Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0127

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2011 tal- 11 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1017/2010 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent Daniżi, Franċiżi u Finlandiżi

ĠU L 38, 12.2.2011, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2011; Imħassar b' 32011R0560

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/127/oj

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 127/2011

tal-11 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1017/2010 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent Daniżi, Franċiżi u Finlandiżi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent tal-Istati Membri.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-qamħ komuni u tax-xgħir fl-Unjoni u tal-iżvilupp tat-talba għaċ-ċereali osservata fir-reġjuni differenti matul dawn l-aħħar ġimgħat, tirriżulta l-ħtieġa li, f'ċerti Stati Membri, isiru disponibbli kwantitajiet ġodda ta' ċereali miżmuma mill-aġenzija tal-intervent. Konsegwentement xieraq li l-organizzazzjonijiet ta' intervent ikkonċernati tal-Istati Membri jkunu awtorizzati jipproċedu fiż-żieda tal-kwantitajiet involuti fis-sejħiet għal offerti kompetittivi, għall-qamħ komuni, b'125 tunnellata għall-Finlandja u għax-xgħir, b'54 tunnellata għal Franza 33 tunnellata għad-Danimarka, filwaqt li jkun ippreċiżat li l-125 tunnellata ta' qamħ komuni miżmuma mill-Finlandja u l-54 tunnellata xgħir għall-Franza u t-33 tunnellata għad-Danimarka, jikkostitwixxu rettifikazzjoni a posteriori, wara r-regolarizzazzjoni ta' stokkijiet effettivament disponibbli fil-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri ta' intervent u l-bejgħ ta' dawn bi prezz imraħħas waqt is-sejħiet parzjali tas-16 ta' Dċembru 2010, tat-13 ta' Jannar 2011 u tas-27 ta' Jannar 2011.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stabbiliti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1017/2010 qed jiġi emendat kif ġej:

a)

il-linja li tikkonċerna lid-Danimarka għandha tkun sostitwita b'dan li ġej:

“Danmark

59 583

—”

b)

il-linja li tikkonċerna lil Franza għandha tkun sostitwita b'li ġej:

“France

70 439

—”

c)

il-linja li tikkonċerna lill-Finlandja għandha tkun sostitwita b'li ġej:

“Suomi/Finland

22 882

784 136

—”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.


Top