This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0889
Commission Regulation (EU) No 889/2010 of 7 October 2010 fixing the minimum selling price for skimmed milk powder for the eighth individual invitation to tender within the tendering procedure opened by Regulation (EU) No 447/2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2010 tas- 7 ta’ Ottubru 2010 li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tmien stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 889/2010 tas- 7 ta’ Ottubru 2010 li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tmien stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010
ĠU L 265, 8.10.2010, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 265/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 889/2010
tas-7 ta’ Ottubru 2010
li jiffissa l-prezz minimu għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tmien stedina individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 447/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura tas-sejħiet għall-offerti, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3). |
(2) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. |
(3) |
Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għat-tmien stedina individwali għall-offerti, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ. |
(4) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-tmien stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (UE) Nru 447/2010, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-5 ta' Ottubru 2010, il-prezz minimu tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun EUR 211,60/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta' Ottubru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 126, 22.5.2010, p. 19.
(3) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.