Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 32010D0623

    2010/623/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

    ĠU L 275, 20.10.2010, s. 9 – 9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Právny stav dokumentu Účinné

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/623/oj

    20.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 275/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Ottubru 2010

    li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

    (2010/623/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2010/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Awwissu 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia (1),

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti li jkunu ġew rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banca d’Italia ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2009. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2010.

    (3)

    Il-Banca d’Italia għażlet lil PricewaterhouseCoopers SpA bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2010 sa 2015.

    (4)

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers SpA għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji mill-2010 sal-2015.

    (5)

    Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “6.   PricewaterhouseCoopers SpA huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2010 sal-2015.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. VAN QUICKENBORNE


    (1)  ĠU C 233, 28.8.2010, p. 1.

    (2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


    Začiatok