Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0589

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2011 tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali (tal-importazzjoni) għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/11

    ĠU L 161, 21.6.2011, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/589/oj

    21.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 161/7


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 589/2011

    tal-20 ta’ Ġunju 2011

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali (tal-importazzjoni) għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/11

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-prezzijiet dinjin tas-suq għaz-zokkor ilhom għoljin b’mod kostanti matul l-ewwel xhur tas-sena tas-suq 2010/2011, u naqqsu r-ritmu tal-importazzjonijiet b’mod partikolari minn pajjiżi terzi li qed jibbenifikaw minn ċerti ftehimiet preferenzjali.

    (2)

    B’din is-sitwazzjoni quddiemha, il-Kummissjoni riċentement adottat sensiela ta’ miżuri bl-iskop li jġibu provvista addizjonali għas-suq tal-Unjoni. Dawk il-miżuri kienu jinkludu r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 222/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u iżoglukożju 'l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (2), li żiedu d-disponibbiltà kombinata taz-zokkor u l-iżoglukożju fis-suq tal-Unjoni b’526 000 tunnellata, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011 tat-28 ta’ Marzu 2011 li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali [tal-importazzjoni] għal ċerti kwantitajiet ta' zokkor għas-sena tas-suq 2010/11 (3), li ssospenda d-dazji ta’ importazzjoni għaz-zokkor li jaqgħu taħt in-NM 1701 għal kwantità ta’ 300 000 tunnellata.

    (3)

    L-importazzjonijiet taz-zokkor taħt l-Ipproċessar Attiv skont il-Kapitolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (4) tnaqqsu u l-industrija tal-ipproċessar żiedet l-użu tal-kwota taz-zokkor fil-prodotti esportati. Dawk l-iżviluppi żammew is-sitwazzjoni ta’ provvista stretta fis-suq tal-Unjoni, li qed jheddu li jikkawżaw nuqqas ta’ provvista matul l-aħħar xhur tas-sena tas-suq, sakemm jasal il-ħsad il-ġdid.

    (4)

    Il-prezzijiet għoljin fis-suq dinji taz-zokkor għaldaqstant qed jhedded id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq tal-Unjoni. Għal dik ir-raġuni huwa neċessarju li l-kwantità ta’ 300 000 tunnellata stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011, li għalihom id-dazji tal-importazzjoni taz-zokkor huma sospiż tiżdied b’200 000 tunnellata.

    (5)

    Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (5) il-ftuħ tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti taz-zokkor skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bin-numru ta’ ordni 09.4380 (importazzjoni eċċezzjonali ta’ zokkor), il-kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti li għalihom id-dazji tal-importazzjoni għandhom jiġu sospiżi u l-perjodu tal-kwota tariffarja għandhom jiġu dterminati b’att legali separat. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011 jissospendi d-dazji tal-importazzjoni għaz-zokkor li jaqgħu taħt in-NM 1701 għal kwantità ta’ 300 000 tunnellata.

    (6)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni(UE) Nru 302/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-ewwl paragrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 302/2011, għandha tiġi inkluża s-sentenza li ġejja.

    “Id-dazji tal-importazzjoni għandhom jiġu sospiżi għal kwantità addizjonali ta’ 200 000 tunnellata mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta’ Settembru 2011.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Ir-Regolament għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 60, 5.3.2011, p. 6.

    (3)  ĠU L 81, 29.3.2011, p. 8.

    (4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (5)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


    Top