EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0066

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 262, 6.10.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/66(2)/oj

6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/139/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/139/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE (3) li hi inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar mill-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 45n (Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE) fil-Kapitolu I tal-Anness II għal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’li ġej:

32009 L 0139: Id-Direttiva 2009/139/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti għandha tkun inkorporata fil-Ftehim (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 3).”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2009/139/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 7.

(2)  ĠU L 322, 9.12.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 188, 29.7.1993, p. 38.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top