EUR-Lex Prieiga prie Europos Sąjungos teisės

Grįžti į „EUR-Lex“ pradžios puslapį

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 32012D0185

2012/185/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ April 2012 li ttemm il-proċediment tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ristrett għal żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited

ĠU L 99, 5.4.2012, p. 33—34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Dokumento teisinis statusas Galioja

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/185(1)/oj

5.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ April 2012

li ttemm il-proċediment tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ristrett għal żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited

(2012/185/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fit-3 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Bażiku, li jallega li l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u li huma prodotti minn Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited (“il-grupp Fang Da”) qed ikunu l-oġġett ta’ dumping u b’hekk qed jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(2)

L-ilment tressaq minn Productos Aditivos SA (“il-kwerelant”) l-uniku produttur fl-Unjoni taċ-ċiklamat tas-sodju, li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tiegħu.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2011, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), l-inizjazzjoni ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-RPĊ, ristrett għall-grupp Fang Da.

(4)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-kwerelant, lill-grupp Fang Da u lil importaturi u utenti magħrufa. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jistqarru fehmiethom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(5)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ngħataw smigħ.

B.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TMIEM TAL-PROĊEDIMENT

(6)

Permezz tal-ittra tas-17 ta’ Jannar 2012 indirizzata lill-Kummissjoni, il-kwerelant irtira formalment l-ilment tiegħu.

(7)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta jiġi irtirat l-ilment, sakemm tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(8)

Huwa meqjus li l-proċediment attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kunsiderazzjoni li turi li t-tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew infurmati kif xieraq u ngħataw iċ-ċans li jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti li indikaw li t-tali tmiem mhux fl-interess tal-Unjoni.

(9)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġinaw fir-RPĊ, ristrett għall-grupp Fang Da, għandu jintemm.

(10)

Ir-reviżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 (3), tista’ tintemm ukoll,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet taċ-ċiklamat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ristrett għal żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, Fang Da Food Additive (Shen Zhen) Limited u Fang Da Food Additive (Yang Quan) Limited, huwa b’dan mitmum.

Artikolu 2

Ir-reviżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001 hija b’dan mitmuma.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 50, 17.2.2011, p. 9.

(3)  ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.


Į viršų