzjoni ma tkunx estratta mir-rapporti finanzjarji awditjati tal-emittent, iddikjara s-sors tad-dejta u ddikjara li d-dejta mhijiex awditjata.

    11.3.   Informazzjoni finanzjarja interim u informazzjoni finanzjarja oħra

    Jekk l-emittent ikun ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mid-data tal-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tiegħu, dikjarazzjoni f'dan ir-rigward trid tiġi inkluża fid-dokument ta’ reġistrazzjoni u fejn tista' tinkiseb. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur tkun ġiet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta’ verifika jew ta’ reviżjoni jrid jiġi inkluż. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mhijiex awditjata jew ma ġietx riveduta, iddikjara dak il-fatt.

    11.4.   Proċeduri legali u ta’ arbitraġġ

    Informazzjoni dwar kull proċedura governattiva, legali jew ta’ arbitraġġ (inkluż kull proċedura li hija pendenti jew mhedda li minnha huwa konxju l-emittent), matul perjodu li jkopri mill-inqas it-12-il xahar preċedenti li jista' jkollha, jew fil-passat riċenti kellha effetti sinifikanti fuq l-emittenti u/jew il-pożizzjoni finanzjarja jew il-profitabbiltà tal-grupp, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    11.5.   Bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-emittent

    Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih jew informazzjoni finanzjarja awditjata jew informazzjoni finanzjarja interim ikunu ġew ippubblikati, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    12.   KUNTRATTI MATERJALI

    13.   INFORMAZZJONI TA' PARTI TERZA U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KULL INTERESS

    14.   DOKUMENTI GĦALL-WIRI

    ANNESS XXVIII

    Skeda Proporzjonata għal Rekwiżiti Minimi tad-Divulgazzjoni għall-Irċevuti tad-Depożitarji maħruġa għal ishma tal-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa  (4)

    1.   PERSUNI RESPONSABBLI

    1.1.   Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-Dokument ta’ Reġistrazzjoni u, kif jista' jagħti il-każ, għal ċerti partijiet minnu, b'indikazzjoni, fil-każ imsemmi l-aħħar, ta’ dawn il-partijiet. Fil-każ ta’ persuni naturali inklużi membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni u superviżorji tal-emittent, indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta’ persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat.

    1.2.   Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta’ reġistrazzjoni li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fid-dokument ta’ reġistrazzjoni tkun, safejn jafu huma, f'konformità mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa s-sinifikat tagħha. Kif jista' jagħti l-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċerti partijiet tad-dokument ta’ reġistrazzjoni li, wara li jkunu ħadu l-prekawzjonijiet kollha raġonevoli sabiex jiżguraw li dan huwa l-każ, l-informazzjoni inkluża fil-parti tad-dokument ta’ reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli tkun, safejn jafu huma, f'konformità mal-fatti u ma tinkludi l-ebda ommissjoni li x'aktarx taffettwa s-sinifikat tagħha.

    2.   AWDITURI STATUTORJI

    2.1.   L-ismijiet u l-indirizzi tal-awdituri tal-emittent għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija tagħhom f'korp professjonali).

    2.2.   Jekk l-awdituri jkunu rriżenjaw, tneħħew jew ma jkunux reġgħu ġew maħtura matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, indika d-dettalji jekk materjali.

    3.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA MAGĦŻULA

    3.1.   Informazzjoni finanzjarja storika magħżula fir-rigward tal-emittent, ippreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kull perjodu finanzjarju interim sussegwenti, fl-istess munita bħall-informazzjoni finanzjarja.

    L-informazzjoni finanzjarja storika magħżula trid tipprovdi ċ-ċifri prinċipali li jqassru l-kondizzjoni finanzjarja tal-emittent.

    3.2.   Jekk tiġi provduta informazzjoni finanzjarja magħżula għal perjodi interim, trid tiġi provduta dejta komparattiva mill-istess perjodu fis-sena finanzjarja ta’ qabel, ħlief li r-rekwiżit għall-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ jiġi sodisfatt billi tiġi ppreżentata l-informazzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-aħħar tas-sena.

    4.   FATTURI TA' RISKJU

    Divulgazzjoni prominenti ta’ fatturi ta’ riskju li huma speċifiċi għall-emittent jew l-industrija tiegħu fit-taqsima bl-intestatura '“Fatturi ta’ Riskju”.

    5.   INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

    5.1.   L-Istorja u l-Iżvilupp tal-Emittent

    5.1.1.

    L-isem legali u kummerċjali tal-emittent;

    5.1.2.

    il-post ta’ reġistrazzjoni tal-emittent u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu;

    5.1.3.

    id-data tal-inkorporazzjoni u t-tul tal-ħajja tal-emittent, ħlief meta indefinit

    5.1.4.

    il-forma domiċilja u legali tal-emittent, il-leġiżlazzjoni skont liema jopera l-emittent u l-pajjiż tal-inkorporazzjoni tiegħu, u l-indirizz u n-numru tat-telefown tal-uffiċċju rreġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali tan-negozju jekk ikun differenti mill-uffiċċju rreġistrat tiegħu);

    5.1.5.

    l-avvenimenti importanti fl-iżvilupp tan-negozju tal-emittent.

    5.2.   Investimenti

    5.2.1.

    Deskrizzjoni, (inkluż l-ammont) tal-investimenti prinċipali tal-emittent għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika sad-data tal-prospett.

    5.2.2.

    Deskrizzjoni tal-investimenti prinċipali tal-emittent li għaddejjin attwalment, inkluża d-distribuzzjoni ta’ dawn l-investimenti ġeografikament (fil-pajjiż u barra mill-pajjiż) u l-metodu ta’ finanzjament (intern jew estern);

    5.2.3.

    “Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali futuri tal-emittent li fuqhom il-korpi ta’ ġestjoni tiegħu jkunu diġà għamlu impenji sodi u s-sorsi antiċipati ta’ fondi meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti dawn l-impenji.”

    6.   ĦARSA ĠENERALI TAN-NEGOZJU

    6.1.   Attivitajiet prinċipali

    6.1.1.

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-operati u l-attivitajiet prinċipali tal-emittent u ta’ kull tibdil sinifikanti li għandu impatt fuq dawn l-operati u attivitajiet mill-aħħar żewġ rapporti finanzjarji awditjati ppubblikati, inkluża indikazzjoni ta’ kull prodott u servizz ġdid sinifikanti li jkun ġie introdott u, sal-punt li jkun ġie ddivulgat pubblikament l-iżvilupp ta’ prodotti jew servizzi ġodda, l-istatus tal-iżvilupp.

    6.2.   Swieq prinċipali

    Deskrizzjoni fil-qosor tas-swieq prinċipali li fihom jikkompeti l-emittent u ta’ kull tibdil sinifikanti li għandu impatt fuq dawn is-swieq mill-aħħar żewġ rapporti finanzjarji awditjati ppubblikati.

    6.3.   Fejn l-informazzjoni mogħtija skont il-punti 6.1. u 6.2. tkun ġiet influwenzata minn fatturi straordinarji, semmi dak il-fatt.

    6.4.   Jekk materjali għan-negozju jew il-profitabbiltà tal-emittent, informazzjoni fil-qosor dwar kemm l-emittent huwa dipendenti, fuq privattivi jew liċenzji, kuntratti industrijali, kummerċjali jew finanzjarji jew proċċessi ġodda ta’ manifattura.

    6.5.   Il-bażi għal kwalunkwe rapport li jsir mill-emittent dwar il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu.

    7.   L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

    7.1.   Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni fil-qosor tal-grupp u tal-pożizzjoni tal-emittent fil-grupp.

    8.   PROPRJETÀ, IMPJANTI U TAGĦMIR

    8.1.   Deskrizzjoni ta’ kull ħruġ ambjentali li tista' taffettwa l-utilizzazzjoni tal-assi fissi tanġibbli tal-emittent.

    9.   REVIŻJONI TA' OPERAT U FINANZJARJA

    L-emittent irid jiddivulga l-informazzjoni li ġejja jekk ir-Rapporti Annwali, ippreżentati u mħejjija f'konformità mal-Artikolu 46 tad-Direttiva 78/660/KEE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 83/349/KEE għall-perjodi koperti mill-informazzjoni finanzjajra storika, mhumiex inklużi jew annessi mal-prospett:

    9.1.   L-kondizzjoni finanzjarja

    Sal-punt mhux kopert x'imkien ieħor fid-dokument ta’ reġistrazzjoni, ipprovdi deskrizzjoni tal-kondizzjoni finanzjarja tal-emittent, tibdil fil-kondizzjoni finanzjarja u riżultati ta’ operati għal kull sena u perjodu interim, li għalih tkun meħtieġa informazzjoni finanzjarja storika, inklużi l-kawżi tat-tibdil materjali minn sena għal sena fl-informazzjoni finanzjarja sal-punt meħtieġ għall-fehim tan-negozju tal-emittent fit-totalità tiegħu.

    9.2.   Riżultati tal-operat

    9.2.1.

    Informazzjoni fir-rigward ta’ fatturi sinifikanti, inklużi avvenimenti mhux tas-soltu jew mhux frekwenti jew żviluppi ġodda, li jaffettwaw materjalment id-dħul tal-emittent minn operati, li tindika l-punt safejn ġie affettwat id-dħul b'dan il-mod.

    9.2.2.

    Fejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jiddivulga tibdil materjali fil-bejgħ jew id-dħul nett, ipprovdi diskussjoni narrattiva tar-raġunijiet għal dan it-tibdil.

    9.2.3.

    Informazzjoni fir-rigward ta’ kull politika jew fattur governattiv, ekonomiku, fiskali, monetarju jew politiku li jkun affettwa materjalment jew jista' jaffettwa materjalment, direttament jew indirettament, l-operati tal-emittent.

    10.   RIŻORSI KAPITALI

    10.1.   Spjegazzjoni tas-sorsi u l-ammonti ta', u deskrizzjoni narrattiva tal-flussi tal-flus tal-emittent;

    10.2.   Informazzjoni fir-rigward ta’ kull restrizzjoni fuq l-użu ta’ riżorsi kapitali li jkunu affettwaw materjalment, jew jistgħu jaffettwaw materjalment, direttament jew indirettament, l-operati tal-emittent.

    11.   RIĊERKA U ŻVILUPP, PRIVATTIVI U LIĊENZJI

    Fejn materjali, ipprovdi deskrizzjoni tal-politiki tar-riċerka u l-iżvilupp tal-emittent għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, inkluż l-ammont li jkun intefaq fuq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp sponsorjati mill-emittent.

    12.   INFORMAZZJONI DWAR IX-XEJRIET

    12.1.   Ix-xejriet riċenti l-aktar sinifikanti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-inventarju, u l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    12.2.   Informazzjoni dwar kull xejra, inċertezza, domanda, impenn jew avveniment magħruf li huwa raġonevolment probabbli li jkollu effett materjali fuq il-prospetti tal-emittent għal mill-inqas is-sena finanzjarja attwali.

    13.   TBASSIR JEW ESTIMI TAL-PROFIT

    Jekk emittent jagħżel li jinkludi tbassir tal-profit jew estimu tal-profit, id-dokument ta’ reġistrazzjoni jrid jinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punti 13.1 u 13.2:

    13.1.

    Dikjarazzjoni li tistabbilixxi s-suppożizzjonijiet prinċipali li fuqhom l-emittent ikun ibbaża t-tbassir, jew l-estimu, tiegħu.

    Irid ikun hemm distinzjoni ċara bejn suppożizzjonijiet dwar fatturi li l-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jistgħu jinfluwenzaw u suppożizzjonijiet dwar fatturi li huma esklussivament barra mill-influwenza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji; is-suppożizzjonijiet iridu jinftiehmu faċilment minn investituri, ikunu speċifiċi u preċiżi u ma jirrelatawx mal-eżattezza ġenerali tal-estimi sottostanti t-tbassir.

    13.2.

    Rapport imħejji minn kontabilisti jew awdituri indipendenti li jiddikjara li fl-opinjoni tal-kontabilisti jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-estimu jkun ġie miġbur kif xieraq fuq il-bażi ddikjarati u li l-bażi tal-kontabbiltà użata għat-tbassir jew l-estimu tal-profit hija konsistenti mal-politiki tal-kontabbiltà tal-emittent.

    13.3.

    It-tbassir jew l-estimu tal-profit irid jiġi mħejji fuq bażi komparabbli mal-informazzjoni finanzjarja storika

    13.4.

    Jekk ikun ġie ppubblikat tbassir tal-profit fi prospett li jkun għadu pendenti, imbagħad ipprovdi dikjarazzjoni li tistabbilixxi jekk dak it-tbassir għadux korrett fil-mument tad-dokument ta’ reġistrazzjoni, u spjegazzjoni dwar għaliex dan it-tbassir ma għadux validu jekk dak ikun il-każ.

    14.   KORPI AMMINISTRATTIVI, TA' ĠESTJONI, U SUPERVIŻORJI U ĠESTJONI GĦOLJA

    14.1.   L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet fl-emittent tal-persuni li ġejjin u indikazzjoni tal-attivitajiet prinċipali mwettqa minnhom barra minn dak l-emittent fejn dawn huma sinifikanti fir-rigward ta’ dak l-emittent:

    (a)

    membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji;

    (b)

    sħab b'responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta’ sħubija limitata b'kapital azzjonarju;

    (c)

    fundaturi, jekk l-emittent ikun ġie stabbilit għal inqas minn ħames snin; u

    (d)

    kull maniġer f'livell għoli li huwa rilevanti sabiex jiġi stabbilit li l-emittent għandu l-kompetenza u l-esperjenza xierqa għall-ġestjoni tan-negozju tal-emittent.

    In-natura ta’ kwalunkwe relazzjoni familjari bejn kwalunkwe wieħed minn dawk il-persuni.

    Fil-każ ta’ kull membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji tal-emittent u ta’ kull persuna msemmija fil-punti (b) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu, id-dettalji tal-kompetenza u l-esperjenza ta’ ġestjoni rilevanti ta’ dik il-persuna u l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-ismijiet tal-kumpaniji u s-sħubiji kollha li tagħhom din il-persuna kienet membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew sieħba fi kwalunkwe ħin fil-ħames snin ta’ qabel, filwaqt illi jiġi indikat jekk l-individwu għadux membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew sieħeb. Mhuwiex meħtieġ li jiġu elenkati s-sussidarji kollha ta’ emittent li tagħhom il-persuna hija wkoll membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji;

    (b)

    kull kundanna fir-rigward ta’ reati frodulenti għal mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (c)

    dettalji ta’ kull falliment, riċevitur jew likwidazzjoni li magħhom persuna deskritta f'(a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu li kienet qegħda taġixxi fil-kapaċità ta’ waħda mill-pożizzjonijiet stabbiliti f'(a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu ġiet assoċjata għal mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (d)

    dettalji ta’ kull inkriminazzjoni u/jew sanzjoni uffiċjali pubblika ta’ tali persuna minn awtoritajiet statutorji jew regolatorji (inklużi korpi professjonali nnominati) u jekk din il-persuna qatt ġietx skwalifikata minn qorti milli taġixxi bħala membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji ta’ emittent jew milli taġixxi fil-ġestjoni jew it-tmexxija tal-affarijiet ta’ kull emittent għal mill-inqas l-aħħar ħames snin.

    Jekk m'hemmx informazzjoni bħal din li trid tiġi ddivulgata, għandha ssir dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    14.2.   Kunflitti ta’ interess ta’ korpi Amministrattivi, ta’ Ġestjoni, u Superviżorji u ta’ Ġestjoni Għolja

    Kunflitti ta’ interess potenzjali bejn kull dmir lill-emittent, tal-persuni msemmija f'punt 14.1., u l-interessi privati tagħhom u/jew dmirijiet oħra jridu jiġu ddikjarati b'mod ċar. Fil-każ li m'hemmx kunflitti bħal dawn, trid issir dikjarazzjoni għal dak l-għan.

    Kull arranġament jew fehim ma’ azzjonisti ewlenin, kljienti, fornituri jew oħrajn, skont liema kull persuna msemmija f'punt 14.1 ġiet magħżula bħala membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji jew membru tal-ġestjoni għolja.

    15.   REMUNERAZZJONI U BENEFIĊĊJI

    Fir-rigward tal-aħħar sena finanzjarja sħiħa għal dawk il-persuni msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu ta’ punt 14.1.

    15.1.

    L-ammont ta’ rimunerazzjoni mħallsa (inkluż kull kumpens kontinġenti jew diferit), u benefiċċji in natura mogħtija lil dawn il-persuni mill-emittent u s-sussidjarji tiegħu għal servizzi fil-kapaċitajiet kollha lill-emittent u s-sussidjarji tiegħu minn kwalunkwe persuna.

    Din l-informazzjoni trid tiġi provdut fuq bażi individwali, sakemm id-divulgazzjoni individwali mhijiex meħtieġ fil-pajjiż tad-domiċilju tal-emittent jew l-emittent ma jkunx diġà ddivulga dik l-informazzjoni.

    15.2.

    L-ammonti totali mwarrba jew dovuti mill-emittent jew is-sussidjarji tiegħu sabiex jipprovdu benefiċċji ta’ pensjoni, irtirar jew benefiċċji simili.

    16.   PRATTIĊI TAL-BORD

    Fir-rigward tal-aħħar sena finanzjarja mitmuma tal-emittent, u sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, fir-rigward ta’ dawk il-persuni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-punt 14.1:

    16.1.

    Id-data tal-iskadenza tal-mandat attwali, jekk applikabbli, u l-perjodu matul liema l-persuna tkun serviet f'dak il-mandat

    16.2.

    Informazzjoni dwar membri tal-kuntratti għal servizz ta’ korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji mal-emittent jew kwalunkwe wieħed mis-sussidjarji tiegħu li jipprovdu benefiċċji mat-terminazzjoni tal-impjieg, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    16.3.

    Informazzjoni dwar il-kumitat tal-awditjar u l-kumitat ta’ rimunerazzjoni tal-emittent, inklużi l-ismijiet ta’ membri tal-kumitat u sommarju tat-termini ta’ referenza taħt liema topera l-kumpanija.

    16.4.

    Dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent jikkonformax jew le mar-reġim(i) tal-governanza korporattiva tal-pajjiż tiegħu. Fil-każ li l-emittent ma jikkonformax ma’ dan ir-reġim, trid tiġi inkluża dikjarazzjoni għal dak l-għan flimkiem ma’ spjegazzjoni fir-rigward ta’ għaliex l-emittent ma jikkonformax ma’ dan ir-reġim.

    17.   L-IMPJEGATI

    17.1.   Jew l-għadd ta’ impjegati fit-tmiem tal-perjodu jew il-medja għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni (u tibdil f'dan l-għadd, jekk materjali) u, jekk possibbli u materjali, tqassim tal-persuni impjegati skont il-kategorija ewlenija ta’ attività u lokazzjoni ġeografika. Jekk l-emittent jimpjega numru sinifikanti ta’ impjegati temporanji, inkludi l-iżvelar tan-numru ta’ impjegati temporanji bħala medja matul is-sena finanzjarja l-aktar riċenti.

    17.2.   Ishma u opzjonijiet tal-ishma fir-rigward ta’ kull persuna msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel sottoparagrafu tal-punt 14.1. jipprovdu informazzjoni fir-rigward tas-sjieda tal-ishma tagħhom u kull opzjoni fuq dawn l-ishma fl-emittent mid-data prattikabbli l-aktar riċenti.

    17.3.   Deskrizzjoni ta’ kull arranġament għall-involviment tal-impjegati fil-kapital tal-emittent.

    18.   L-AZZJONISTI MAĠĠURI

    18.1.   Safejn ikun magħruf mill-emittent, l-isem ta’ kull persuna oħra għajr membru tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew superviżorji li, direttament jew indirettament, għandha interess fil-kapital jew id-drittijiet tal-vot tal-emittent li hija notifikabbli skont il-liġi nazzjonali tal-emittent, flimkien mal-ammont tal-interess ta’ kull tali persuna jew, jekk ma jkunx hemm tali persuni, dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    18.2.   Jekk l-azzjonisti ewlenin tal-emittent għandhomx drittijiet tal-vot differenti, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    18.3.   Sal-punt magħruf lill-emittent, iddikjara jekk l-emittent huwiex direttament jew indirettament il-proprjetà jew fil-kontroll ta’ xi ħadd u minn min u iddeskrivi n-natura ta’ dan il-kontroll u ddeskrivi l-miżuri fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li dan il-kontroll mhuwiex abbużat.

    18.4.   Deskrizzjoni ta’ kull arranġament, magħruf lill-emittent, li l-operat tiegħu jista', f'data sussegwenti, jirriżulta f'bidla fil-kontroll tal-emittent.

    19.   TRANŻAZZJONIJIET TA' PARTI RELATATA

    “Jekk l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ma japplikawx għall-emittent, trid tiġi ddivulgata l-informazzjoni li ġejja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika u sad-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni:

    (a)

    In-natura u l-punt safejn kull tranżazzjoni tkun - bħala tranżazzjoni unika jew fl-intier tagħhom - materjali għall-emittent. Fejn dawn it-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati mhumiex konklużi b'mod indipendenti (at arm's length) ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex dawn it-tranżazzjonijiet ma ġewx konklużi b'mod indipendenti (at arm's length). Fil-każ ta’ self pendenti inklużi garanziji ta’ kull tip, indika l-ammont pendenti.

    (b)

    L-ammont jew il-persentaġġ li minnu tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati jiffurmaw parti mill-fatturat tal-emittent.”

    Jekk l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 japplikaw għall-emittent, l-informazzjoni msemmija hawn fuq trid tiġi ddivulgata biss għal dawk it-tranżazzjonijiet li seħħew mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ġiet ippubblikata informazzjoni finanzjarja awditjata.

    20.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA DWAR L-ASSI U R-RESPONSABBILTAJIET, IL-POŻIZZJONI FINANZJARJA U L-QLIGĦ U T-TELF TAL-EMITTENT

    20.1.   Informazzjoni finanzjarja storika

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri l-aħħar sentejn finanzjarji (jew tali perjodu iqsar li fih ilu jopera l-emittent) ġiet imħejjija skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew, jekk mhux applikabbli, skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ Stat Membru għal emittenti mill-Unjoni Ewropea, u fejn jistgħu jinkisbu rapporti finanzjarji proprji u konsolidati, kif jista' jkun il-każ.

    Irid jiġi inkluż ir-rapport ta’ awditjar fir-rigward ta’ kull sena.

    Għal emittenti ta’ pajjiżi terzi, dikjarazzjoni li din l-informazzjoni finanzjarja ġiet imħejjija u awditjata skont l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà adottati skont il-proċedura tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skont l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà ta’ pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-istandards, u fejn tista' tinkiseb. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja mhijiex ekwivalenti għal dawn l-istandards, dikjarazzjoni li tkun ġiet imħejjija fil-forma ta’ rapporti finanzjarji ddikjarati mill-ġdid, u fejn tista' tinkiseb.

    20.2.   Awditjar ta’ informazzjoni finanzjarja storika annwali

    20.2.1.

    Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ġiet awditjata. Jekk rapporti ta’ verifika dwar l-informazzjoni finanzjarja storika jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk jinkludu kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jridu jiġu riprodotti għal kollox u jridu jingħataw ir-raġunijiet.

    20.2.2.

    Indikazzjoni ta’ informazzjoni oħra fid-dokument ta’ reġistrazzjoni li tkun ġiet awditjata mill-awdituri.

    20.2.3.

    Fejn id-dejta finanzjarja fid-dokument ta’ reġistrazzjoni ma tkunx estratta mir-rapporti finanzjarji awditjati tal-emittent, iddikjara s-sors tad-dejta u ddikjara li d-dejta mhijiex awditjata.

    20.3.   Kemm hija antika l-aħħar informazzjoni finanzjarja

    20.3.1.

    L-aħħar sena ta’ informazzjoni finanzjarja awditjata ma tridx tkun aktar antika minn waħda minn dawn li ġejjin:

    (a)

    18-il xahar mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni jekk l-emittent jinkludi rapporti finanzjarji interim awditjati fid-dokument ta’ reġistrazzjoni;

    (b)

    15-il xahar mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni jekk l-emittent jinkludi rapporti finanzjarji interim mhux awditjati fid-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    20.4.   Informazzjoni finanzjarja interim u informazzjoni finanzjarja oħra

    20.4.1.

    Jekk l-emittent ikun ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mid-data tal-aħħar rapporti finanzjarji awditjati tiegħu, dikjarazzjoni f'dan ir-rigward trid tiġi inkluża fid-dokument ta’ reġistrazzjoni u fejn tista' tinkiseb. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur tkun ġiet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta’ verifika jew ta’ reviżjoni jrid jiġi inkluż. Jekk l-informazzjoni finanzjarja kull tliet xhur jew kull sitt xhur mhijiex awditjata jew ma ġietx riveduta, iddikjara dak il-fatt.

    20.5.   Il-politika tad-dividendi

    Deskrizzjoni tal-politika tal-emittent dwar distribuzzjonijiet ta’ dividendi u kull restrizzjoni fuqhom.

    20.5.1.

    L-ammont tad-dividend kull sehem għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika aġġustata, fejn in-numru tal-ishma fl-emittent inbidel, sabiex isir komparabbli.

    20.6.   Proċeduri legali u ta’ arbitraġġ

    Informazzjoni dwar kull proċedura governattiva, legali jew ta’ arbitraġġ (inkluż kull proċedura li hija pendenti jew mhedda li minnha huwa konxju l-emittent), matul perjodu li jkopri mill-inqas it-12-il xahar preċedenti li jista' jkollha, jew fil-passat riċenti kellha effetti sinifikanti fuq l-emittenti u/jew il-pożizzjoni finanzjarja jew il-profitabbiltà tal-grupp, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    20.7.   Bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-emittent

    Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja jew ta’ negozjar tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih jew informazzjoni finanzjarja awditjata jew informazzjoni finanzjarja interim ikunu ġew ippubblikati, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

    21.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    21.1.   Kapital azzjonarju

    L-informazzjoni li ġejja mid-data tal-karta tal-bilanċ l-aktar riċenti inkluża fl-informazzjoni finanzjarja storika:

    21.1.1.

    L-ammont ta’ kapital maħruġ, u għal kull klassi ta’ kapital azzjonarju:

    (a)

    l-għadd ta’ ishma awtorizzati;

    (b)

    l-għadd tal-ishma maħruġa u mħallsa għal kollox u maħruġa iżda mhux imħallsa għal kollox;

    (c)

    il-valur pari kull sehem, jew li l-ishma m'għandhom l-ebda valur pari; u

    (d)

    rikonċiljazzjoni tal-għadd ta’ ishma pendenti fil-bidu u t-tmiem tas-sena. Jekk aktar minn 10 % tal-kapital ikun tħallas b'assi oħra għajr flus kontanti fil-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, iddikjara dak il-fatt.

    21.1.2.

    Jekk ikun hemm ishma li ma jirrappreżentawx il-kapital, iddikjara l-għadd u l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawn l-ishma.

    21.1.3.

    In-numru, il-valur fil-kotba u l-valur nominali ta’ ishma fl-emittent miżmuma jew f'isem l-emittent innifsu jew minn sussidjarji tal-emittent.

    21.1.4.

    L-ammont ta’ kull titolu konvertibbli, titoli skambjabbli jew titoli b'ċertifikat, b'indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li jirregolaw u l-proċeduri għall-konverżjoni, l-iskambju jew is-sottoskrizzjoni.

    21.1.5.

    L-informazzjoni dwar u t-termini ta’ kull dritt ta’ akkwist jew obbligu fuq kapital awtorizzat iżda mhux maħruġ jew impenn li jiżdied il-kapital.

    21.1.6.

    Informazzjoni dwar kull kapital ta’ kull membru tal-grupp li huwa taħt opzjoni jew maqbul b'mod kondizzjonali jew mhux kondizzjonali li jitqiegħed taħt opzjoni u dettalji ta’ dawn l-opzjonijiet inkluż dawk il-persuni li għalihom jirrelataw dawn l-opzjonijiet.

    21.1.7.

    Storja ta’ kapital azzjonarju, li tenfasizza l-informazzjoni dwar kull tibdil, għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika.

    21.2.   Memorandum u Artikoli ta’ Assoċjazzjoni

    21.2.1.

    Deskrizzjoni tal-oġġetti u l-għanijiet tal-emittent u fejn jistgħu jinstabu fil-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni.

    21.2.2.

    Sommarju ta’ kull dispożizzjoni tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, karta jew liġi amministrattiva tal-emittent fir-rigward tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni u superviżorji.

    21.2.3.

    Deskrizzjoni tad-drittijiet, il-preferenzi u r-restrizzjonijiet marbuta ma’ kull klassi tal-ishma eżistenti.

    21.2.4.

    Deskrizzjoni ta’ liema azzjoni hija meħtieġa sabiex jinbidlu d-drittijiet tad-detenturi tal-ishma, li tindika fejn il-kondizzjonijiet huma aktar sinifikanti milli huwa meħtieġ mil-liġi.

    21.2.5.

    Deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih jinżammu laqgħat ġenerali annwali u laqgħat ġenerali straordinarji ta’ azzjonisti inklużi l-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni.

    21.2.6.

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’ kull dispożizzjoni tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, karta jew liġi amministrattiva tal-emittent li jkollha l-effett tad-dewmien, id-diferiment jew il-prevenzjoni ta’ bidla fil-kontroll tal-emittent.

    21.2.7.

    Indikazzjoni tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, karta jew dispożizzjonijiet tal-liġi amministrattiva, jekk ikun hemm, li jirregolaw il-limitu tas-sjieda li ‘l fuq minnu trid tiġi ddivulgata s-sjieda tal-ishma.

    21.2.8.

    Deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet imposti mill-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, statuti, karta jew liġi amministrattiva li jirregolaw tibdil fil-kapital, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma aktar strinġenti milli huwa meħtieġ mil-liġi.

    22.   KUNTRATTI MATERJALI

    Sommarju ta’ kull kuntratt materjali, għajr kuntratti konklużi fil-kors normali tan-negozju, li tagħhom l-emittent jew kull membru tal-grupp huwa parti, għall-aħħar sentejn immedjatament qabel il-pubblikazzjoni tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    Sommarju ta’ kull kuntratt ieħor (li mhuwiex kuntratt konkluż fil-kors normali tan-negozju) konkluż minn kull membru tal-grupp li jinkludi kull dispożizzjoni taħt liema kull membru tal-grupp għandu kull obbligu jew intitolament li huwa materjali għall-grupp mid-data tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    23.   INFORMAZZJONI TA' PARTI TERZA U RAPPORTI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KULL INTERESS

    23.1.   Fejn dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil persuna bħala esperta jiġi inkluż fid-Dokument ta’ Reġistrazzjoni, ipprovdi l-isem ta’ din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess materjali jekk ikun hemm fl-emittent. Jekk ir-rapport ikun ġie prodott fuq it-talba tal-emittent, dikjarazzjoni li dik id-dikjarazzjoni jew dak ir-rapport huwa inkluż, fil-forma u l-kuntest li fih huwa inkluż, bil-kunsens ta’ dik il-persuna li tkun awtorizzat il-kontenut ta’ dik il-parti tad-Dokument ta’ Reġistrazzjoni.

    23.2.   Fejn l-informazzjoni tkun inġiebet minn parti terza, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni tkun ġiet riprodotta b'mod preċiż u li safejn l-emittent huwa konxju u jista' jaċċerta ruħu mill-informazzjoni ppubblikata minn dik il-parti terza, l-ebda fatti ma tħallew barra li jirrendu l-informazzjoni riprodotta ineżatta jew qarrieqa. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) tal-informazzjoni.

    24.   DOKUMENTI GĦALL-WIRI

    Dikjarazzjoni li matul il-ħajja tad-dokument ta’ reġistrazzjoni, jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti li ġejjin (jew kopji tagħhom), fejn ikun applikabbli:

    (a)

    il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-emittent;

    (b)

    ir-rapporti, l-ittri u d-dokumenti l-oħra, l-informazzjoni finanzjarja storika, il-valutazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet kollha mħejjija minn kull espert fuq it-talba tal-emittent li kwalunkwe parti minnhom tiġi inkluża jew imsemmija fid-dokument ta’ reġistrazzjoni;

    (c)

    l-informazzjoni finanzjarja storika tal-emittent, jew, fil-każ ta’ grupp, l-informazzjoni finanzjarja storika għall-emittent u l-impriżi sussidjarji tiegħu għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji li jippreċedu l-pubblikazzjoni tad-dokument ta’ reġistrazzjoni.

    Indikazzjoni ta’ fejn jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti għall-wiri, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.

    25.   INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻAMMIET

    Informazzjoni relatata mal-impriżi li fihom l-emittent għandu proporzjon tal-kapital li probabbilment ikollu effett sinifikanti fuq il-valutazzjoni tal-assi u r-responsabbiltajiet, il-pożizzjoni finanzjarja jew il-qligħ jew it-telf proprji tiegħu.

    26.   INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT TAL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI

    27.   INFORMAZZJONI DWAR L-ASSI SOTTOSTANTI

    28.   INFORMAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI

    29.   INFORMAZZJONI DWAR IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET TAL-OFFERTA TAL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI

    30.   AMMISSJONI GĦAN-NEGOZJAR U ARRANĠAMENTI TA' NEGOZJAR FL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI

    31.   INFORMAZZJONI PRINĊIPALI DWAR IL-ĦRUĠ TAL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI

    32.   L-ISPIŻA TAL-ĦRUĠ/OFFERTA TAL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI

    ANNESS XXIX

    Skeda proporzjonata għal Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni għal Ħruġ minn Istituzzjonijiet ta’ Kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE

    Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni għal ħruġ minn istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE  (5)

    1.   PERSUNI RESPONSABBLI

    2.   AWDITURI STATUTORJI

    3.   FATTURI TA’ RISKJU

    4.   INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

    5.   ĦARSA ĠENERALI TAN-NEGOZJU

    6.   L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

    7.   INFORMAZZJONI DWAR IX-XEJRIET

    8.   TBASSIR JEW ESTIMI TAL-PROFIT

    9.   KORPI AMMINISTRATTIVI, TA’ ĠESTJONI, U SUPERVIŻORJI

    10.   L-AZZJONISTI MAĠĠURI

    11.   INFORMAZZJONI FINANZJARJA DWAR L-ASSI U R-RESPONSABBILTAJIET, IL-POŻIZZJONI FINANZJARJA U L-QLIGĦ U T-TELF TAL-EMITTENT

    Informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri l-aħħar sena finanzjarja (jew tali perjodu iqsar li fih ilu jopera l-emittent), u r-rapport ta’ awditjar. Jekk l-emittent ikun biddel id-data ta’ referenza ta’ kontabbiltà tiegħu matul il-perjodu li għalih tinħtieġ informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika awditjata għandha tkopri mill-inqas 12-il xahar, jew il-perjodu kollu li fih ilu jopera l-emittent, skont liema hu l-iqsar. Din l-informazzjoni finanzjarja trid titħejja skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli għal Stat Membru, l-istandards nazzjonali ta’ kontabbiltà għal emittenti mill-Unjoni Ewropea.

    12.   KUNTRATTI MATERJALI

    13.   INFORMAZZJONI TA’ PARTI TERZA U RAPPORTI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA’ KULL INTERESS

    14.   DOKUMENTI GĦALL-WIRI


    (1)  Jekk komponent tal-formula jkun 0 jew 1 u l-komponent rispettiv mhuwiex użat għal ħruġ speċifiku, għandu jkun hemm il-possibbiltà illi l-formula tiġi applikata fit-termini finali mingħajr il-komponent mhux applikat.

    (2)  Sub-punti bħal fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004, ħlief l-emenda fil-punt 13 (Informazzjoni Finanzjarja).

    (3)  Sub-punti bħal fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 809/2004, ħlief l-emenda fil-punt 11 (Informazzjoni Finanzjarja).

    (4)  Għall-Punti 26-32, Sub-punti bħal fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 809/2004.

    (5)  Sub-punti bħal fl-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 809/2004, ħlief l-emenda fil-punt 11.1 (Informazzjoni Finanzjarja Storika).


    Top