Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0123

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 123/2011 tal- 11 ta' Frar 2011 li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2011

    ĠU L 38, 12.2.2011, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/123/oj

    12.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 38/19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 123/2011

    tal-11 ta' Frar 2011

    li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena tas-sajd 2011

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) u (6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f’livell li jkun tal-anqas ugwali għal 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz ta' gwida.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/2010 (2) jiffissa prezzijiet ta' gwida għas-sena tas-sajd 2011 għall-prodotti kollha kkonċernati.

    (3)

    Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skont l-ispeċi u skont kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.

    (4)

    Il-fatturi tal-konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispecijiet differenti u għall-preżentazzjonijiet differenti tal-prodotti ffriżati li jinħattu l-art fl-Unjoni sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jwassal għall-miżura tal-intervent ipprovduta fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

    (5)

    Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzzjoni tas-sistema ta' intervent fis-sena 2011, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2011.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, applikabbli matul is-sena tas-sajd 2011 għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dak ir-Regolament u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi tal-konverżjoni li huma relatati magħhom huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

    (2)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 6.


    ANNESS

    IL-PREZZIJIET TAL-BEJGĦ U L-FATTURI TAL-KONVERŻJONI

    Speċi

    Preżentazzjoni

    Il-fattur ta’ konverżjoni

    Il-livell tal-intervent

    Il-prezz tal-bejgħ (f’EUR għal kull tunnellata metrika)

    Ħalibatt tal-Groenlandja

    (Reinhardtius hippoglossoides)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 629

    Marlozz

    (Merluccius spp.)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 047

    Fi fletti individwali

     

     

     

    bil-ġilda

    1,0

    0,85

    1 273

    bla ġilda

    1,1

    0,85

    1 401

    Sparidae

    (Dentex dentex u Pagellus spp.)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    1 230

    Pixxispad

    (Xiphias gladius)

    Sħiħ jew imnaddaf, bir-ras jew mingħajrha

    1,0

    0,85

    3 449

    Gambli u gambli kbar (prawns)

    Penaeid shrimps

    Iffriżat

     

     

     

    (a)

    Parapenaeus Longirostris

     

    1,0

    0,85

    3 461

    (b)

    Penaeidae oħrajn

     

    1,0

    0,85

    6 641

    Siċċ

    (Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti)

    Iffriżat

    1,0

    0,85

    1 628

    Klamari (Loligo spp.)

     

     

     

     

    (a)

    Loligo patagonica

    sħaħ, mhux imnaddfa

    1,00

    0,85

    997

    imnaddfa

    1,20

    0,85

    1 196

    (b)

    Loligo vulgaris

    sħaħ, mhux imnaddfa

    2,50

    0,85

    2 493

    imnaddfa

    2,90

    0,85

    2 891

    Qarnit

    (Octopus spp.)

    Iffriżat

    1,00

    0,85

    1 837

    Illex argentinus

    sħaħ, mhux imnaddfa

    1,00

    0,80

    698

    tubu

    1,70

    0,80

    1 187

    Forom ta' preżentazzjoni kummerċjali:

    sħiħ, mhux imnaddaf

    :

    prodott li ma jkun sarlu l-ebda trattament

    imnaddaf

    :

    prodott li għallinqas ikun tnaddaf

    f’tubu

    :

    ġisem tal-klamar li għallinqas ikun tnaddaf u tkun tneħħietlu r-ras


    Top