Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0809

2011/809/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2011 dwar pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-estensjoni tar-rinunzja tad-WTO sabiex jiġi implimentat ir-reġim tal-UE preferenzjali u awtonomu tal-kummerċ għall-Balkani tal-Punent

ĠU L 324, 7.12.2011, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/809/oj

7.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2011

dwar pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-estensjoni tar-rinunzja tad-WTO sabiex jiġi implimentat ir-reġim tal-UE preferenzjali u awtonomu tal-kummerċ għall-Balkani tal-Punent

(2011/809/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni adottat leġiżlazzjoni li ġġedded ir-reġim preferenzjali u awtonomu tal-kummerċ għall-Balkani tal-Punent sal-31 ta’ Diċembru 2015. Fin-nuqqas ta’ rinunzja min-naħa tal-obbligi tal-Unjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), it-trattament provdut fir-reġim preferenzjali u awtonomu tal-kummerċ se jkollu bżonn jiġi estiż għall-Membri kollha l-oħra tal-Organizzazjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Huwa għalhekk xieraq li tottjeni rinunzja mill-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal-GATT 1994 skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(2)

L-Unjoni ippreżentat talba bħal din fis-26 ta’ Ottubru 2011 u l-Kunsill Ġenerali tad-WTO għandu jiddelibera fuqha.

(3)

Huwa għaldaqstant xieraq, li tiġi stabbilità l-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni mal-Kunsill Ġenerali tad-WTO fir-rigward ta’ din it-talba,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija li tapprova l-estensjoni tar-rinunzja tad-WTO għall-Balkani tal-Punent sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa milll-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


Top