EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0165

2012/165/UE: Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera tal- 15 ta' Marzu 2012 li temenda t-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat- 22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati

ĠU L 85, 24.3.2012, p. 35–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/165(1)/oj

24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/35


DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA

tal-15 ta' Marzu 2012

li temenda t-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward ta’ prodotti agrikoli proċessati

(2012/165/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, iffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Lulju 1972 (1) minn hawn ’il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, kif emendat bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jemenda l-Ftehim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (2) ffirmat fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004, u l-Protokoll Nru 2 tiegħu, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 ta’ dak il-Protokoll,

Billi:

(1)

Għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim, ġew stabbiliti prezzijiet domestiċi ta’ referenza għall-Partijiet Konraenti.

(2)

Inbidlu l-prezzijiet reali fis-swieq domestiċi tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-materja prima li għaliha huma applikati miżuri ta’ kumpens tal-prezzijiet.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-prezzijiet ta' referenza u l-ammonti elenkati fit-Tabelli III u IV (b) tal-Protokoll Nru 2 jiġu aġġornati kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella III tinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ma' din id-Deċiżjoni;

(b)

Fit-Tabella IV, il-punt (b) jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' April 2012.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Jacques DE WATTEVILLE


(1)  ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.


ANNESS I

“TABELLA III

Il-prezzijiet domestiċi ta’ referenza tal-UE u l-Isvizzera

Materja prima agrikola

Il-prezz domestiku ta' referenza tal-Isvizzera

Il-prezz domestiku ta' referenza tal-UE

Artikolu 4(1)

Applikat fuq in-naħa Svizzera

id-Differenza fil-prezz ta' referenza Svizzera / UE

Artikolu 3(3)

Applikat fuq in-naħa tal-UE

id-Differenza fil-prezz ta' referenza Svizzera / UE

CHF għal kull

100 kg nett

CHF għal kull

100 kg nett

CHF għal kull

100 kg nett

EUR għal kull

100 kg nett

Qamħ komuni

49,25

25,50

23,75

0,00

Qamħ durum

1,20

0,00

Segala

40,25

28,95

11,30

0,00

Xgħir

Qamħirrum

Dqiq tal-qamħ komuni

98,30

48,75

49,55

0,00

Trab tal-ħalib sħiħ

616,00

366,75

249,25

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

430,40

285,75

144,65

0,00

Butir

1 090,10

485,55

604,55

0,00

Zokkor abjad

Bajd

38,00

0,00

Patata friska

41,75

17,00

24,75

0,00

Xaħam veġetali

170,00

0,00 ”


ANNESS II

“TABELLA IV

(b)

L-ammonti bażiċi għal materja prima agrikola meqjusa għall-kalkolu tal-komponenti agrikoli:

Materja prima agrikola

Ammont bażiku applikat fuq in-naħa Svizzera

Art. 3(2)

Ammont bażiku applikat fuq in-naħa tal-UE

Art. 4(2)

CHF għal kull 100 kg nett

EUR għal kull 100 kg nett

Qamħ komuni

20,00

0,00

Qamħ durum

1,00

0,00

Segala

10,00

0,00

Xgħir

Qamħirrum

Dqiq tal-qamħ komuni

42,00

0,00

Trab tal-ħalib sħiħ

212,00

0,00

Trab tal-ħalib xkumat

123,00

0,00

Butir

514,00

0,00

Zokkor abjad

Bajd

32,00

0,00

Patata friska

21,00

0,00

Xaħam veġetali

145,00

0,00 ”


Top