This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0458
Commission Regulation (EU) No 458/2011 of 12 May 2011 concerning type-approval requirements for motor vehicles and their trailers with regard to the installation of their tyres and implementing Regulation (EC) No 661/2009 of the European Parliament and of the Council concerning type-approval requirements for the general safety of motor vehicles, their trailers and systems, components and separate technical units intended therefor Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011 tat- 12 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011 tat- 12 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 124, 13.5.2011, p. 11–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Imħassar b' 32019R2144
13.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 124/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 458/2011
tat-12 ta’ Mejju 2011
li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-finijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 li tirrigwarda t-tajers ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom (3), Ir-rekwiżiti stipulati f’dik id-Direttiva għandhom jiġu inklużi f’dan ir-Regolament u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu adattati biex ikunu aġġornati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku. |
(3) |
L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma’ dak tad-Direttiva 92/23/KEE. Ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-vetturi tal-kategoriji M, N u O. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula rekwiżiti bażiċi dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu stipulati l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għat-tali approvazzjoni tat-tip biex jiġi żgurat li t-tajers użati fuq vettura jkunu jixirqu l-karatteristiċi tat-tagħbija, tal-veloċità u tal-użu ta’ dik il-vettura. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji M, N u O kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KEE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha” ifisser vetturi li mhumiex differenti fir-rigward ta’ aspetti essenzjali bħat-tipi ta’ tajers, id-deżinjazzjonijiet tad-daqs minimu u massimu tat-tajers, id-dimensjonijiet tar-roti u l-off-sets kif ukoll il-veloċità u l-kapaċitajiet tat-tagħbija xierqa għall-addattament, u l-karatteristiċi tal-parafangi tar-roti. |
(2) |
“tip ta’ tajer” tfisser firxa ta’ tajers li mhumiex differenti f’dawn il-karatteristiċi essenzjali li ġejjin:
|
(3) |
“deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer” tfisser id-deżinjazzjoni kif imfissra fil-paragrafu 2.17 tar-Regolament UNECE Nru 30 għal tajers tal-klassi C1 u l-paragrafu 2.17 tar-Regolament UNECE Nru 54 għal tajers tal-klassijiet C2 u C3; |
(4) |
“l-offset tar-rota” tfisser id-distanza mill-wiċċ tal-appoġġ tal-buttun sal-linja taċ-ċentru tar-rimm; |
(5) |
“struttura ta’ tajer pnewmatiku” tfisser il-karatteristiċi tekniċi ta’ karkassa tat-tajer; |
(6) |
“tajer normali” tfisser tajer jew tajer run flat maħsub għal użu normali fit-toroq; |
(7) |
“tajer run flat” ifisser tajer kif imfisser fil-paragrafu 2.4.3 tar-Regolament UNECE Nru 64 (6); |
(8) |
“tajer żejjed għal użu temporanju” tfisser tajer differenti minn tajer maħsub li jkun immuntat ma’ kwalunkwe vettura għal kundizzjonijiet normali tas-sewqan, imma maħsub biss għal użu temporanju biss taħt kundizzjonijiet ta’ sewqan ristretti; |
(9) |
“rota” tfisser rota kompluta magħmula minn rimm u diska tar-rota; |
(10) |
“rota żejda għal użu temporanju” tfisser rota differenti minn waħda mir-roti normali fuq it-tip ta’ vettura; |
(11) |
“unità” tfisser assemblaġġ ta’ rota u tajer; |
(12) |
“unità standard” tfisser unità li hija kapaċi titwaħħal mal-vettura għal funzjoni normali; |
(13) |
“unità żejda” tfisser unità maħsuba biex tiġi mibdula ma’ unità standard f’każ li din tal-aħħar ma’ taħdimx sew u tista’ tkun waħda minn dawn iż-żewġ tipi li ġejjin; |
(14) |
“unità żejda standard” tfisser assemblaġġ ta’ rota u tajer identiċi f’dawk li huma d-deżinjazzjoni tad-daqs tar-rota u t-tajer, l-offset tar-rota u l-istruttura tat-tajer għal dik immuntata fuq l-istess pożizzjoni tal-fus u għall-varjant u l-verżjoni ta’ vettura partikolari għal funzjoni normali, inklużi r-roti prodotti minn materjal differenti u li jistgħu jużaw disinni ta’ skorfini jew boltijiet tal-immuntar tar-rota differenti, li iżda hija mill-aspetti l-oħra kollha identika għar-rota maħsuba għal funzjoni normali; |
(15) |
“unità żejda għal użu temporanju” tfisser assemblaġġ ta’ kwalunkwe rota u tajer li ma jaqax fi ħdan id-definizzjoni ta’ unità żejda standard u li jaqa’ fi ħdan xi waħda mid-deskrizzjonijiet ta’ tip ta’ unità żejda għal użu temporanju kif imfissra fil-paragrafu 2.10 tar-Regolament UNECE Nru 64; |
(16) |
“simbolu tal-kategorija tal-veloċità” tfisser is-simbolu kif imfisser fil-paragrafu 2.29 tar-Regolament UNECE Nru 30 għal tajers tal-klassi C1 u l-paragrafu 2.28 tar-Regolament UNECE Nru 54 għall-klassijiet C2 u C3; |
(17) |
“indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija” tfisser numru assoċjat mar-rata tat-tagħbija massima tat-tajer b’rabta mat-tifsira fil-paragrafu 2.28 tar-Regolament UNECE Nru 30 għal tajers tal-klassi C1 u l-paragrafu 2.27 tar-Regolament UNECE Nru 54 għal tajers tal-klassijiet C2 u C3; |
(18) |
“rata ta’ tagħbija massima” tfisser il-massa li tajer jista’ jġorr meta mħaddem b’mod konformi mar-rekwiżiti li jirregolaw l-utilizzazzjoni speċifikata mill-manifattur tat-tajer; |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jressaq lill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha.
2. L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.
3. Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Anness II f’dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95.
(4) ĠU L 201, 30.7.2008, p. 70.
(5) ĠU L 183, 11.7.2008, p. 41.
(6) ĠU L 310, 26.11.2010, p. 18.
ANNESS I
Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom
PARTI 1
Dokument ta’ informazzjoni
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom.
It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. L-isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (b): …
0.3.1. Fejn jinsab dak l-immarkar: …
0.4. Kategorija tal-vettura (c): …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …
0.9. Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti) …
1. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-BINJA TAL-VETTURA
1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …
1.3. Numru ta’ fusien u roti: …
1.3.1. L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien mat-tajers f’formazzjoni doppja (twin): …
1.3.2. L-għadd u l-pożizzjoni ta’ fusien bi steering: …
1.3.3. Fusien mgħammra (powered axles) (l-għadd, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni): …
2. MASES U DIMENSJONIJIET (f) (g)
2.3. Tul(ijiet) u wisa’(wisgħat) tal-fus
2.3.1. Tul ta’ kull fus li huwa steered (1): …
2.3.2. Tul tal-fusien l-oħra kollha (1): …
2.3.3. Wisa’ tal-aktar fus wiesa’ ta’ wara: …
2.3.4. Il-wisa’ tal-fus ta’ quddiemnett (imkejla fuq it-tarf ta’ barra tat-tajers għajr għall-bużżieqa mbuzzata ’l barra tat-tajers qrib l-art): …
2.8. Massa massima ta’ tagħbija teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur (i) (3): …
2.9. Massa massima teknikament permessa fuq kull fus: …
2.11.5. Il-vettura hija/mhijiex (1) adatta biex tiġbed tagħbijietIngassa fejn ma japplikax.
4.7. Veloċità ddisinjata massima tal-vettura (f’km/h) (q): …
6. SASPENXIN
6.6. Tajers u roti
6.6.1. Kombinazzjoni(jiet) tajer/rota (r)
(a) |
għat-tajers indika;
|
(b) |
għar-roti indika l-qis(ien) tar-rimmijiet u l-off-set(s). |
6.6.1.1. Fusien
6.6.1.1.1. Fus 1: …
6.6.1.1.2. Fus 2: …
eċċ.
6.6.3. Pressjoni(jiet) tat-tajer kif rakkomandat mill-manifattur tal-vettura (kPa) …
6.6.4. Deskrizzjoni tal-kombinazzjoni(ijiet) tal-mezz(i) ta’ qabda fuq is-silġ u tat-tajer/rota fuq il-fus(fusien) ta’ quddiem u/jew ta’ wara adatt/i għat-tip ta’ vettura, kif rrakkomandat mill-manifattur: …
6.6.5. Deskrizzjoni qasira tal-unità żejda għal użu temporanju (jekk ikun hemm): …
6.6.6. Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ monitoraġġ ta’ pressjoni tat-tajers (TPMS) (jekk immuntati mal-vettura): …
9. KAROZZERIJA
9.16. Parafangi
9.16.1. Deskrizzjoni fil-qosor tal-vettura fejn għandhom x’jaqsmu l-parafangi: …
12. MIXXELLANJU
12.6. Apparat li jillimita l-veloċità
12.6.1. Manifattur(i): …
12.6.2. Tip(i): …
12.6.3. In-numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …
12.6.4. Veloċità jew medda ta’ veloċitajiet li fihom tista’ tiġi stabbilita l-limitazzjoni tal-veloċità: … km/h
Noti ta’ spjegazzjoni:
PARTI 2
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
MUDELL
Format: A4 (210 × 297 mm)
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
|
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha |
||||||||
fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru …/2011 |
|||||||||
Numru tal-approvazzjoni skont it-tip KE: … |
|||||||||
Raġuni għall-estensjoni: … |
TAQSIMA I
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.1. L-isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.3. Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura (2): …
0.3.1. Fejn jinsab dak l-immarkar: …
0.4. Kategorija tal-vettura (3): …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.8. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): …
TAQSIMA II
1. Aktar informazzjoni: ara l-Addendum.
2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …
3. Data tar-rapport tat-test: …
4. Numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.
6. Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
Dokumenti mehmużin |
: |
Pakkett ta’ informazzjoni Rapport tat-test |
(b) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jikkontjeni karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(c) Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE, il-Parti A tal-Anness II.
(f) Fejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u dimensjonijiet għandhom ikunu ddikjarati.
(g) Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq - Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmunkati - kundizzjonijiet u definizzjonijiet.
(g4) |
Terminu Nru 6.5. |
(i) Għal trejlers jew semi-trejlers, u għal vetturi bi trejler jew semi-trejler, li japplikaw tagħbija sinifikanti vertikali fuq it-tagħmir ta’ gganċjar jew il-ħames rota, din it-tagħbija, diviża bl-aċċelerazzjoni standard ta’ gravità, hija inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli.
(3) Jekk jogħġbok niżżel l-ogħla u l-inqas valuri għal kull varjant.
(1) Ingassa fejn ma japplikax.
(q) Fir-rigward tal-vetturi motorizzati, jekk il-manifattur tal-vettura jippermetti li ċerti funzjonijiet ta’ kontrollur jiġu modifikati (eż. permezz ta’ softwer, ħardwer, aġġornar, selezzjoni, abilitar, diżabilitar) qabel jew wara ma l-vettura tkun bdiet tagħti servizz, bir-riżultat li l-vettura jkollha veloċità massima miżjuda, il-veloċità massima li possibilment tinkiseb permezz tal-aġġustament ta’ dawn il-funzjonijiet ta’ kontrollur tiġi ddikjarata Fir-rigward ta’ trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur tiġi ddikjarata
(r) Fil-każ ta’ tajers bl-iskrizzjoni ZR qabel il-kodiċi tad-dijametru tar-rimm, maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi li l-veloċità tad-disinn tal-vettura massima tagħhom taqbeż it-300 km/h, għandha tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti.
(1) Ingassa fejn ma japplikax.
(2) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jikkontjeni karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(3) Kif iddefinita fid-Direttiva 2007/46/KE, l-Anness II, it-Taqsima A
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …
1. |
Aktar informazzjoni:
|
2. |
Vettura tal-kategorija M1 hi/mhix (1) xierqa għall-irmunkar ta’ tagħbijiet u r-rata tat-tagħbija tat-tajers ta’ wara nqabżet b’ … % |
3. |
Il-vettura hi/mhix (1) approvata skont ir-Regolament UNECE Nru 64 fir-rigward tal-unità żejda tagħha għal użu temporanju. |
3.1. |
3.2. |
4. |
Il-vettura hi/mhix (1) approvata skont ir-Regolament UNECE Nru 64 fir-rigward tas-sistema tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers tagħha (TPMS). |
4.1. |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS) (jekk immuntati mal-vettura): … |
5. |
Rimarki: … |
(1) Ingassa fejn ma japplikax.
ANNESS II
Rekwiżiti għal vetturi fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom
1. REKWIŻITI ĠENERALI
1.1. |
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.4, kull tajer immuntat ma’ vettura, inkluż, fejn japplika, kwalunkwe tajer żejjed, għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u l-miżuri implimentattivi tiegħu. |
2. IMMUNTAR TAT-TAJERS
2.1. |
It-tajers li normalment jiġu mmuntati mal-vettura, jiġifieri għajr dawk użati bħala unitajiet żejda għal użu temporanju, għandu jkollhom l-istess struttura. |
2.2. |
It-tajers kollha li normalment jiġu mmuntati ma’ fus wieħed għandhom ikunu tal-istess tip. |
2.3. |
L-ispazju li fih iddur ir-rota għandu jkun tali mod li jippermetti moviment bla trażżin meta jintuża d-daqs permissibbli massimu ta’ tajers u wesgħat tar-rimm, b’qies tal-offsets tar-rota mimimi u massimi, fi ħdan il-limiti tal-isteering u s-saspenxin minimi u massimi kif iddikjarati mill-manifattur tal-vettura. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta’ kontrolli bl-ikbar u l-usa’ tajers, b’konsiderazzjoni tat-tollerenzi dimensjonali applikabbli (jiġifieri l-enveloppar massimu) relatati mad-deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajers kif speċifikat fir-Regolament UNECE rilevanti. |
2.4. |
Is-servizz tekniku jista’ jaqbel li ssir proċedura ta’ ttestjar alternattiva (eż. ittestjar virtwali) biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.3 tal-Anness jiġu ssodisfati. |
3. KAPAĊITÀ TAT-TAGĦBIJA
3.1. |
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5. ta’ dan l-Anness, ir-rata tat-tagħbija massima ta’ kull tajer kif iddeterminata fil-paragrafu 3.2. ta’ dan l-Anness, inkluż tat-tajer żejjed (jekk ipprovdut), immuntati mal-vettura għandha tkun:
|
3.2. |
Ir-rata tat-tagħbija massima ta’ tajer hija ddeterminata kif ġej:
|
3.3. |
L-informazzjoni relevanti għandha tingħata b’mod ċar fil-manwal ta’ sid il-vettura biex jiġi żgurat li meta jkun meħtieġ jiġu mmuntati tajers alternattivi xierqa b’kapaċità tat-tagħbija adatta, hekk kif il-vettura tibda tagħti servizz. |
4. KAPAĊITÀ TAL-VELOĊITÀ
4.1. |
Kull tajer li normalment jiġi mmuntat mal-vettura għandu juri simbolu tal-kategorija tal-veloċità. |
4.1.1. |
Fil-każ ta’ tajer tal-klassi C1, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità għandu jkun kompatibbli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura u għandu jqis, fil-każ ta’ tajers tal-kategoriji ta’ veloċità V, W u Y, ir-rata ta’ tagħbija massima kif imfissra fir-Regolament UNECE Nru 30. |
4.1.2. |
Fil-każ ta’ tajer tal-klassi C2 jew C3, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità għandu jkun kompatibbli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura u l-kombinazzjoni applikabbli ta’ tagħbija/veloċità miġjuba mit-“tabella tal-varjazzjoni tal-kapaċità tat-tagħbija mal-veloċità” kif imfissra fil-paragrafu 3.2.2 ta’ dan l-Anness. |
4.2. |
Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 4.1.1 u 4.1.2 m’għandhomx japplikaw għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
4.3. |
L-informazzjoni relevanti għandha tingħata b’mod ċar fil-manwal ta’ sid il-vettura biex jiġi żgurat li meta jkun meħtieġ jiġu mmuntati tajers alternattivi xierqa b’kapaċità tal-veloċità adatta, hekk kif il-vettura tibda tagħti servizz. |
5. KAŻIJIET SPEĊJALI:
5.1. |
Fil-każ ta’ trejlers tal-kategoriji O1 u O2 b’veloċità massima tad-disinn tal-vettura ta’ 100 km/h jew anqas u li huma mgħammra b’tajers tal-klassi C1 f’formazzjoni singola, ir-rata tat-tagħbija massima għal kull tajer għandha talanqas tkun ta’ 0,45 drabi tal-massa tal-fus massima teknikament permissibbli fil-każ tal-aktar fuq mgħobbi, kif mistqarr mill-manifattur tat-trejler. Fil-każ ta’ tajers f’formazzjoni doppja (twin) dan il-fattur għandu jkun ta’ talanqas 0,24. F’każijiet hekk, tikketta ta’ twissija dwar il-veloċità operattiva massima, li tispeċifika l-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, għandha titwaħħal b’mod permanenti u dejjiema ħdejn l-apparat tal-akkoppjar ta’ quddiem tat-trejler. |
5.2. |
Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1, li huma ddisinjati biex ikunu kapaċi jirmunkaw trejler, it-tagħbija addizzjonali imposta fuq l-apparat tal-akkoppjar tat-trejler tista’ twassal biex ir-rati tat-tagħbija massima tat-tajer ta’ wara jinqabżu fil-każ ta’ tajers tal-klassi C1, imma mhux b’aktar minn 15 %. F’każ hekk, il-manwal ta’ sid il-vettura għandu jkun fih informazzjoni u pariri ċari dwar il-veloċità massima permissibbli tal-vettura meta din tkun qed tirmonka trejler, li f’kull każ m’għandha qatt tisboq il-100 km/h, u dwar il-pressjoni fuq it-tajer ta’ wara, li tkun talanqas 20 kPa (0,2 bar) iktar mill-pressjoni(jiet) tat-tajer kif rakkomandati għal użu normali (jiġifieri bla trejler irmunkat). |
5.3. |
Fil-każ ta’ xi vetturi speċjali, kif elenkati hawn taħt, immuntati b’tajers tal-klassi C2 jew C3, it-“tabella tal-varjazzjoni tal-kapaċità tat-tagħbija mal-veloċità” kif imfissra fil-paragrafu 3.2.2. ta’ dan l-Anness m’għandhiex tapplika. F’każ hekk, ir-rata tat-tagħbija massima tat-tajer li għandha tiġi ċċekkjata kontra l-massa tal-fus massima teknikament permissibbli (ara l-paragrafi minn 3.1.2. sa 3.1.4) għandha tiġi ddeterminata billi tiġi mmultiplikata t-tagħbija korrispondenti għall-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija b’koeffiċjent xieraq li huwa relatat mat-tip ta’ vettura u l-użu tagħha, aktar milli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura, u r-rekwiżiti tal-paragrafi 4.1.1. u 4.1.2. ta’ dan l-Anness ma japplikawx. Il-koeffiċjenti xierqa għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
5.4. |
F’każijiet eċċezzjonali, fejn xi vetturi huma ddisinjati għal kundizzjonijiet ta’ użu li mhumiex kompatibbli mal-karatteristiċi tat-tajers tal-klassi C1, C2 jew C3 u allura jkun meħtieġ li jiġu mmuntati tajers b’karatteristiċi differenti, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.1. ta’ dan l-Anness ma japplikawx, bla ħsara għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
6. ROTI U TAJERS ŻEJDA
6.1. |
F’każijiet fejn vettura tkun ipprovduta b’unità żejda, din għandha tkun tikkonsisti f’waħda minn dawn li ġejjin:
|
6.2. |
Kull vettura fornuta b’tajers run flat jew b’unità żejda għal użu temporanju għandu jkollha approvazzjoni tat-tip valida skont ir-Regolament UNECE Nru 64 fir-rigward tar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tagħmir ta’ vetturi b’tajers run flat u b’unitajiet żejda għal użu temporanju. |
(1) ĠU L 158, 19.5.2007, p. 1.
(2) ĠU L 255, 29.9.2010, p. 1.
(3) Għadu ma ġiex ippubblikat. Se jiġi ppubblikat sa Mejju 2011.