This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0124
Council Implementing Decision 2012/124/CFSP of 27 February 2012 implementing Decision 2011/101/CFSP concerning restrictive measures against Zimbabwe
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK tas- 27 ta’ Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK tas- 27 ta’ Frar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
ĠU L 54, 28.2.2012, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
28.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 54/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/124/PESK
tas-27 ta’ Frar 2012
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
(2) |
L-informazzjoni marbuta ma' persuna waħda fuq il-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha tiġi aġġornata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
ANNESS
L-entrata għal Cephas George Msipa għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tidher hawn taħt:
|
Isem (u psewdonomi) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
“60. |
Msipa, Cephas George |
Ex-Gvernatur Provinċjali: Midlands, imwieled fis-7.7.1931. Passaport ZD001500 I.D. 63-358147A67 |
Ex-Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni ZANU-PF tal-Gvern.” |