Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 32011R1092

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1092/2011 tas- 27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

    ĠU L 281, 28.10.2011г., стр. 25—26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1092/oj

    28.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/25


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1092/2011

    tas-27 ta’ Ottubru 2011

    li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/12 ġew stabbiliti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1076/2011 (4).

    (2)

    L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/12, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

    (3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

    (4)  ĠU L 278, 25.10.2011, p. 9.


    ANNESS

    L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-28 ta’ Ottubru 2011

    (EUR)

    Kodiċi NM

    Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    1701 11 10  (1)

    46,76

    0,00

    1701 11 90  (1)

    46,76

    0,88

    1701 12 10  (1)

    46,76

    0,00

    1701 12 90  (1)

    46,76

    0,58

    1701 91 00  (2)

    51,25

    2,09

    1701 99 10  (2)

    51,25

    0,00

    1701 99 90  (2)

    51,25

    0,00

    1702 90 95  (3)

    0,51

    0,21


    (1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


    Нагоре