Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats
Dokument 32011R0716
Council Regulation (EU) No 716/2011 of 19 July 2011 establishing the fishing opportunities for anchovy in the Bay of Biscay for the 2011/2012 fishing season
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 716/2011 tad- 19 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2011/2012
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 716/2011 tad- 19 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2011/2012
ĠU L 193, 23.7.2011, s. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Gällande
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/11 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 716/2011
tad-19 ta’ Lulju 2011
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2011/2012
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Qabdiet Totali Permessi (TACs) għal kull tip ta’ sajd jew grupp ta’ sajd. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu distribwiti fost l-Istati Membri b’tali mod li f’kull Stat Membru tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva ta’ attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew grupp ta’ stokkijiet u billi jitqiesu adegwatament l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1). |
(2) |
Għall-finijiet ta’ġestjoni adegwata u ssimplifikata tal-istokk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti TAC u kwoti għall-Istati Membri għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay (is-Subżona VIII tal-ICES VIII) għal staġun ta’ ġestjoni annwali mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, minflok perjodu ta’ ġestjoni ta’ sena kalendarja. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut għall-2011, eskluża l-inċova fil-Bajja ta’ Biscay. |
(4) |
It-TAC għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2011/2012 għandha tkun stabbilita abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, u billi jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd. |
(5) |
Sabiex tipprovdi għal pjan multiannwali għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay li jkopri l-istaġun tas-sajd u jistabbilixxi r-regola tal-kontroll tal-ħsad li tapplika biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd, fid-29 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk. B’kunsiderazzjoni ta’ dik il-proposta tal-Kummissjoni u billi l-valutazzjoni tal-impatt li fuqha hija bbażata l-proposta tipprovdi għall-valutazzjoni l-iktar riċenti tal-impatt ta’ deċiżjonijiet fuq l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC għal dak l-istokk skont dan. Il-parir mill-STECF maħruġ fil-15 ta’ Lulju 2011 jistma l-bijomassa tal-istokk għal madwar 98 450 tunnellata. B’riżultat ta’ dan, it-TAC għall-istaġun tas-sajd mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 għandha tiġi stabbilita għal 29 700 tunnellata. |
(6) |
Minħabba l-ambitu speċifiku u ż-żmien tal-applikazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawk l-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ Regolament separat. Is-sajd għandu, madankollu jibqa’ suġġett għad-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 57/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kwota. |
(7) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jdaħħal kundizzjonijiet addizzjonali għal ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (3), huwa meħtieġ li jiġi stabbilit sa fejn l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay huwa suġġett għall-miżuri stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(8) |
Minħabba l-bidu tal-istaġun tas-sajd 2011/2012 u għall-finijiet tar-rappurtar annwali tal-qabdiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih u japplika mill-1 ta’ Lulju 2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay
1. Il-qabda totali permissibbli (TAC) u l-allokazzjoni tagħha bejn l-Istati Membri għall-istaġun tas-sajd mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012 għall-istokk tal-inċova fis-Subżona VIII tal-ICES kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), għandhom ikunu kif ġej (spjegati f’tunnellati ta’ piż ta’ ħut ħaj):
|
|
|||||||
Spanja |
26 730 |
TAC Analitika |
||||||
Franza |
2 970 |
|||||||
L-UE |
29 700 |
|||||||
TAC |
29 700 |
2. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbilita fil-paragrafu 1 u l-użu tagħha għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 9, 12 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 57/2011.
3. L-istokk imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitqies bħala suġġett għal TAC analitiku għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96. L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(4) Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).