EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0108

2012/108/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima

ĠU L 57, 29.2.2012, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/108(1)/oj

Related international agreement

29.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Diċembru 2011

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima

(2012/108/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-importanza ekonomika għall-Unjoni tal-aċċess għall-materja prima u l-importanza li għandha l-Federazzjoni Russa għall-Unjoni bħala fornitur tal-materja prima, il-Kummissjoni nnegozjat impenji mal-Federazzjoni Russa biex din tal-aħħar tnaqqas jew telimina d-dazji tal-esportazzjonijiet li japplikaw attwalment.

(2)

Dawn l-impenji, li għandhom jiġu inklużi fil-Protokoll tal-Adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mal-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ (WTO), ma jkoprux il-materja prima li għadha ħielsa mid-dazji tal-esportazzjoni mil-Federazzjoni Russa.

(3)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju li jiġu introdotti dazji ġodda fuq l-esportazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa fil-ġejjieni, u l-effett li jirriżulta fuq il-provvista tal-materja prima, il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, innegozjat Ftehim mal-Federazzjoni Russa fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjonijiet fuq materja prima (“il-Ftehim”).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat.

(5)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jkun żgurat li l-impenji tal-Federazzjoni Russa rigward id-dazji ġodda tal-esportazzjonijiet fuq materja prima li se japplikaw mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja minn dik id-data, pendenti l-għeluq tal-proċeduri għal konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjonijiet fuq materja prima, huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa mad-WTO (1), pendenti l-għeluq tal-proċeduri għal konklużjoni tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Ġinevra, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOGAJ


(1)  Id-data minn meta il-Ftehim se jiġi applikat provviżorjament se tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top