This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0170
Council Decision 2011/170/CFSP of 21 March 2011 amending Council Decision 2010/330/CFSP on the European Union Integrated Rule of Law Mission for Iraq, EUJUST LEX – IRAQ
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/170/PESK tal- 21 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX - IRAQ
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/170/PESK tal- 21 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX - IRAQ
ĠU L 76, 22.3.2011, p. 61–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
22.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/170/PESK
tal-21 ta’ Marzu 2011
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX - IRAQ
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1). Dik l-Azzjoni Konġunta, kif sussegwentement emendata u estiża, skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2009. |
(2) |
Fil-11 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/475/PESK (2) li kompliet l-EUJUST LEX għal 12-il xahar ieħor sat-30 ta’ Ġunju 2010 u li pprevediet li matul dan il-perijodu l-EUJUST LEX kellha tibda fażi pilota ta’ attivitajiet fl-Iraq. |
(3) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/330/PESK (3) li kompliet l-EUJUST LEX għal 24 xahar ieħor sat-30 ta’ Ġunju 2012 u li pprevediet li matul dan il-perijodu l-EUJUST LEX - IRAQ għandha tressaq b’mod progressiv l-attivitajiet u l-istrutturi rilevanti tagħha lejn l-Iraq, b’attenzjoni partikolari fuq it-taħriġ speċjalizzat, waqt li żżomm l-attivitajiet ta’ barra l-pajjiż kif adatt. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK ipprevediet għal ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-infiq relatat mal-EUJUST LEX-IRAQ għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011. Dan l-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jiżdied biex jiġu koperti l-ħtiġijiet operazzjonali tal-Missjoni u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(5) |
Il-mandat tal-Missjoni qiegħed jitwettaq f’kuntest ta’ sigurtà li jista’ jiddeterjora u li jista’ jimpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
(6) |
L-istruttura ta’ kmand u kontroll tal-Missjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-infiq relatat mal-Missjoni bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u t-30 ta’ Ġunju 2011 għandu jkun ta’ EUR 22 300 000.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) ĠU L 156, 19.6.2009, p. 57.
(3) ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.