Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0108

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 108/2010 tal- 1 ta' Ottubru 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 332, 16.12.2010, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/108(2)/oj

    16.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/58


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 108/2010

    tal-1 ta' Ottubru 2010

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2010 tat-2 ta' Lulju 2010 (1)

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2010 tat-30 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

    “—

    32010 R 0273: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 273/2010 tat-30 ta' Marzu 2010 (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 25).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 273/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-2 ta' Ottubru 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 277, 21.10.2010, p. 43.

    (2)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 25.

    (*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top