This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0417
2011/417/EU: Council Decision of 12 July 2011 abrogating Decision 2010/408/EU on the existence of an excessive deficit in Finland
2011/417/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Lulju 2011 li tabroga d-Deċiżjoni 2010/408/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Finlandja
2011/417/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Lulju 2011 li tabroga d-Deċiżjoni 2010/408/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Finlandja
ĠU L 187, 16.7.2011, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Lulju 2011
li tabroga d-Deċiżjoni 2010/408/UE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Finlandja
(2011/417/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2010/408/UE (1), fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat, il-Kunsill iddeċieda li fil-Finlandja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Fid-Deċiżjoni 2010/408/UE il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ppjanat għall-2010 kien ta’ 4,1 % tal-PDG, li kien ogħla mit-3 % tal-valur referenzjarju tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kien ippjanat li jilħaq id-49,9 % tal-PDG, taħt is-60 % tal-valur referenzjarju tal-PDG skont it-Trattat. |
(2) |
Fit-13 ta’ Lulju 2010, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), il-Kunsill, abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, adotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Finlandja bil-għan li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sa mhux aktar tard mill-2011. Ir-rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata. |
(3) |
Skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru konċernat ikun, fil-fehma tal-Kunsill, ġie kkoreġut. |
(4) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-dejta għall-implimentazzjoni ta’ din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta dwar defiċits u d-dejn tal-gvern u dwar varjabbli assoċjati oħra darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, skont Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (3). |
(5) |
Abbażi tad-dejta pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 wara n-notifka mill-Finlandja qabel l-1 ta’ April 2011 u fuq it-tbassir tar-rebbiegħa 2011 mis-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
(6) |
Minn dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li d-defiċit eċċessiv fil-Finlandja ġie kkoreġut u d-Deċiżjoni 2010/408/UE għaldaqstant għandha tiġi abrogata. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni kumplessiva jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fil-Finlandja ġiet ikkoreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/408/UE hija b’dan abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(1) ĠU L 189, 22.7.2010, p. 17.
(3) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.