EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0068

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2011 tat- 28 ta’ Jannar 2011 li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat tal-majjal

ĠU L 26, 29.1.2011, p. 2–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/03/2011; Imħassar b' 32011R0197

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/68/oj

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 68/2011

tat-28 ta’ Jannar 2011

li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat tal-majjal

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(a) u (d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li meta l-prezz medju fis-suq Komunitarju għall-karkassi tal-majjal kif stabbilit b'referenza għall-prezzijiet reġistrati f'kull Stat Membru fuq is-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u ppiżati permezz ta' koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-ħnieżer f'kull Stat Membru, ikun, u x'aktarx jibqa', inqas minn 103 % tal-prezz ta' referenza, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għall-ħżin privat.

(2)

Il-prezzijiet tas-suq waqgħu taħt dak il-livell u, fid-dawl ta’ xejriet staġjonali u ċikliċi, din il-qagħda għandha mnejn tibqa'. Fid-dawl ta’ dan, jixraq li tingħata għajnuna għall-ħżin privat.

(3)

L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li tista' tingħata għajnuna għall-ħżin privat tal-majjal, u li din l-għajnuna għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni bil-quddiem jew permezz ta’ sejħa għall-offerti.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-għajnuna għall-ħżin privat.

(5)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, se tingħata għajnuna ffissata bil-quddiem skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Sabiex teħfief il-ġestjoni tal-miżura, il-prodotti tal-majjal jiġu kklassifikati f'kategoriji skont kriterji ta’ xebh fir-rigward tal-livell tal-ispejjeż għall-ħżin.

(7)

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għandha tiddependi mill-qagħda tas-suq, u għandha tiġi deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(8)

Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta' kontroll rigward il-konklużjoni ta' kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti l-kwantitajiet minimi tal-prodotti li kull applikazzjoni għandha tkopri.

(9)

Għandha tiġi ffissata garanzija sabiex jiġi żgurat li l-operaturi jaqdu d-dmirijiet kuntrattwali tagħhom u li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fuq is-suq.

(10)

L-esportazzjoni ta’ prodotti tal-majjal tikkontribwixxi għall-irkupru ta' bilanċ fis-suq. Għaldaqstant, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 meta l-perjodu tal-ħżin jitqassar minħabba li l-prodotti joħorġu mill-ħżin biex ikunu esportati. Għandhom jiġu ffissati l-ammonti ta’ kuljum applikabbli għat-tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna msemmija fl-istess Artikolu.

(11)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, u għal raġunijiet ta' konsistenza u ċarezza għall-operaturi, jeħtieġ li l-perjodu ta' xahrejn imsemmi fl-istess Artikolu jiġi espress f'jiem.

(12)

L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 jistipula t-tagħrif li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni. Jixraq li jiġu speċifikati r-regoli għal dan l-innotifikar fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

(13)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jipprovdi għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-majjal kif imsemmija fl-Artikolu 31(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Il-lista tal-kategoriji tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti korrispondenti jingħataw fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Regoli applikabbli

Għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 826/2008, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

It-tressiq tal-applikazzjonijiet

1.   Mid-data 01.02.2011 'il quddiem, jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat, għall-kategoriji tal-prodotti tal-majjal eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom ikopru perjodu ta’ ħżin ta’ 90, 120 jew 150 jum.

3.   Kull applikazzjoni għandha tirreferi għal kategorija waħda biss tal-prodotti, minn dawk elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, b'indikazzjoni tal-kodiċi NM korrispondenti.

4.   Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għandha tiġi deċiża skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

5.   Kull applikazzjoni għandha tkopri kwantità minima ta’ 10 tunnellati għall-prodotti diżussati, u ta’ 15-il tunnellata għal prodotti oħra.

Artikolu 4

Garanziji

L-ammont tal-garanzija li għandha tingħata skont l-Artikolu 16(2)(i) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jkun 20 % tal-ammonti tal-għajnuna ffissati fil-kolonni 3 sa 5 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

It-tneħħija mill-ħżin ta’ prodott maħsub għall-esportazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, għandu jkun meħtieġ perjodu minimu ta’ ħżin ta’ 60 jum.

2.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, l-ammonti ta’ kuljum jingħataw fil-kolonna 6 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, kull nhar ta’ Tnejn u ta’ Ħamis sa 12:00 (ħin ta’ Brussell), il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom tressqu applikazzjonijiet għall-iffirmar ta’ kuntratti.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3.


ANNESS

Kategoriji tal-prodotti

Prodotti li għalihom tingħata l-għajnuna

Ammont tal-għajnuna għal perjodu ta' ħżin ta'

(EUR/tunnellata)

Ammonti ta’ kuljum

(EUR/tunnellata/jum)

90 jum

120 jum

150 jum

1

2

3

4

5

6

Kategorija 1

ex 0203 11 10

Nofs karkassi, mingħajr is-sieq ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar (1)

376

398

420

0,74

Kategorija 2

ex 0203 12 11

Il-prieżet

416

435

455

0,65

ex 0203 12 19

L-ispallejn

ex 0203 19 11

It-trufijiet ta' quddiem

ex 0203 19 13

Il-ġenbejn, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha (2)  (3)

Kategorija 3

ex 0203 19 55

Ir-riġlejn, l-ispallejn, it-truf ta' quddiem, il-ġenbejn, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, bil-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha, bil-għadam imneħħi (2)  (3).

459

479

499

0,67

Kategorija 4

ex 0203 19 15

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari

343

362

381

0,65

Kategorija 5

ex 0203 19 55

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji

369

389

408

0,66

Kategorija 6

ex 0203 19 55

Qatgħat li jikkorrispondu għan-“nofsijiet”, bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam jew mingħajrhom, diżussati (4)

373

395

416

0,73


(1)  L-għajnuna tista' tingħata wkoll għan-nofs karkassi ppreżentati bħala Wiltshire sides, jiġifieri mingħajr ir-ras, il-ħadd, ix-xedaq, is-saqajn, id-denb, il-grass tas-simna, il-kliewi, it-tenderloin, l-għadma tal-ispalla, l-isternu, is-sinsla, l-għadma pelvika u d-dijaframma.

(2)  Il-ġenbejn u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħha ma għandux jaqbeż fond ta' 25 mm.

(3)  Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull kombinazzjoni tal-prodotti msemmija.

(4)  L-istess preżentazzjoni bħall-prodotti koperti bil-kodiċi NM 0210 19 20.


Top