Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0077

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 262, 6.10.2011, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/77(2)/oj

    6.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 262/44


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 77/2011

    tal-1 ta’ Lulju 2011

    li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness IX tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/16/UE tad-9 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-esklużjoni ta’ ċerta istituzzjoni mill-ambitu tal-applikazzjoni (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness IX tal-Ftehim:

    “—

    32010 L 0016: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/16/UE tad-9 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 60, 10.3.2010, p. 15).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2010/16/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 77.

    (2)  ĠU L 60, 10.3.2010, p. 15.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top