Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0904

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 904/2011 tas- 7 ta’ Settembru 2011 li jistipula l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mis- 26 ta’ Awwissu 2011 sat- 2 ta’ Settembru 2011 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għax-xgħir

ĠU L 231, 8.9.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/904/oj

8.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 904/2011

tas-7 ta’ Settembru 2011

li jistipula l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mis-26 ta’ Awwissu 2011 sat-2 ta’ Settembru 2011 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għax-xgħir

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 2305/2003 (3) waqqaf kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 306 215 tunnellata ta' xgħir (numru tal-ordni 09.4126).

(2)

Min-notifika skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa bejn is-26 ta’ Awwissu 2011 fis-13:00 u t-2 ta’ Settembru 2011 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament imsemmi, jirrigwardaw kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

Hemm ukoll lok li ma jinħarġux aktar liċenzji skont ir-Regolament (KE) Nru 2305/2003 għall-perjodu tal-kwoti attwali.

(4)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni tax-xgħir fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, imressqa bejn is-26 ta’ Awwissu 2011 fis-13:00, u t-2 ta’ Settembru 2011 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni 77,115913 %.

2.   Il-ħruġ taċ-ċertifikati għall-kwantitajiet mitluba mit-2 ta’ Settembru 2011 fis-13:00, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għall-perjodu tal-kwota attwali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.


Top