Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0740

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 740/2010 tas- 16 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 735/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis- 16 ta’ Awwissu 2010

    ĠU L 216, 17.8.2010, p. 16–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/740/oj

    17.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 216/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 740/2010

    tas-16 ta’ Awwissu 2010

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 735/2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Awwissu 2010

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Awwissu 2010 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 735/2010 (3).

    (2)

    Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji tal-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji tal-importazzjoni ffissati bir-Regolament (UE) Nru 735/2010.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 735/2010 għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II għar-Regolament (UE) Nru 735/2010 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika fis-17 ta’ Awwissu 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.

    (3)  ĠU L 214, 14.8.2010, p. 10.


    ANNESS I

    Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-17 ta’ Awwissu 2010

    Kodiċi NK

    Isem tal-merkanziji

    Dazju tal-importazzjoni (1)

    (EUR/t)

    1001 10 00

    QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

    0,00

    ta' kwalità medja

    0,00

    ta' kwalità baxxa

    0,00

    1001 90 91

    QAMĦ għaż-żrigħ

    0,00

    ex 1001 90 99

    QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

    0,00

    1002 00 00

    SEGALA

    11,51

    1005 10 90

    QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

    0,00

    1005 90 00

    QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

    0,00

    1007 00 90

    SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

    11,51


    (1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

    EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

    EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

    (2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


    ANNESS II

    Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

    13.8.2010

    (1)

    Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

    (EUR/t)

     

    Qamħ (1)

    Qamħirrum

    Qamħ iebes kwalità għolja

    Qamħ iebes, kwalità medja (2)

    Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

    Xgħir

    Borża

    Minnéapolis

    Chicago

    Kwotazzjoni

    215,07

    126,65

    Prezz FOB USA

    151,30

    141,30

    121,30

    93,76

    Tariffa fuq il-Golf

    16,69

    Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

    11,84

    (2)

    Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

    Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

    22,46  EUR/t

    Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

    51,76  EUR/t


    (1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

    (2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

    (3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


    Top