Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012D0200

    2012/200/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2291) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 108, 20.4.2012, p. 37–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument Fis-seħħ

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/200(1)/oj

    20.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 108/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ April 2012

    li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2291)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2012/200/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta’ użu ta’ dejta kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (2), biex wieħed ikun jista’ jasal għal konklużjonijiet ta’ statistika għal skopijiet xjentifiċi, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jingħata aċċess għal dejta kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali biex ikun iffaċilitat dan l-aċċess.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/452/KE (3) stipulat elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi.

    (3)

    L-Università ta’ Johannesburg, l-Afrika t’Isfel; l-Università ta’ Massachusetts, Massachusetts, l-Istati Uniti tal-Amerika; Il-President u l-Membri tal-Kulleġġ ta’ Harvard, Massachusetts, l-Istati Uniti tal-Amerika; L-Unità tal-Ekonomiji tal-Bdil fil-Klima, l-Enerġija u t-Trasport, id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea; l-Unità tas-Soċjetà tal-Informazzjoni, id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea; l-Agrikoltura u x-Xjenzi tal-Ħajja fl-Unità tal-Ekonomija, id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea; l-Unità tal-Produzzjoni u l-Konsum Sostenibbli, id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea; l-Unità tal-Analiżi Soċjali, id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea, għandhom jitqiesu bħala korpi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa u għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE qed jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

    (2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7.

    (3)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS

    ISTITUZZJONIJIET LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISTA’ JKOLLHOM AĊĊESS GĦAL DEJTA KUNFIDENZJALI GĦAL GĦANIJIET XJENTIFIĊI

    Il-Bank Ċentrali Ewropew

    Il-Bank Ċentrali Spanjol

    Il-Bank Ċentrali Taljan

    L-Università ta’ Cornell (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

    Id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, Baruch College, l-Università tal-Belt ta’ New York (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

    Il-Bank Ċentrali Ġermaniż

    L-Unità tal-Analiżi tal-Impjiegi, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea

    L-Università ta’ Tel Aviv (l-Iżrael)

    Il-Bank Dinji

    Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benesseri (CHW – Centre of Health and Wellbeing) tal-Iskola Woodrow Wilson tal-Affarijiet Pubbliċi u Internazzjonali fl-Università ta’ Princeton, New Jersey, l-Istati Uniti tal-Amerika

    L-Università ta’ Chicago (UofC - University of Chicago), Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika

    L-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD)

    It-Taqsima tal-Istatistika tal-Istudji tal-Familja u x-Xogħol tal-Kanada, Ottawa, Ontario, il-Kanada

    L-Unità tal-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku Kontra l-Frodi (ESAF), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

    L-Unità tal-Appoġġ għaż-Żona Ewropea ta’ Riċerka (SERA – Support to the European Research Area), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

    Il-Katedra tar-Riċerka tal-Kanada tal-Iskola tax-Xjenza Soċjali fil-Fakultà ta’ Atkinson għall-Istudji Liberali u Professjonali fl-Università ta’ York, f’Ontario, il-Kanada

    L-Università ta’ Illinios f’Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti tal-Amerika

    Rady School of Management fl-Università ta’ California, San Diego, l-Istati Uniti tal-Amerika

    Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji u l-Istatistika (Direction de l’Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques - DARES) fil-Ministeru tax-Xogħol, Relazzjonijiet Industrijali u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza

    Il-Fondazzjoni ta’ Riċerka tal-Università tal-Istat ta’ New York (RFSUNY - Research Foundation of State University of New York), Albany, l-Istati Uniti tal-Amerika

    Iċ-Ċentru Finlandiż għall-Pensjonijiet, (EläketurvakeskusETK), il-Finlandja

    Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji, l-Evalwazzjoni u l-Istatistika (Direction de la Recherche, des Études, de l’Évaluation et des StatistiquesDREES) fil-Ministeru tax-Xogħol, id-djalogu soċjali u s-solidarjetà, il-Ministeru tas-Saħħa, iż-żgħażagħ u l-isport u l-Ministeru tal-Baġit, il-kontijiet pubbliċi u r-riforma tal-istat, Pariġi, Franza

    L-Università Duke (DUKE), North Carolina, l-Istati Uniti tal-Amerika

    L-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Finlandja (KansaneläkelaitosKELA), il-Finlandja

    L-Università Ebrajka ta’ Ġerusalemm (HUJI - Hebrew University of Jerusalem), l-Iżrael

    Is-Servizz Pubbliku Federali tas-Sigurtà Soċjali, il-Belġju

    L-Università Sabanci, Tuzla/Istanbul, it-Turkija

    L-Università McGill, Montreal, Quebec, il-Kanada

    Id-Direttorat għas-Servizz Ekonomiku u Riformi Strutturali, Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea

    L-Unità tal-Istrateġija għall-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, id-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea

    L-Istitut għall-Istudji Fiskali (Instituto de Estudios Fiscales - IEF), Madrid, Spanja

    L-Università ta’ Johannesburg, l-Afrika t’Isfel

    l-Università ta’ Massachusetts, Massachusetts, l-Istati Uniti tal-Amerika

    Il-President u l-Membri tal-Kulleġġ ta’ Harvard, Massachusetts, l-Istati Uniti tal-Amerika

    L-Unità tal-Ekonomiji tal-Bdil fil-Klima, l-Enerġija u t-Trasport, id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

    l-Unità tas-Soċjetà tal-Informazzjoni, id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

    l-Agrikoltura u x-Xjenzi tal-Ħajja fl-Unità tal-Ekonomija, id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

    l-Unità tal-Produzzjoni u l-Konsum Sostenibbli, id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

    L-Unità tal-Analiżi Soċjali, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea”.


    Fuq