Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0804

    2010/804/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda

    ĠU L 342, 28.12.2010, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/804/oj

    28.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/16


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta’ Diċembru 2010

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda

    (2010/804/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2),

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

    (2)

    Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa’ livell massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista’ jkun immobilizzat.

    (4)

    Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat minn valangi u għargħar fil-gżira ta’ Madeira.

    (5)

    Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mmobilizzat, rigward diżastru kkaġunat mill-maltempata “Xynthia”,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 66 891 540 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    O. CHASTEL


    (1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


    Top