This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0622
2010/622/EU: Council Decision of 7 October 2010 on the signing, on behalf of the European Union, of the Agreement between the European Union and the Federative Republic of Brazil on short-stay visa waiver for holders of ordinary passports
2010/622/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji
2010/622/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji
ĠU L 275, 20.10.2010, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/622/oj
20.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Ottubru 2010
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji
(2010/622/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Sabiex jarmonizzaw il-politika dwar il-viża tagħhom mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (1), xi Stati Membri taw eżenzjoni mill-viża liċ-ċittadini tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil (“il-Brażil”) qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni, minħabba li l-Brażil jidher fuq il-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża. |
(2) |
Minħabba raġunijiet kostituzzjonali, il-Brażil ma jistax jagħti eżenzjoni mill-viża lill-Istati Membri b’mod unilaterali; jeħtieġ li jiġi konkluż ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża li għandu jkun ratifikat mill-Parlament Brażiljan. |
(3) |
Il-Brażil għandu ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża mal-maġġoranza tal-Istati Membri, konklużi jew qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni jew qabel l-istabbiliment tal-politika komuni dwar il-viża. Madanakollu, għad hemm erba’ Stati Membri li magħhom, fil-passat, ma ġie konkluża l-ebda ftehim bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża, u għalhekk il-Brażil għadu jeħtieġ viża miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri għal soġġorni qosra. |
(4) |
Min-natura tal-politika komuni dwar il-viża u l-kompetenza esterna esklussiva tal-Unjoni f’dan il-qasam joħroġ li l-Unjoni biss tista’ tinnegozja u tikkonkludi ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża, u mhux l-Istati Membri individwali. |
(5) |
Fid-dawl tat-trattament mhux reċiproku tal-Brażil lejn ċerti Stati Membri, il-Kunsill, bid-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2008, awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim bejn l-Unjoni u l-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir sabiex tkun żgurata eżenzjoni mill-viża kompletament reċiproka. |
(6) |
In-negozjati dwar il-ftehim infetħu fit-2 ta’ Lulju 2008 u ġew konklużi fl-1 ta’ Ottubru 2009. |
(7) |
Soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji inizjalat fi Brussell fit-28 ta’ April 2010, għandu jiġi ffirmat. |
(8) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi wħud mid-disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (2); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex tieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3); għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu; |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti ordinarji (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat mill-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. (4)
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina il-persuna/i bis-setgħa biex tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
M. WATHELET
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.