EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2010_207_R_0030_01

Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mlaqqgħin fil-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha

ĠU L 207, 6.8.2010, p. 30–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA, MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra

(2010/417/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru mal-Kanada (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim”) f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati.

(2)

Il-Ftehim ġie inizjalat fit-30 ta’ Novermbru 2008.

(3)

Il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jkun iffirmat u applikat proviżorjament mill-Komunità u l-Istati Membri f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard.

(4)

Jeħtieġ li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali adatti għall-parteċipazzjoni tal-Komunità u l-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont l-Artikolu 17 tal-Ftehim u fil-proċeduri għas-soluzzjoni ta’ tilwim previsti fl-Artikolu 21 tal-Ftehim, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw is-sigurtà u s-sikurezza,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Firma

1.   L-iffirmar tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, soġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-konklużjoni tal-Ftehim.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 2

Applikazzjoni proviżorja

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data tal-aħħar nota li biha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri domestiċi rilevanti biex jiġi applikat proviżorjament il-Ftehim.

Artikolu 3

Kumitat Konġunt

1.   Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom ikunu rrapreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 17 tal-Ftehim minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

2.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha fil-Kumitat Konġunt fir-rigward ta' materji ta’ kompetenza esklużiva tal-Komunità li ma jeħtiġux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li jkollha effett legali għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni u għandha tkun notifikata minn qabel lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

3.   Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt fir-rigward ta' materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandha tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, sakemm il-proċeduri ta' votazzjoni applikabbli, stabbiliti fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma jipprevedux mod ieħor.

4.   Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt rigward kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Istati Membri, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha għandha tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri sakemm Stat Membru ma jkunx informa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni ta' dik il-pożizzjoni li huwa jista' jagħti biss il-kunsens tiegħu biex id-deċiżjoni tittieħed mill-Kumitat Konġunt bil-qbil tal-korpi leġislattivi tiegħu, notevolment minħabba riżerva ta' skrutinju parlamentari.

5.   Il-pożizzjoni tal-Komunità u tal-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt għandha tkun ippreżentata mill-Kummissjoni, ħlief fl-oqsma li jaqgħu esklużivament fil-kompetenza tal-Istati Membri, f’liema każ għandha tiġi ppreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill jew, jekk jiddeċiedi hekk il-Kunsill, mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità u l-Istati Membri fil-proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 21 tal-Ftehim.

2.   Deċiżjoni li tkun sospiża jew imdaħħla mill-ġdid l-applikazzjoni ta’ benefiċċji skont l-Artikolu 21(7) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kunsill abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

3.   Kwalunkwe azzjoni adatta oħra li għandha tittieħed skont l-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità għandha tkunu deċiża mill-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ Kumitat Speċjali ta' rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill.

Artikolu 5

Informazzjoni lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw fil-pront lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe deċiżjoni li tiġi rrifjutata, irrevokata, sospiża jew limitata l-awtorizzazzjoni ta’ linja tal-ajru tal-Kanada li huma jkollhom l-intenzjoni li jadottaw skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw fil-pront lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe talba jew notifika magħmula jew riċevuta minnhom skont l-Artikolu 6 (Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili) tal-Ftehim.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw fil-pront lill-Kummissjoni fir-rigward ta' kwalunkwe talba jew notifika magħmula jew riċevuta minnhom skont l-Artikolu 7 (Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

B. ASK


FTEHIM

dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha

WERREJ

Artikolu

Titolu

1

Intestaturi u Definizzjonijiet

2

Għoti ta’ Drittijiet

3

Nomina, Awtorizzazzjoni u Revoka

4

Investiment

5

Applikazzjoni tal-Liġijiet

6

Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili

7

Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili

8

Dazji doganali, Taxxi u Tariffi

9

Statistika

10

Interessi tal-Konsumatur

11

Disponibbiltà ta’ Ajruporti u Faċilitajiet u Servizzi tal-Avjazzjoni

12

Tariffi għall-Ajruporti u Faċilitajiet u Servizzi tal-Avjazzjoni

13

Qafas Kummerċjali

14

Ambjent Kompetittiv

15

Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

16

Kontinwazzjoni ta’ Nomini u Awtorizzazzjonijiet

17

Kumitat Konġunt

18

Ambjent

19

Kwistjonijiet ta' Xogħol

20

Kooperazzjoni Internazzjonali

21

Soluzzjoni ta’ Tilwim

22

Emendi

23

Dħul fis-Seħħ u Applikazzjoni Proviżorja

24

Terminazzjoni

25

Reġistrazzjoni tal-Ftehim

26

Relazzjoni ma’ Ftehim Oħrajn

FTEHIM DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

IL-KANADA

minn naħa waħda;

u

R-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

bħala partijiet għat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewopea u bħala Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-“Istati Membri”),

u L-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa l-oħra;

Il-Kanada u l-Istati Membri bħala partijiet għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, miftuħa għall-iffirmar f’Chicago, fis-7 jum ta’ Diċembru, 1944, flimkien mal-Komunità Ewropea;

BILLI JIXTIEQU jippromwovu sistema ta’ avjazzjoni bbażata fuq il-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru fis-suq bl-inqas indħil u regolamentazzjoni mill-gvernijiet;

BILLI JIXTIEQU jippromwovu l-interessi tagħhom fl-ambitu tat-trasport bl-ajru;

BILLI JIRRIKONOXXU l-importanza ta’ trasport bl-ajru effiċjenti fil-promozzjoni tal-kummerċ, it-turiżmu u l-investiment;

BILLI JIXTIEQU jtejbu s-servizzi tal-ajru;

BILLI JIXTIEQU jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza u sigurtà fit-trasport bl-ajru;

BILLI HUMA DDETERMINATI li jiksbu l-benefiċċji potenzjali ta’ kooperazzjoni regolatorja u, sa kemm huwa prattikabbli, l-armonizzazzjoni tar-regolamenti u l-approċċi;

BILLI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji potenzjali importanti li jistgħu jfeġġu minn servizzi tal-ajru kompetittivi u industriji tas-servizzi tal-ajru vijabbli;

BILLI JIXTIEQU jkattru ambjent ta’ servizzi tal-ajru kompetittiv, billi jirrikonoxxu li fejn m’hemmx kondizzjonijiet kompetittivi ġusti għal-linji tal-ajru, il-benefiċċji potenzjali jistgħu ma jinkisbux;

BILLI JIXTIEQU jagħmluha possibbli għal-linji tal-ajru tagħhom li jkollhom opportunità ġusta u ekwa biex jipprovdu servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim;

BILLI JIXTIEQU jiksbu l-akbar benefiċċji possibbli għall-passiġġieri, it-trasportaturi, il-linji tal-ajru u l-ajruporti u l-impjegati tagħhom, u oħrajn li jibbenefikaw indirettament;

FILWAQT LI JSOSTNU l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika dwar l-avjazzjoni internazzjonali;

FILWAQT LI JINNOTAW l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi u l-inkoraġġiment ta' livell adattat ta’ protezzjoni tal-konsumaturi assoċjati mas-servizzi tal-ajru;

FILWAQT LI JINNOTAW l-importanza tal-kapital għall-industrija tal-linji tal-ajru għal aktar żvilupp tas-servizzi tal-ajru;

BILLI JIXTIEQU jikkonkludu ftehim dwar it-trasport bl-ajru, li jkun supplimentari għall-Konvenzjoni msemmija;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Intestaturi u Definizzjonijiet

1.   L-intestaturi użati f’dan il-Ftehim huma għall-finijiet ta’ referenza biss.

2.   Għall-fini ta’ dan il-Ftehim, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor:

(a)

“Awtoritajiet aeronawtiċi” tfisser kwalunkwe awtorità jew persuna mogħtija s-setgħa mill-Partijiet biex twettaq il-funzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim;

(b)

“Servizzi tal-ajru” tfisser is-servizzi tal-ajru skedati fuq ir-rotot speċifikati f’dan il-Ftehim għat-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija, inkluża l-posta, b'mod separat jew ikkombinat;

(c)

"Ftehim" tfisser dan il-Ftehim, kwalunkwe Anness għalih, u kwalunkwe emenda magħmula għall-Ftehim jew għal kwalunkwe Anness;

(d)

“Linja tal-ajru” tfisser linja tal-ajru li kienet innominata u awtorizzata skont l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim;

(e)

“Parti” tfisser jew il-Kanada jew l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea, meħuda flimkien jew individwalment;

(f)

“Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali miftuħa għall-iffirmar f’Chicago fis-seba’ jum ta’ Diċembru 1944 u tinkludi kwalunkwe Anness adottat skont l-Artikolu 90 ta’ dik il-Konvenzjoni u kwalunkwe emenda għall-Annessi jew għall-Konvenzjoni skont l-Artikoli 90 u 94 tagħha safejn dawk l-Annessi u l-emendi kienu adottati mill-Kanada u mill-Istati Membri; u

(g)

“Territorju” tfisser il-Kanada, l-artijiet tagħha (it-territorju ewlieni u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali kif iddeterminat mil-liġi domestika tagħha, u tinkludi l-ispazju tal-ajru fuq dawn iż-żoni; u għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, l-artijiet (it-territorju ewlieni u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali li fihom huwa applikat it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat u kwalunkwe strument suċċessur, u tinkludi l-ispazju tal-ajru fuq dawn iż-żoni; l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għall-ajruport ta’ Ġibiltà tinftiehem li hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijet ġuridiċi rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tat-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju fejn jinstab l-ajruport, u għas-sospensjoni li għadha fis-seħħ tal-Ajruport ta’ Ġibiltà minn miżuri dwar l-avjazzjoni tal-Komunità Ewropea eżistenti fit-18 ta’ Settembru 2006 bejn l-Istati Membri, skont id-dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta’ Ġibiltà miftiehma f’Cordoba fit-18 ta’ Settembru 2006.

Artikolu 2

Għoti ta’ Drittijiet

1.   Kull Parti tagħti lill-Parti l-oħra d-drittijiet li ġejjin għat-twettiq ta’ trasport bl-ajru mil-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra:

(a)

id-dritt li jtiru tul it-territorju tagħha mingħajr inżul;

(b)

id-dritt li jagħmlu waqfiet fit-territorju tagħha għal finijiet mhux ta’ traffiku;

(c)

sa fejn huwa permess f’dan il-Ftehim, id-dritt li jagħmlu waqfiet fit-territorju tagħha fuq rotot speċifikati f’dan il-Ftehim għall-fini ta’ ġbir u ħatt ta’ traffiku ta’ passiġġieri u merkanzija, inkluża l-posta, b'mod separat jew ikkombinat; u

(d)

id-drittijiet li huma speċifikati b’mod ieħor f’dan il-Ftehim.

2.   Kull Parti tagħti wkoll id-drittijiet speċifikati fil-paragrafi 1 (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu lill-Parti l-oħra għall-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra li ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 3 (Nomina, Awtorizzazzjoni u Revoka) ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Nomina, Awtorizzazzjoni u Revoka

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li skont dan il-Ftehim nomina tikkostitwixxi l-liċenzji jew forom oħra ta’ awtorizzazzjoni maħruġin mill-Parti l-oħra għat-twettiq ta’ servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim. Fuq talba mill-awtoritajiet aeronawtiċi ta’ Parti waħda, l-awtoritajiet aeronawtiċi tal-Parti l-oħra li ħarġet il-liċenzja jew forma oħra ta’ awtorizzazzjoni għandha tivverifika l-istatus ta’ tali liċenzji jew awtorizzazzjonijiet.

2.   Mal-wasla tal-applikazzjonijiet minn linja tal-ajru nnominata ta’ Parti waħda, fil-forma u l-mod preskritti, il-Parti l-oħra għandha, b’mod konsistenti mal-liġijiet u r-regolamenti tagħha, bl-inqas dewmien proċedurali tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mitluba lil dik il-linja tal-ajru biex topera s-servizzi tal-ajru, bil-kondizzjoni li:

(a)

tali linja tal-ajru tikkwalifika skont il-liġijiet u r-regolamenti normalment applikati mill-awtoritajiet aeronawtiċi tal-Parti li tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi;

(b)

tali linja tal-ajru tkun konformi mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti li tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi;

(c)

soġġett għall-Anness 2, fil-każ ta’ linja tal-ajru tal-Kanada, il-kontroll effettiv ta’ dik il-linja tal-ajru jinsab għand ċittadini ta’ xi waħda mill-Partijiet, il-linja tal-ajru għandha liċenzja bħala linja tal-ajru Kanadiża, u l-linja tal-ajru għandha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fil-Kanada; fil-każ ta’ linja tal-ajru ta' Stat Membru, il-kontroll effettiv ta’ dik il-linja tal-ajru jkun f’idejn iċ-ċittadini ta’ waħda mill-Partijiet, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvizzera, u l-linja tal-ajru hija lliċenzjata bħala linja tal-ajru Komunitarja, u l-linja tal-ajru għandha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru; u

(d)

il-linja tal-ajru b’mod ieħor topera b’mod konsistenti mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim.

3.   Parti tista’ żżomm l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u tirrevoka, tissospendi, timponi kondizzjonijiet jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew permessi operattivi jew b’mod ieħor tissospendi jew tillimita l-operazzjonijiet ta’ linja tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Parti l-oħra fil-każ ta’ nuqqas min-naħa ta’ dik il-linja tal-ajru li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Paragrafu 2 jew meta jkun ġie ddeterminat minn Parti li l-kondizzjonijiet fit-territorju tal-Parti l-oħra mhumiex konsistenti ma’ ambjent ġust u kompetittiv u qed jikkawżaw żvantaġġ jew ħsara sinifikanti lil-linja tal-ajru jew lil-linji tal-ajru tagħha, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 14 (Ambjent Kompetittiv).

4.   Id-drittijiet elenkati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu eżerċitati biss wara konsultazzjonijiet mal-Kumitat Konġunt sakemm azzjoni immedjata ma tkunx meħtieġa biex ikun evitat ksur tal-liġijiet u r-regolamenti msemmijin fil-paragrafu 2 jew sakemm is-sikurezza u s-sigurtà ma jkunux jirrikjedu azzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 (Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili) u l-Artikolu 7 (Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili).

Artikolu 4

Investiment

Kull Parti għandha tippermetti sjieda sħiħa tal-linji tal-ajru tagħha minn ċittadini tal-Kanada jew ta’ Stat Membru jew Stati Membri soġġetta għall-kondizzjonijiet fl-Anness 2 għal dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Applikazzjoni tal-Liġijiet

Kull Parti għandha tirrikjedi konformità ma’:

(a)

il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tagħha relatati ma’ inġenji tal-ajru involuti fin-navigazzjoni internazzjonali tal-ajru, li jidħlu, jibqgħu, jew jitilqu mit-territorju tagħha, jew mal-operat u n-navigazzjoni ta’ tali inġenji tal-ajru, użati mil-linji tal-ajru mad-dħul ġewwa, mat-tluq minn jew waqt li jkunu fit-territorju msemmi; u

(b)

il-liġijiet u r-regolamenti tagħha li jirrelataw ma’ passiġġieri, membri tal-ekwipaġġ u merkanzija inkluża l-posta, li jidħlu, jibqgħu, jew jitilqu mit-territorju tagħha, (bħal ma huma regolamenti li jirrelataw mad-dħul, ir-rilaxx, it-transitu, is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, l-immigrazzjoni, il-passaporti, id-dwana u l-kwarantina) minn linji tal-ajru u minn jew f’isem tali passiġġieri, membri tal-ekwipaġġ u merkanzija inkluża l-posta, fil-passaġġ, id-dħul ġewwa, il-ħruġ minn u waqt li jkunu fit-territorju msemmi. Fl-applikazzjoni ta’ tali liġijiet u regolamenti, kull Parti għandha, f’ċirkustanzi simili, tagħti lil-linji tal-ajru trattament xejn inqas favorevoli minn dak mogħti lil tagħha stess jew lil kwalunkwe linja tal-ajru oħra involuta f’servizzi tal-ajru internazzjonali simili.

Artikolu 6

Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili

1.   Il-Partijiet itennu mill-ġdid l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib fil-qasam tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili. F’dak il-kuntest, il-Partijiet għandhom jimpenjaw ruħhom f’aktar kooperazzjoni inkluża dik relatata mal-operazzjonijiet tal-ajru, notevolment bil-għan tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni li jista’ jkollha impatt fuq is-sikurezza tan-navigazzjoni internazzjonali bl-ajru, il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ sorveljanza ta' xulxin jew it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza konġunti fil-qasam tas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-iżvilupp ta’ proġetti u inizjattivi konġunti, inkluż ma’ pajjizi terzi. Din il-kooperazzjoni għandha tkun żviluppata fil-qafas tal-Ftehim dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea, magħmul fi Praga fis-6 ta’ Mejju 2009, fir-rigward ta’ materji koperti minn dak il-Ftehim.

2.   Ċertifikati ta' sikurezza għat-titjir, ċertifikati ta’ kompetenza u liċenzji, maħruġin jew ivvalidati minn Parti waħda, permezz tal-awtoritajiet aeronawtiċi tagħha, f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Ftehim dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea , għandhom ikunu rikonoxxuti bħala validi mill-Parti l-oħra u l-awtoritajiet aeronawtiċi tagħha għall-fini tal-operat tas-servizzi tal-ajru, sakemm tali ċertifikati jew liċenzji jkunu nħarġu jew ġew ivvalidati skont, u f’konformità ma’, mill-inqas, l-istandards stabbiliti skont il-Konvenzjoni.

3.   Jekk il-privileġġi jew il-kondizzjonijiet tal-liċenzji jew iċ-ċertifikati msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ hawn fuq, maħruġin mill-awtoritajiet aeronawtiċi ta’ Parti waħda lil kwalunkwe persuna jew linja tal-ajru jew fir-rigward ta’ inġenju tal-ajru użat fl-operat tas-servizzi tal-ajru, jippermettu differenza li hija aktar baxxa mill-istandards minimi stabbiliti skont il-Konvenzjoni, u din id-differenza tkun ġiet irreġistrata mal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, jew jekk dawk l-awtoritajiet japplikaw standard jew standards li huma ogħla minn, jew differenti minn, standards stabbiliti skont il-Konvenzjoni, il-Parti l-oħra tista’ titlob konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet fil-qafas tal-Kumitat Konġunt bil-ħsieb li tiġi ċċarata l-prattika inkwistjoni. Sakemm jasal il-waqt li l-konsultazzjonijiet jistgħu jwasslu għal kunsens u, fl-ispirtu ta’ sistema ta’ aċċettazzjoni reċiproka taċ-ċertifikati u l-liċenzji ta’ xulxin, il-Partijiet għandhom ikomplu jirrikonoxxu ċ-ċertifikati u l-liċenzji vvalidati mill-awtoritajiet aeronawtiċi tal-Parti l-oħra. Meta l-Ftehim dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u magħmul fi Praga fis-6 ta’ Mejju 2009, ikollu dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċettazzjoni reċiproka ta' ċertifikati u liċenzji, kull parti għandha tapplika dawk id-dispożizzjonijiet.

4.   B’mod konsistenti mal-liġijiet applikabbli u fil-qafas tal-Ftehim dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u magħmul fi Praga fis-6 ta’ Mejju 2009, fir-rigward ta' materji koperti minn dak il-Ftehim il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li tinkiseb aċċettazzjoni reċiproka ta' ċertifikati u liċenzji.

5.   Parti waħda jew l-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha jistgħu jitolbu, fi kwalunkwe żmien, konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra jew mal-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha rigward l-istandards u r-rekwiżiti tas-sikurezza miżmuma u amministrati minn dawk l-awtoritajiet aeronawtiċi. Jekk, wara dawn il-konsultazzjonijiet, il-Parti jew l-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha, li jagħmlu t-talba, jsibu li l-Parti l-oħra jew l-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha ma jżommux u ma jamministrawx standards u rekwiżiti tas-sikurezza b’mod effettiv f’dawn l-oqsma, li, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, huma mill-inqas daqs l-istandards minimi stabbiliti skont il-Konvenzjoni, il-Parti l-oħra jew l-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha għandhom ikunu notifikati b'riżultati bħal dawn u bil-passi li jkunu meqjusa meħtieġa għall-konformità ma’ dawn l-istandards minimi. Jekk il-Parti l-oħra jew l-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha jonqsu milli jwettqu azzjoni korrettiva xierqa fi żmien ħmistax-il (15) jum, jew xi perijodu ieħor li jista' jkun deċiż, dan għandu jikkostitwixxi bażi għall-Parti jew l-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha, li jagħmlu t-talba biex jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjoni operattiva jew il-permessi tekniċi jew biex jissospendu jew jillimitaw b’mod ieħor l-operazzjonijiet ta’ linja tal-ajru, li s-sorveljanza tas-sikurezza fir-rigward tagħha hija r-responsabbiltà tal-Parti l-oħra jew tal-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha.

6.   Kull parti taċċetta li kwalunkwe inġenju tal-ajru operat minn, jew f’isem, linja tal-ajru ta’ Parti, jista’, waqt li jkun fit-territorju tal-Parti l-oħra, ikun is-suġġett ta’ spezzjoni fuq l-art mill-awtoritajiet aeronawtiċi tal-Parti l-oħra, biex tkun ivverifikata l-validità tad-dokumenti rilevanti tal-inġenju tal-ajru, u dawk tal-membri tal-ekwipaġġ tiegħu u l-kondizzjoni minn barra tal-inġenju tal-ajru u t-tagħmir tiegħu, sakemm tali kontroll ma jikkawżax dewmien mhux raġonevoli fl-operat tal-inġenju tal-ajru.

7.   Jekk l-awtoritajiet aeronawtiċi ta’ Parti, wara li jwettqu l-ispezzjoni tar-rampa, isibu li inġenju tal-ajru jew l-operat ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx konformi mal-istandards minimi stabbiliti f’dak iż-żmien skont il-Konvenzjoni jew ikun hemm nuqqas ta’ manutenzjoni u amministrazzjoni effettiva tal-istandards tas-sikurezza stabbiliti f’dak iż-żmien skont il-Konvenzjoni, l-awtoritajiet aeronawtiċi ta’ dik il-Parti għandhom jinnotifikaw lill-aworitajiet aeronawtiċi tal-Parti l-oħra li jkunu responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza tal-linja tal-ajru li topera l-inġenju tal-ajru dwar tali riżultati u l-passi meqjusa meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ dawn l-istandards minimi. Nuqqas ta’ azzjoni korrettiva adattata fi żmien ħmistax-il (15) jum għandu jikkostitwixxi raġuni għar-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet operattivi jew tal-permessi tekniċi jew biex b’xi mod ieħor ikun hemm sospensjoni jew limitazzjoni tal-operat tal-linja tal-ajru li topera l-inġenju tal-ajru. L-istess determinazzjoni tista’ ssir fil-każ ta’ ċaħda ta’ aċċess għall-ispezzjoni fuq l-art.

8.   Kull Parti, permezz tal-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha, għandu jkollha d-dritt li taġixxi immedjatament, inkluż id-dritt li tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet operattivi jew il-permessi tekniċi jew b’xi mod ieħor tissospendi jew tillimita l-operat ta’ linja tal-ajru tal-Parti l-oħra, jekk jikkonkludu li dan huwa meħtieġ minħabba theddida immedjata għas-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili. Fejn ikun prattiku, il-Parti li tieħu tali miżuri għandha tfittex li tikkonsulta lill-Parti l-oħra minn qabel.

9.   Kwalunkwe azzjoni minn Parti jew mill-awtoritajiet aeronawtiċi responsabbli tagħha f’konformità mal-Paragrafi 5, 7 jew 8 ta’ dan l-Artikolu għandha tintemm ladarba l-bażi għat-teħid ta’ dik l-azzjoni ma tibqax teżisti.

Artikolu 7

Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili

1.   B'konsistenza mad-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid li, l-obbligu tagħhom lejn xulxin sabiex jipproteġu s-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ ndħil illegali, jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim.

2.   Mingħajr ma jillimitaw il-ġeneralità tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, il-Partijiet għandhom b’mod partikolari jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar ir-Reati u Ċerti Atti Oħra Mwettqa Abbord Inġenji tal-Ajru, magħmula f’Tokyo fl-14 ta’ Settembru 1963, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Ħtif Illegali ta’ Inġenji tal-Ajru, magħmula fl-Aja fis-16 ta’ Diċembru 1970, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Atti Illegali kontra s-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili, magħmula f’Montreal fit-23 ta’ Settembru 1971, il-Protokoll għat-Trażżin ta’ Atti Illegali ta’ Vjolenza f’Ajruporti li Jservu l-Avjazzjoni Internazzjonali, magħmul f’Montreal fl-24 ta’ Frar 1988, u l-Konvenzjoni dwar l-Immarkar ta’ Splussivi tal-Plastik għall-Fini ta’ Skoperta, magħmula f’Montreal, fl-1 ta’ Marzu 1991, u kwalunkwe ftehim multilaterali ieħor li jirregola s-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili vinkolanti fuq il-Partijiet.

3.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu, fuq talba, kull għajnuna meħtieġa lil xulxin għall-prevenzjoni ta’ atti ta’ ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru ċivili u atti oħra ta’ ndħil illegali kontra s-sikurezza ta’ tali inġenji tal-ajru, il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġi tagħhom, l-ajruporti u l-faċilitajiet ta’ navigazzjoni tal-ajru, u kwalunkwe theddida oħra għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

4.   Il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u indikati bħala Annessi għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sakemm tali dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà huma applikabbli għall-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jeżiġu li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru tar-reġistru tagħhom, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru li għandhom il-post prinċipali tan-negozju jew ir-residenza permanenti tagħhom fit-territorju tagħhom, u l-operaturi tal-ajruporti fit-territorju tagħhom jaġixxu f’konformità ma’ tali dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili. Għaldaqstant, kull Parti, meta ssirilha talba, għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra notifika rigward kwalunkwe differenza bejn ir-regolamenti u l-prattiċi tagħha u l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili tal-Annessi msemmija f’dan il-paragrafu, meta dawn id-differenzi jaqbżu jew jikkumplimentaw tali standards u jkollhom relevanza għall-operaturi tal-Parti l-oħra. Kull Parti tista’ fi kwalunkwe żmien titlob konsultazzjonijiet, li jridu jsiru mingħajr dewmien mhux raġonevoli, mal-Parti l-oħra, biex ikunu diskussi tali differenzi.

5.   B’konsiderazzjoni sħiħa u rispett reċiproku għas-sovranità tal-istati, kull Parti taqbel li l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru msemmijin fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu meħtieġa li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili msemmijin f'dak il-paragrafu meħtieġa mill-Parti l-oħra għad-dħul ġewwa, tluq minn, jew waqt li jkunu fit-territorju ta’ dik il-Parti l-oħra. Kull Parti għandha tiżgura li miżuri adattati jkunu applikati b’mod effettiv fit-territorju tagħha biex tipproteġi l-inġenji tal-ajru u biex teżerċita kontrolli tas-sigurtà fuq il-passiġġieri, il-membri tal-ekwipaġġ, il-bagalji, l-oġġetti li jġorru magħhom, il-merkanzija, il-posta u l-provvisti tal-inġenji tal-ajru qabel jitilgħu abbord jew jitgħabbew.

6.   Il-Partijiet jaqblu li jaħdmu għall-kisba ta’ rikonoxximent reċiproku tal-istandards tas-sigurtà ta’ xulxin u li jikkooperaw mill-qrib rigward il-miżuri tal-kontroll tal-kwalità fuq bażi reċiproka. Il-Partijiet jaqblu wkoll, fejn adattat, u abbażi ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Partijiet separatament, li joħolqu l-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ sigurtà permezz ta' waqfa waħda għat-titjiriet bejn it-territorji tal-Partijiet, jiġifieri l-eżenzjoni tal-passiġġieri fi transitu, il-bagalji fi transitu, u/jew il-merkanzija fi transitu minn kontroll mill-ġdid. Għal dan il-għan, huma għandhom jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi li jippermettu konsultazzjonijiet rigward il-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili eżistenti jew ippjanati u għall-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar miżuri ta’ kontroll tal-kwalità implimentati mill-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar miżuri tas-sigurtà ppjanati li huma ta’ rilevanza għall-operaturi bbażati fit-territorju tal-Parti l-oħra rigward tali arranġamenti amministrattivi.

7.   Kull Parti għandha, safejn ikun prattiku, tilqa’ kwalunkwe talba mill-Parti l-oħra għal miżuri tas-sigurtà speċjali raġonevoli minħabba xi theddida partikolari għal titjira speċifika jew sensiela ta’ titjiriet speċifika.

8.   Il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw rigward l-ispezzjonijiet tas-sigurtà mwettqa minnhom fit-territorju tagħhom permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżimi, inklużi arranġamenti amministrattivi, għall-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ tali spezzjonijiet tas-sigurtà. Il-Partijiet jaqblu li jikkunsidraw b’mod pożittiv talbiet biex jipparteċipaw, bħala osserrvaturi, fi spezzjonijiet tas-sigurtà mwettqa mill-Parti l-oħra.

9.   Meta jkun hemm inċident jew theddida ta’ inċident ta’ ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru ċivili jew atti oħra ta’ indħil illegali kontra s-sikurezza ta’ tali inġenji tal-ajru, il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ tagħhom, l-ajruporti jew il-faċilitajiet tan-navigazzjoni bl-ajru, il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin billi jħaffu l-komunikazzjonijiet u jwettqu miżuri oħra adatti maħsuba sabiex itemmu b’ħeffa u sikurezza tali inċident jew theddida ta’ inċident.

10.   Meta Parti jkollha raġunijiet raġonevoli sabiex temmen li l-Parti l-oħra tkun tbiegħdet mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, dik il-Parti, permezz tal-awtoritajiet responsabbli tagħha, tista' titlob konsultazzjonijiet. Tali konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien ħmistax-il (15) jum mid-data ta’ tali talba. Jekk ma jintlaħaqx qbil sodisfaċenti fi żmien ħmistax-il (15) jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet, dan għandu jikkostitwixxi l-bażi għall-Parti li talbet il-konsultazzjonijiet biex taġixxi għaż-żamma, ir-revoka, is-sospensjoni jew l-impożizzjoni ta’ kondizzjonijiet adattati fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tal-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra. Meta jkun ġustifikat minħabba emerġenza, jew għall-prevenzjoni ta’ aktar nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Parti li temmen li l-Parti l-oħra tkun tbiegħdet mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu tista’ twettaq azzjoni interim adattata fi kwalunkwe żmien.

11.   Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata sabiex tiġi protetta s-sigurtà fit-trasport, il-Partijiet jaffermaw li meta tqis il-miżuri tas-sigurtà, Parti għandha tevalwa l-effetti ekonomiċi u operattivi kuntrarji possibbli fuq l-operat tas-servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim u, safejn tkun tippermettilha l-liġi, għandha tqis tali fatturi meta tiddetermina x’miżuri huma meħtieġa u adattati sabiex ikunu indirizzati dawk il-problemi ta’ sigurtà.

Artikolu 8

Dazji Doganali, Taxxi u Tariffi

1.   Kull Parti għandha, safejn hu possibbli skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħha, u abbażi ta’ reċiproċità, teżenta lil-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra fir-rigward tal-inġenji tal-ajru operati fit-trasport bl-ajru internazzjonali, it-tagħmir regolari tagħhom, il-karburant, il-lubrikanti, il-provvisti tekniċi konsumabbli, it-tagħmir tal-art, il-partijiet tat-tiswija (inklużi l-magni), il-provvisti tal-inġenji tal-ajru (inklużi iżda mhux limitati għal oġġetti bħall-ikel, ix-xorb u x-xorb alkoħoliku, it-tabakk u prodotti oħra maħsuba għall-bejgħ lill-passiġġieri jew għall-użu tagħhom fi kwantitajiet limitati waqt it-titjira) tagħhom, u oġġetti oħra maħsuba jew użati biss f’rabta mal-operat jew il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru li jaħdmu fit-trasport internazzjonali bl-ajru mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjoni, it-taxxi fuq il-proprjetà u t-taxxi fuq il-kapital, id-dazji doganali, it-taxxi tas-sisa, u miżati u tariffi simili li huma imposti mill-Partijiet, u mhux ibbażati fuq l-ispiża tas-servizzi fornuti.

2.   Kull Parti għandha teżenta wkoll, sa fejn hu possibbli skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u abbażi ta’ reċiproċità, mit-taxxi, mis-sisa, mid-dazji, mill-miżati u mit-tariffi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ħlief għat-tariffi bbażati fuq l-ispiża tas-servizz fornut:

(a)

il-provvisti tal-inġenji tal-ajru mdaħħla jew fornuti fit-territorju ta’ Parti u imbarkati, f’limiti raġonevoli, għall-użu fuq l-inġenji tal-ajru li jkunu ser jitilqu ta’ linja tal-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali tal-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu ser jintużaw waqt parti mill-vjaġġ imwettaq fuq it-territorju msemmi;

(b)

it-tagħmir tal-art u l-partijiet tat-tiswija (inklużi l-magni) imdaħħla fit-territorju ta’ Parti għal service, għall-manutenzjoni, jew it-tiswija tal-inġenji tal-ajru ta’ linja tal-ajru tal-Parti l-oħra użati fit-trasport internazzjonali tal-ajru kif ukoll tagħmir tal-kompjuter u partijiet ta’ komponenti għall-ġestjoni tal-passiġġieri jew il-merkanzija, jew għall-kontrolli tas-sigurtà;

(c)

il-karburant, il-lubrikanti u l-provvisti tekniċi konsumabbli mdaħħla jew fornuti fit-territorju ta’ Parti biex jintużaw f’inġenji tal-ajru ta’ linja tal-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali tal-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu intenzjonati għall-użu waqt parti mill-vjaġġ imwettaq fuq it-territorju msemmi; u

(d)

materjal stampat, inklużi l-biljetti tal-ajru, il-qoxra tal-biljetti, il-biljett ta' kunsinna bl-ajru u materjal pubbliċitarju ieħor relatat imqassam mingħajr ħlas mil-linja tal-ajru.

3.   It-tagħmir li jinġarr abbord regolarment, kif ukoll il-materjal u l-provvisti normalment miżmuma abbord inġenju tal-ajru użat minn linja tal-ajru ta’ Parti, jista’ jinħatt fit-territorju tal-Parti l-oħra biss bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali ta’ dak it-territorju. F’tali każ, jista’ jkun meħtieġ li jitpoġġew taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet imsemmija sa meta jkunu esportati mill-ġdid jew imneħħija b’mod ieħor f’konformità mar-regolamenti doganali.

4.   L-eżenzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli wkoll meta l-linji tal-ajru ta’ Parti jkunu għamlu kuntratt ma’ linja tal-ajru oħra, li bħalhom tgawdi tali eżenzjonijiet mill-Parti l-oħra, għas-self jew it-trasferiment fit-territorju tal-Parti l-oħra tal-oġġetti speċifikati fil-Paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

5.   Id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet rispettivi fis-seħħ bejn Stat Membru u l-Kanada biex tkun evitata t-tassazzjoni doppja fuq id-dħul u fuq il-kapital mhumiex mibdula b’dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Statistika

1.   Kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra statistika li tkun meħtieġa mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, u, meta tintalab, informazzjoni statistika oħra disponibbli kif tkun meħtieġa b’mod raġonevoli għall-fini ta’ analiżi tal-operat tas-servizzi tal-ajru.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qafas tal-Kumitat Konġunt biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni statistika bejniethom għall-fini tas-sorveljanza tal-iżvilupp tas-servizzi tal-ajru.

Artikolu 10

Interessi tal-Konsumatur

1.   Kull Parti tirrikonoxxi l-importanza tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi u hija tista' tieħu jew tista’ tirrikjedi li l-linji tal-ajru jieħdu, fuq bażi mhux diskriminatorja, miżuri raġonevoli u proporzjonati dwar il-materji li ġejjin, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal:

(a)

rekwiżiti għall-protezzjoni ta' fondi mogħtija bil-quddiem lil-linji tal-ajru;

(b)

inizjattivi ta’ kumpens għal imbarkar miċħud;

(c)

rimborżi lill-passiġġieri;

(d)

żvelar pubbliku tal-identità ta’ trasportatur bl-ajru li attwalment ikun qiegħed jopera l-inġenju tal-ajru;

(e)

is-saħħa finanzjarja tal-linji tal-ajru tagħha stess;

(f)

assigurazzjoni rigward ir-responsabbiltà għall-korriment tal-passiġġieri; u

(g)

l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ aċċessibbiltà.

2.   Il-Partijiet jippruvaw jikkonsultaw lil xulxin, fil-qafas tal-Kumitat Konġunt, rigward kwistjonijiet ta’ interess għall-konsumaturi, inklużi l-miżuri ppjanati tagħhom, bil-ħsieb li safejn huwa possibbli jinkisbu approċċi kompatibbli.

Artikolu 11

Disponibbiltà ta’ Ajruporti u Faċilitajiet u Servizzi tal-Avjazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-ajruporti, ir-rotot, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, is-servizzi ta' ground handling, u faċilitajiet u servizzi oħra relatati li huma pprovduti fit-territorju tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-użu mil-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra fuq bażi mhux diskriminatorja fiż-żmien meta jsiru l-arranġamenti għall-użu.

2.   Safejn hu possibbli, il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jiżguraw aċċess effettiv għall-faċilitajiet u s-servizzi, soġġetti għal limitazzjonijiet legali, operattivi u fiżiċi u abbażi ta’ opportunitajiet ġusti u ekwi, u t-trasparenza fir-rigward tal-proċeduri għall-ksib tal-aċċess.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri, il-linji gwida u r-regolamenti tagħha għall-ġestjoni tal-ispazji applikabbli għall-ajruporti fit-territorju tagħha jkunu applikati b’mod trasparenti, effettiv u mhux diskriminatorju.

4.   Jekk Parti temmen li l-Parti l-oħra qed tikser dan l-Artikolu, hija tista’ tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar ir-riżultati tagħha u titlob konsultazzjoni skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 17 (Kumitat Konġunt).

Artikolu 12

Tariffi għall-Ajruporti u Faċilitajiet u Servizzi tal-Avjazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li t-tariffi għall-utenti li jistgħu jkunu imposti mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti tagħha li jitolbu ħlas mingħand il-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra għall-użu tas-servizzi tan-navigazzjoini bl-ajru u l-kontroll tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu ġusti, raġonevoli, relatati mal-ispejjeż u mhux diskriminatorji b’mod inġust. Fi kwalunkwe każ, tariffi tal-utenti bħal dawn għandhom ikunu evalwati fuq il-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra b’termini mhux inqas favorevoli mit-termini l-aktar favorevoli disponibbli għal kwalunkwe linja tal-ajru oħra.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li t-tariffi għall-utenti li jistgħu jkunu imposti mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti tagħha li jitolbu ħlas mingħand il-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra għall-użu tal-ajruporti, is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u faċilitajiet u servizzi relatati għandhom ikunu ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji b’mod inġust, u mqassma b’mod ekwu fost il-kategoriji tal-utenti. Dawn it-tariffi jistgħu jirriflettu, imma m'għandhomx jaqbżu, l-ispiża sħiħa għall-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu ħlas għall-forniment tal-faċilitajiet u s-servizzi adattati tas-sigurtà tal-ajruport u tal-avjazzjoni ċivili f’dak l-ajruport jew fis-sistema ta’ dak l-ajruport. Dawn it-tariffi jistgħu jinkludu dħul raġonevoli fuq l-assi, wara d-deprezzament. Il-faċilitajiet u s-servizzi li għalihom jintalab il-ħlas mingħand l-utenti għandhom ikunu pprovduti fuq bażi effiċjenti u ekonomika. Fi kwalunkwe każ, dawn it-tariffi għandhom ikunu evalwati fuq il-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra b’termini mhux inqas favorevoli mit-termini l-aktar favorevoli disponibbli għal kwalunkwe linja tal-ajru oħra fiż-żmien meta jkunu evalwati t-tariffi.

3.   Kull Parti għandha tinkoraġġixxi konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlas fit-territorju tagħha u l-linji tal-ajru jew il-korpi rappreżentattivi tagħhom li jużaw is-servizzi u l-faċilitajiet, u għandha tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlas u l-linji tal-ajru jew il-korpi rappreżentattivi tagħhom biex jiskambjaw tali informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa biex tkun tista’ ssir analiżi preċiża dwar kemm ikunu raġonevoli t-tariffi skont il-prinċipji tal-Paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Kull Parti għandha tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti li jitolbu l-ħlas biex jagħtu lill-utenti avviż raġonevoli rigward kwalunkwe proposta ta’ bidliet fil-ħlas mill-utenti sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jqisu l-fehmiet espressi mill-utenti qabel isiru l-bidliet.

4.   L-ebda Parti m'għandha titqies li tkun qed tikser xi dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu, fil-proċeduri ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 21 (Soluzzjoni ta’ Tilwim), sakemm:

(a)

ma tonqosx li tagħmel analiżi tal-ħlas jew tal-prattika, li jkun is-suġġett ta’ lment mill-Parti l-oħra, fi żmien raġonevoli; jew

(b)

wara analiżi bħal din, ma tonqosx li tieħu l-passi kollha fis-setgħa tagħha sabiex tirrimedja kwalunkwe ħlas jew prattika li jkun inkonsistenti ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Qafas Kummerċjali

1.   Kull Parti għandha tippermetti opportunità ġusta u ekwa għal-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra biex ifornu servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim.

2.   Kull Parti għandha tippermetti lil kwalunkwe linja tal-ajru tal-Parti l-oħra li tiddetermina l-frekwenza u l-kapaċità tas-servizzi tal-ajru li toffri skont dan il-Ftehim abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kummerċjali tal-linja tal-ajru fis-suq. L-ebda Parti m’għandha unilateralment tillimita l-volum tat-traffiku, il-frekwenza jew ir-regolarità ta’ servizz, jew it-tip jew tipi tal-inġenji tal-ajru operati mil-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra, u lanqas għandha tirrikjedi l-mili ta’ skedi, programmi għal titjiriet ċarter, jew pjanijiet ta’ operazzjonijiet minn linji tal-ajru tal-Parti l-oħra, ħlief kif ikun meħtieġ minħabba raġunijet tekniċi, operattivi jew ambjentali (il-kwalità tal-arja u l-istorbju lokali) skont kondizzjonijiet uniformi konsistenti mal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni.

3.

(a)

Soġġett għar-rekwiżiti regolatorji normalment applikati għal tali operazzjonijiet minn kull Parti, kwalunkwe linja tal-ajru tal-Parti l-oħra tista’ tagħmel arranġamenti kooperattivi għall-finijiet ta’:

(i)

iż-żamma tas-servizzi tal-ajru tagħha fir-rotot speċifikati permezz ta’ bejgħ ta’ trasport taħt il-kodiċi tagħha stess f’titjiriet operati minn kwalunkwe linja tal-ajru tal-Kanada, jew tal-Istati Membri, u/jew ta’ kwalunkwe pajjiż terz; u/jew fornitur tat-trasport bl-art jew bil-baħar ta’ kwalunkwe pajjiż,

(ii)

il-ġarr ta’ traffiku taħt il-kodiċi ta’ kwalunkwe linja tal-ajru oħra fejn tali linja tal-ajru kienet awtorizzata mill-awtoritajiet aeronawtiċi ta’ Parti biex tbiegħ it-trasport taħt il-kodiċi tagħha stess f’titjiriet imħaddma minn kwalunkwe linja tal-ajru ta’ Parti.

(b)

Parti tista' tirrikjedi lil-linji tal-ajru kollha involuti f’arranġamenti ta’ codesharing biex ikollhom awtorità adatta għar-rotta sottostanti.

(c)

Parti m’għandhiex iżżomm il-permess għal servizzi ta’ codesharing identifikati fil-paragrafu (3)(a)(i) ta’ dan l-Artikolu fuq il-bażi li l-linja tal-ajru li topera l-inġenju tal-ajru m’għandhiex id-dritt li ġġorr traffiku taħt il-kodiċi ta’ linji tal-ajru oħrajn.

(d)

Il-Partijiet għandhom jirrikjedu li l-linji tal-ajru kollha involuti f’tali arranġamenti ta’ codesharing biex jiżguraw li l-passiġġieri jkunu informati b’mod sħiħ rigward l-identità tal-operatur u l-mod tat-trasport għal kull parti tal-vjaġġ.

4.   Kull Parti għandha tippermetti lil-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra meta jkunu qed joperaw fit-territorju tagħha:

(a)

abbażi ta’ reċiproċità, li jwettqu s-servizzi ta' ground handling tagħhom stess fit-territorju tagħha u, jekk ikunu jridu, jużaw servizzi ta' ground handling ipprovduti b’mod sħiħ jew parzjalment minn kwalunkwe aġent awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti taghha biex iforni tali servizzi; u

(b)

li jipprovdu servizzi ta' ground handling lil linji tal-ajru oħrajn li joperaw fl-istess ajruport, meta dan ikun awtorizzat u konsistenti mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

5.   L-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti fil-paragrafi 4(a) u (b) ta’ dan l-Artikolu għandu jkun soġġett biss għal limitazzjonijiet fiżiċi jew operattivi kkawżati primarjament minn kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza jew sigurtà tal-ajruport. Kwalunkwe restrizzjonijiet għandhom ikunu applikati b’mod uniformi u b’termini mhux inqas favorevoli mill-aktar termini favorevoli disponibbli għal kwalunkwe linja tal-ajru ta’ kwalunkwe pajjiż involut f’servizzi tal-ajru internazzjonali simili fiż-żmien meta jkunu imposti l-limitazzjonijiet.

6.   Kull Parti għandha tippermetti:

(a)

lil-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra, abbażi ta’ reċiproċità, li jdaħħlu u jżommu fit-territorju tagħha r-rappreżentanti u l-persunal kummerċjali, maniġerjali, tal-bejgħ, tekniku, operattiv, u persunal speċjalizzat ieħor tagħhom, kif meħtieġ f’rabta mas-servizzi tagħhom;

(b)

dawn ir-rekwiżiti rigward il-persunal, jekk ikunu jridu l-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra, jistgħu jkunu ssodisfati mill-persunal tagħhom stess jew, billi jintużaw is-servizzi ta’ kwalunkwe organizzazzjoni, kumpanija jew linja tal-ajru oħra li topera fit-territorju tagħha u hija awtorizzata biex twettaq tali servizzi għal linji tal-ajru oħrajn; u

(c)

il-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra li jistabbilixxu uffiċċji fit-territorju tagħha għall-promozzjoni u l-bejgħ tat-trasport bl-ajru u ħidmiet relatati.

7.   Kull Parti għandha tirrikjedi li r-rappreżentanti u l-persunal tal-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra li jkunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tagħha. F’konsistenza ma’ tali liġijiet u regolamenti:

(a)

kull Parti għandha, bl-inqas dewmien, tagħti l-awtorizzazzjonijiet tal-impjieg meħtieġa, il-viżas tal-viżitaturi u dokumenti simili oħra lir-rappreżentanti u l-persunal imsemmijin fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu; u

(b)

kull Parti għandha tiffaċilita u tgħaġġel l-approvazzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit għall-awtorizzazzjonijiet tal-impjieg għall-persunal li jwettaq ċerti doveri temporanji li ma jaqbżux disgħin (90) jum.

8.   Kull Parti għandha tippermetti lil-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra:

(a)

li jieħdu sehem fil-bejgħ ta’ trasport bl-ajru fit-territorju tagħha direttament jew, skont kif jagħżlu l-linji tal-ajru, permezz tal-aġenti tagħhom, u li jbiegħu t-trasport fil-valuta tat-territorju tagħha jew, skont kif jagħżlu l-linji tal-ajru, fil-valuti ta’ pajjiżi oħra li jissarrfu liberament, u kwalunkwe persuna għandha tkun libera li tixtri tali trasport fil-valuti aċċettati minn dawk il-linji tal-ajru;

(b)

li jħallsu għall-ispejjeż lokali, inklużi dawk għax-xiri ta’ karburant, fit-territorju tagħha bil-valuta lokali, skont kif jagħżlu l-linji tal-ajru, f’valuti li jissarrfu liberament; u

(c)

li jsarrfu u jibagħtu barra l-pajjiż, meta jintalbu, il-fondi miksuba matul l-andament normali tal-operazzjonijiet tagħhom. Tali tisrif u ħlas lura għandhom ikunu permessi mingħajr restrizzjonijiet jew dewmien bir-rata tal-kambju tas-suq applikabbli għal ħlasijiet attwali fid-data tas-sottomissjoni tat-talba għat-trasferiment, u m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda tariffa ħlief it-tariffi tas-servizz normali miġbura mill-banek għal tali transazzjonijiet.

9.   Kull Parti għandha tippermetti lil-linji tal-ajru li joperaw:

(a)

servizzi li jikkombinaw il-passiġġieri, biex jużaw trasport bl-art jew bil-baħar b’rabta mas-servizzi tal-ajru. Tali trasport jista’ jkun fornut mil-linji tal-ajru permezz ta’ arranġamenti ma’ trasportaturi mhux tal-ajru, jew il-linji tal-ajru jistgħu jagħżlu li jwettqu t-trasport mhux bl-ajru huma stess;

(b)

servizzi ta’ trasport tal-merkanzija, biex jużaw mingħajr restrizzjoni f’rabta mas-servizzi tal-ajru kwalunkwe trasport bl-art jew bil-baħar ta’ merkanzija lejn jew minn kwalunkwe punt fit-territorji tal-Partijiet, jew f’pajjiżi terzi, inkluż trasport lejn u mill-ajruporti kollha b’faċilitajiet doganali, u inkluż, fejn applikabbli, trasport ta’ merkanzija f’depożitu doganali skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli; l-aċċess għall-ipproċessar u l-faċilitajiet doganali tal-ajruport għall-merkanzija ttrasportata bl-art jew bl-ajru; u li jistgħu jagħżlu li jwettqu t-trasport tal-merkanzija tagħhom stess bl-art, soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali li jirregolaw tali trasport, jew li jipprovduh permezz ta’ arranġamenti ma’ trasportaturi oħrajn bl-art, inkluż trasport bl-art operat minn linji tal-ajru ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor; u

(c)

servizzi intermodali, li joffru, bi prezz uniku, it-trasport bl-ajru u bl-art ikkombinati, sakemm il-passiġġieri u t-trasportaturi ma jkunux żgwidati dwar il-fatti li jikkonċernaw tali trasport.

10.   Il-Partijiet għandhom jippermettu li l-prezzijiet ikunu stabbiliti liberament mil-linji tal-ajru abbażi ta’ kompetizzjoni ħielsa u ġusta. Ebda Parti m'għandha tieħu azzjoni unilaterali kontra l-introduzzjoni jew il-kontinwazzjoni ta' prezz għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju tagħha.

11.   Il-Partijiet m’għandhomx jirrikjedu li l-prezzijiet ikunu rreġistrati mal-awtoritajiet aeronawtiċi.

12.   Il-Partijiet għandhom jippermettu lill-awtoritajiet aeronawtiċi l-possibbiltà li jiddiskutu affarijiet bħal, imma mhux limitati għal, il-prezzijiet li jistgħu jkunu inġusti, mhux raġonevoli jew diskriminatorji.

13.   Il-Partijiet għandhom japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom relatati mal-operazzjonijiet ta’ Sistemi ta’ Prenotazzjoni Kompjuterizzata fit-territorji tagħhom fuq bażi ġusta u mhux diskriminatiorja.

14.   Il-linji tal-ajru ta’ kwalunkwe Parti jistgħu jipprovdu servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim, skont arranġament ta’ franchising jew branding ma’ kumpaniji, inklużi linji tal-ajru, sakemm il-linja tal-ajru li tipprovdi s-servizzi tal-ajru jkollha l-awtorità tar-rotta adatta, ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti domestiċi, u soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet aeronawtiċi.

15.   Għall-finijiet tal-forniment tas-servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim, dment li l-linja tal-ajru li tforni s-servizzi tal-ajru u l-operatur tal-inġenju tal-ajru f’tali arranġamenti jkollhom l-awtoritajiet adatti, il-linji tal-ajru tal-Partijiet jistgħu jipprovdu servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim bl-użu ta’ inġenji tal-ajru u ekwipaġġ tat-titjir fornuti minn linji tal-ajru oħrajn, inklużi minn pajjiżi oħrajn, soġġetti għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet aeronawtiċi. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-linji tal-ajru li joperaw l-inġenju tal-ajru mhumiex meħtieġa li jkollhom awtorità tar-rotta sottostanti.

16.   Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 (Investiment), 5 (Applikazzjoni tal-Liġijiet), 6 (Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili), 7 (Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili), 8 (Dazji Doganali, Taxxi u Tariffi), 9 (Statistika), 10 (Interessi tal-Konsumatur), 11 (Disponibbiltà ta’ Ajruporti u Faċilitajiet u Servizzi tal-Avjazzjoni), 12 (Tariffi għall-Ajruporti u Faċilitajiet u Servizzi tal-Avjazzjoni), 13 (Qafas Kummerċjali), 14 (Ambjent Kompetittiv), 15 (Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru), 17 (Kumitat Konġunt) u 18 (Ambjent) ta’ dan il-Ftehim japplikaw ukoll għal titjiriet ċarter u titjiriet mhux skedati oħrajn imħaddma minn trasportaturi bl-ajru ta’ Parti waħda lejn u mit-territorju tal-Parti l-oħra.

17.   Fl-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet u permessi mitluba lil trasportatur tal-ajru mal-wasla ta’ applikazzjonijiet biex jitħaddmu titjiriet ċarter u titjiriet mhux skedati oħrajn, il-Partijiet għandhom jaġixxu bl-inqas dewmien proċedurali possibbli.

Artikolu 14

Ambjent Kompetittiv

1.   Il-partijiet jirrikonoxxu li huwa objettiv konġunt tagħhom li jkun hemm ambjent ġust u kompetittiv għat-tħaddim tas-servizzi tal-ajru. Il-Partijiet jirrikonoxxu li prattiċi kompetittivi ġusti mil-linji tal-ajru għandhom aktar probabbiltà li jseħħu meta dawn il-linji tal-ajru jaħdmu fuq bażi kummerċjali b’mod sħiħ u ma jkunux issussidjati mill-istat. Huma jirrikonoxxu li affarijiet bħal, imma mhux limitati għal, il-kondizzjonijiet li taħthom ikunu pprivatizzati l-linji tal-ajru, it-tneħħija ta’ sussidji li jfixklu l-kompetizzjoni, aċċess ekwu u mingħajr diskriminazzjoni għall-faċilitajiet u s-servizzi tal-ajruport u għas-sistemi ta’ prenotazzjoni kompjuterizzata huma fatturi ewlenin biex jinkiseb ambjent ġust u kompetittiv.

2.   Jekk Parti ssib li jeżistu kondizzjonijiet fit-territorju tal-Parti l-oħra li jaffettwaw ħażin l-ambjent ġust u kompetittiv u l-operat mil-linji tal-ajru tagħha tas-servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim, hija tista’ tissottometti l-osservazzjonijiet lill-Parti l-oħra. Barra minn hekk, hija tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt. Il-Partijiet jaċċettaw li l-grad safejn l-objettivi fil-Ftehim relatati ma’ ambjent kompetittiv jistgħu jiġu ppreġudikati minn sussidju jew intervent ieħor, huwa suġġett leġittimu għal diskussjoni fil-Kumitat Konġunt.

3.   Kwistjonijiet li jistgħu jitressqu skont dan l-Artikolu 14 jinkludu, imma mhumiex limitati għal, l-injezzjonijiet ta’ kapital, sussidji transversali, għotjiet, garanziji, sjieda, eżenzjoni jew ħelsien mit-taxxa, ħarsien kontra l-falliment jew assigurazzjoni minn kwalunkwe entità tal-gvern. Soġġett għall-paragrafu 4 tal-Artikolu 14, Parti, meta tkun innotifikata minn Parti oħra, tista’ tavviċina lill-entitajiet governattivi responsabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra, inklużi entitajiet fil-livell statali, provinċjali jew lokali, biex tiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ dan l-Artikolu.

4.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni rispettivi tagħhom, kif jagħti xhieda il-“Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Komunitajiet Ewropej rigward l-Applikazzjoni tal-Liġijiet Kompetittivi tagħhom”, magħmul f'Bonn fis-17 ta’ Ġunju 1999.

5.   Jekk, wara konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt, Parti temmen li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 14 baqgħu jeżistu u probabbilment ser jikkawżaw żvantaġġ jew dannu sinifikanti lil-linja tal-ajru jew il-linji tal-ajru tagħha, hija tista’ taġixxi. Parti tista’ taġixxi skont dan il-paragrafu mill-mument tal-istabbiliment, permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, ta’ proċeduri u kriterji mill-Kumitat Konġunt għall-eżerċizzju ta’ tali azzjoni jew sena wara d-data li fiha dan il-Ftehim jiġi applikat proviżorjament mill-Partijiet, jew jidħol fis-seħħ, skont liema tiġi l-ewwel. Kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu għandha tkun adatta, proporzjonata u ristretta fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni u d-dewmien ta' dak li jkun strettament meħtieġ. Hija għandha tkun diretta esklussivament lejn l-entità li tibbenifika mill-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, u għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kwalunkwe Parti li taġixxi skont l-Artikolu 21 (Soluzzjoni ta’ Tilwim).

Artikolu 15

Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jindirizzaw is-sorveljanza tas-sikurezza u kwistjonijiet tal-politika relatati mal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, bil-ħsieb li jkunu ottimizzati l-effiċjenza ġenerali, it-tnaqqis tal-ispiża, u t-titjib tas-sikurezza u l-kapaċità tas-sistemi eżistenti. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru biex ikomplu jikkollaboraw rigward l-interoperabbiltà biex fejn ikun possibbli jintegraw aktar is-sistemi taż-żewġ naħat, inaqqsu l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni, u jikkondividu l-informazzjoni fejn ikun adatt.

Artikolu 16

Kontinwazzjoni ta’ Nomini u Awtorizzazzjonijiet

1.   Kwalunkwe linja tal-ajru tal-Kanada jew ta’ Stat Membru li jkollha nomina attwali mill-gvern rispettiv tagħha skont ftehim dwar it-trasport bl-ajru mal-Kanada li ġiet issostitwita b’dan il-Ftehim, għandha titqies li hija linja tal-ajru nnominata biex twettaq servizzi tal-ajru.

2.   Kwalunkwe linja tal-ajru tal-Kanada jew ta’ Stat Membru li għandha liċenzja jew awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet aeronawtiċi ta’ Parti li tkun valida għat-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandha, sakemm tinħareġ liċenzja jew awtorizzazzjoni ġdida jew emendata skont dan il-Ftehim, tkompli tingħata l-awtoritajiet kollha previsti fil-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni msemmija u titqies li fihom għandha l-awtorità li topera s-servizzi tal-ajru kif previst f’dan il-Ftehim.

3.   Xejn f’dan l-Artikolu m’għandu jżomm lil linja tal-ajru ta’ Parti mhux imsemmija fil-Paragrafi 1 jew 2 ta’ hawn fuq milli tkun innominata jew awtorizzata biex twettaq servizzi tal-ajru.

Artikolu 17

Kumitat Konġunt

1.   Il-Partijiet b'dan jistabbilixxu kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Partijiet (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-"Kumitat Konġunt").

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jidentifika l-awtoritajiet aeronawtiċi u awtoritajiet kompetenti oħrajn rigward materji koperti minn dan il-Ftehim u jiffaċilita l-kuntatti bejniethom.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif u meta jħoss il-ħtieġa u mill-inqas darba fis-sena. Kull Parti tista’ titlob li tissejjaħ laqgħa.

4.   Parti tista’ titlob ukoll laqgħa tal-Kumitat Konġunt sabiex tikkonsulta rigward kwalunkwe kwistjoni relatata mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u biex tfittex ftehim rigward kwalunkwe tħassib imressaq mill-Parti l-oħra. Laqgħa bħal din għandha tibda fl-aktar data kmieni possibbli, iżda mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba, dment li l-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor.

5.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta deċiżjonijiet fejn previst espressament f’dan il-Ftehim.

6.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiżviluppa l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet u jista’ jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-operat jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi, imma mhux limitati għal:

(a)

l-analiżi tal-kondizzjonijiet tas-suq li jaffettwaw is-servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim;

(b)

l-iskambju ta’ informazzjoni, inklużi pariri dwar tibdiliet fil-liġi u l-linji politiċi nazzjonali, li jaffettwaw il-Ftehim;

(c)

il-kunsiderazzjoni ta’ oqsma potenzjali għal aktar żvilupp tal-Ftehim, inkluża r-rakkomandazzjoni ta’ emendi għall-Ftehim;

(d)

ir-rakkomandazzjoni ta’ kondizzjonijiet, proċeduri, u emendi meħtieġa biex l-Istati Membri l-ġodda jsiru Partijiet f’dan il-Ftehim; u

(e)

id-diskussjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-investiment, is-sjieda u l-kontroll, u l-konferma meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-ftuħ b’mod progressiv tad-drittijiet tat-traffiku kif stabbilit fl-Anness 2 għal dan il-Ftehim.

7.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiżviluppa kooperazzjoni u jrawwem skambji f’livell ta’ esperti dwar inizjattivi leġislattivi jew regolatorji ġodda.

8.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta, b’deċiżjoni, ir-regoli tal-proċedura tiegħu.

9.   Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt għandhom isiru b’kunsens.

Artikolu 18

Ambjent

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent waqt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-avjazzjoni internazzjonali.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont id-dritt internazzjonali u l-Konvenzjoni, kull Parti fil-ġurisdizzjoni sovrana tagħha stess għandha d-dritt li twettaq u tapplika l-miżuri adatti biex tindirizza l-impatti ambjentali tat-trasport bl-ajru sakemm tali miżuri jkunu applikati mingħajr distinzjoni rigward in-nazzjonalità.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ miżuri għall-ħarsien tal-ambjent għandhom jitqiesu bir-reqqa fl-iżvilupp tal-politika tal-avjazzjoni internazzjonali. Meta Parti tkun qed tikkunsidra miżuri ambjentali proposti, hija għandha tevalwa l-possibbiltà ta’ effetti ħżiena fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet li hemm f’dan il-Ftehim, u, jekk tali miżuri jkunu adottati, hija għandha tieħu l-passi adatti sabiex jittaffew tali effetti ħżiena.

4.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jaħdmu flimkien, u fil-qafas ta’ diskussjonijiet multilaterali, li jikkunsidraw l-effetti tal-avjazzjoni fuq l-ambjent u l-ekonomija, u li jiżguraw li kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tkun konsistenti b’mod sħiħ mal-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

5.   Meta jiġu stabbiliti miżuri ambjentali, l-istandards ambjentali għall-avjazzjoni adottati mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fl-Annessi għall-Konvenzjoni għandhom ikunu segwiti ħlief fejn ġew irreġistrati differenzi.

6.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkonsultaw lil xulxin rigward materji relatati mal-ambjent, inkluż dwar il-miżuri ppjanati li potenzjalment jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq is-servizzi tal-ajru internazzjonali koperti minn dan il-Ftehim, bil-ħsieb li safejn hu possibbli jiksbu approċċi kompatibbli. Il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien 30 jum mill-wasla ta’ tali talba, jew kwalunkwe perijodu ieħor ta’ żmien li jkun iddeterminat miż-żewġ naħat.

Artikolu 19

Kwistjonijiet ta' Xogħol

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jiġu kkunsidrati l-effetti ta’ dan il-Ftehim fuq ix-xogħol, l-impjiegi u l-kondizzjonijiet tax-xogħol.

2.   Kwalunkwe Parti tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 17 sabiex ikunu diskussi l-kwistjonijiet dwar ix-xogħol msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 20

Kooperazzjoni Internazzjonali

Il-Partijiet jistgħu jressqu quddiem il-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 17, kwistjonijiet relatati ma’:

(a)

organizzazzjonijiet tat-trasport bl-ajru u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(b)

żviluppi possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet u pajjiżi oħrajn fit-trasport bl-ajru; u

(c)

xejriet fl-arranġamenti bilaterali jew multilaterali

inklużi, fejn hu possibbli, proposti dwar l-iżvilupp ta’ pożizzjonijiet ikkoordinati f’dawn l-oqsma.

Artikolu 21

Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.   Jekk tinqala’ tilwima bejn il-Partijiet relatata mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, huma għandhom l-ewwel nett jippruvaw jilħqu ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet formali fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Tali konsultazzjonijiet formali għandhom jibdew mill-aktar fis u minkejja l-paragrafu 4 tal-Artikolu 17, f’perjodu ta’ mhux aktar minn 30 jum mid-data tal-wasla għand Parti tat-talba bil-miktub magħmula mill-Parti l-oħra, li tirreferi għal dan l-Artikolu, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Partijiet.

2.   Jekk ma tintlaħaqx soluzzjoni għal tilwima fi żmien 60 jum mill-wasla tat-talba għal konsultazzjonijiet formali, it-tilwima tista’ tiġi referuta lil persuna jew korp għal deċiżjoni bil-kunsens tal-Partijiet. Jekk il-Partijiet ma jaqblux dwar dan, it-tilwima għandha, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, tkun sottomessa għal arbitraġġ minn tribunal ta’ tliet arbitri skont il-proċeduri stabbiliti hawn taħt.

3.   Fi żmien 30 jum mill-wasla ta’ talba għal arbitraġġ, kull Parti fit-tilwima għandha tinnomina arbitru indipendenti. It-tielet arbitru għandu jinħatar fi żmien 45 jum oħra bi ftehim bejn iż-żewġ arbitri nnominati mill-Partijiet. Jekk xi waħda mill-Partijiet tonqos milli taħtar arbitru fiż-żmien speċifikat, jew jekk it-tielet arbitru ma jinħatarx fil-perjodu speċifikat, il-President tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali jista’ jintalab minn waħda mill-Partijiet sabiex jaħtar arbitru jew arbitri skont il-każ. Jekk il-President ikun tal-istess nazzjonalità bħal waħda mill-Partijiet, il-Viċi President l-iktar anzjan li ma jkunx skwalifikat għal dik ir-raġuni għandu jagħmel il-ħatra. Fil-każijiet kollha, it-tielet arbitru għandu jkun ċittadin ta’ Stat terz, għandu jaġixxi bħala l-President tat-Tribunal u għandu jiddetermina l-post fejn għandu jsir l-arbitraġġ.

4.   It-Tribunal għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess u l-iskeda tal-proċedimenti.

5.   Fuq talba ta’ Parti, it-Tribunal jista’ jordna lill-Parti l-oħra fit-tilwima sabiex timplimenta miżuri interim ta’ rimedju sad-deċiżjoni finali tat-Tribunal.

6.   It-Tribunal għandu jipprova jagħti deċiżjoni bil-miktub fi żmien 180 jum mill-wasla tat-talba għal arbitraġġ. Għandha tipprevali d-deċiżjoni tal-maġġoranza tat-Tribunal.

7.   Jekk it-Tribunal jiddetermina li kien hemm ksur ta’ dan il-Ftehim u l-Parti responsabbli ma tirrimedjax dan il-ksur, jew ma tilħaqx qbil mal-Parti l-oħra dwar soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn fi żmien 30 jum min-notifika tad-deċiżjoni tat-Tribunal, il-Parti l-oħra tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ benefiċċji ekwivalenti li joħorġu minn dan il-Ftehim sakemm tinstab soluzzjoni għat-tilwima.

8.   L-ispejjeż tat-Tribunal għandhom ikunu kondiviżi b’mod indaqs bejn il-Partijiet fit-tilwima.

9.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri għandhom jaġixxu flimkien.

Artikolu 22

Emendi

Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim tista' tiġi ddeterminata b’mod konġunt mill-Partijiet skont konsultazzjonijiet li jsiru f’konformità mal-Artikolu 17 (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ f'konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikolu 23 (Dħul fis-Seħħ u Applikazzjoni Proviżorja).

Artikolu 23

Dħul fis-Seħħ u Applikazzjoni Proviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ xahar wara d-data tal-aħħar nota diplomatika li fiha l-Partijiet jikkonfermaw li tlestew il-proċeduri kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Għall-finijiet ta' dan l-iskambju, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jinnominaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Kanada għandha tibgħat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea n-nota/i diplomatika/diplomatiċi lill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jibgħat lill-Kanada n-noti diplomatiċi mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. In-nota diplomatika jew in-noti diplomatiċi mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandu jkun fihom il-komunikazzjonijiet minn kull Stat Membru li jikkonfermaw li l-proċeduri meħtieġa tiegħu biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ, tlestew.

2.   Minkejja l-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet jaqblu li japplikaw proviżorjament dan il-Ftehim f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tal-Partijiet mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data tal-aħħar nota li biha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri nazzjonali rilevanti biex dan il-Ftehim ikun applikat proviżorjament.

Artikolu 24

Terminazzjoni

Parti tista', fi kwalunkwe żmien, tagħti avviż bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi lill-Parti l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim. Tali avviż għandu jintbagħat fl-istess ħin lill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u s-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan il-Ftehim għandu jintemm sena (1) wara d-data tal-wasla tal-avviż għand il-Parti l-oħra, sakemm l-avviż tat-teminazzjoni ma jkunx irtirat bi qbil bejn iż-żewġ naħat qabel it-tmiem ta’ dan il-perijodu. Fin-nuqqas ta’ konferma tal-wasla mil-Parti l-oħra, l-avviż għandu jitqies li jkun wasal erbatax-il (14) jum wara l-wasla tal-avviż għand l-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u s-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 25

Reġistrazzjoni tal-Ftehim

Dan il-Ftehim u kwalunkwe emenda għalih għandhom ikunu rreġistrati mal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u s-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, f’konformità mal-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-Parti l-oħra għandha tiġi infurmata bir-reġistrazzjoni malli din tkun ġiet ikkonfermata mis-Segretarjati tal-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 26

Relazzjoni ma’ Ftehimiet Oħrajn

1.   Jekk il-Partijiet isiru partijiet għal ftehim multilaterali, jew japprovaw deċiżjoni adottata mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali jew minn organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali oħra, li tindirizza materji koperti minn dan il-Ftehim, huma għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat Konġunt sabiex jiddeterminaw safejn dan il-Ftehim ikun affettwat mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim jew id-deċiżjoni multilaterali u jekk dan il-Ftehim għandux jiġi rrivedut sabiex jiġu kkunsidrati tali żviluppi.

2.   Waqt il-perijodu tal-applikazzjoni proviżorja skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 23 (Dħul fis-Seħħ u Applikazzjoni Proviżorja) tal-Ftehim, il-ftehim bilaterali elenkati fl-Anness 3 għal dan il-Ftehim għandhom ikunu sospiżi ħlief safejn previst fl-Anness 2 għal dan il-Ftehim. Mad-dħul fis-seħħ skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim, dan il-Ftehim għandu jieħu post id-dispożizzjonijiet relevanti tal-ftehimiet bilaterali elenkati fl-Anness 3 għal dan il-Ftehim ħlief safejn previst fl-Anness 2 għal dan il-Ftehim.

B'XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL f’żewġ kopji, fi Brussell fis-sbatax-il jum ta' Diċembru, 2009 bil-linġwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, u Ungeriża, b’kull verżjoni ugwalment awtentika.

Voor het Koninkrijk België

Pour le Royaume de Belgique

Für das Königreich Belgien

Image

Deze handtekening verbindt eveneens het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

За Република България

Image

Za Českou republiku

Image

På Kongeriget Danmarks vegne

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grande-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Għal Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Pentru România

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

For Canada

Pour le Canada

Image

ANNESS 1

SKEDA TAR-ROTOT

1.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c) tal-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim, kull Parti għandha tippermetti li l-linji tal-ajru tal-Parti l-oħra jipprovdu trasport fuq ir-rotot speċifikati hawn taħt:

(a)

Għal-linji tal-ajru tal-Kanada:

Punti Wara – Punti fil-Kanada – Punti Intermedji – Punti ġewwa u fi ħdan l-Istati Membri – Punti Lil Hinn

(b)

Għal-linji tal-ajru tal-Komunità Ewropea:

Punti Wara – Punti fl-Istati Membri – Punti Intermedji – Punti ġewwa u fi ħdan il-Kanada – Punti Lil Hinn

2.

Linji tal-ajru ta’ Parti jistgħu fir-rigward ta’ kwalunkwe titjira jew it-titjiriet kollha u meta jagħżlu huma:

(a)

joperaw titjiriet f’xi waħda jew fiż-żewġ direzzjonijiet;

(b)

jikkombinaw numri ta’ titjiriet differenti fi ħdan operazzjoni waħda ta’ inġenju tal-ajru;

(c)

iservu punti wara, intermedji u lil hinn u punti fit-territorju ta’ kwalunkwe Parti u fi kwalunkwe kombinament jew ordni;

(d)

iħallu barra waqfiet fi kwalunkwe punt jew punti;

(e)

jittrasferixxu traffiku minn kwalunkwe inġenju tal-ajru tagħhom għal kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor tagħhom mingħajr ebda limitazzjoni fir-rigward ta’ tibdil fit-tip jew l-għadd tal-inġenji tal-ajru operati fi kwalunkwe punt;

(f)

iservu punti wara kwalunkwe punt fit-territorju ta’ dik il-Parti b’tibdil jew mingħajr tibdil ta’ inġenji tal-ajru jew in-numru tat-titjira u jżommu u jirreklamaw tali servizzi lill-pubbliku bħala servizzi diretti (through services);

(g)

jagħmlu waqfiet skedati qosra fi kwalunkwe punt kemm fit-territorju, kif ukoll barra mit-territorju, ta’ xi waħda mill-Partijiet;

(h)

iġorru traffiku fi transitu f’punti intermedji u f’punti fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(i)

jikkombinaw flimkien traffiku fuq l-istess inġenju tal-ajru irrispettivament minn fejn joriġina tali traffiku; u

(j)

jipprovdu servizz permezz ta’ codesharing f’konformità mal-Paragrafu 3 tal-Artikolu 13 (Qafas Kummerċjali) ta’ dan il-Ftehim;

mingħajr limitazzjoni direzzjonali jew ġeografika u mingħajr telf ta’ xi dritt li jġorru traffiku b’mod ieħor permissibbli skont dan il-Ftehim.

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI GĦAD-DISPONIBBILTÀ TAD-DRITTIJIET

TAQSIMA 1

Proprjetà u Kontroll tal-Linji tal-Ajru taż-żewġ Partijiet

1.

Minkejja l-Artikolu 4 (Investiment), għandha tkun permessa s-sjieda ta’ linji tal-ajru ta’ Parti minn ċittadini tal-Partijiet l-oħra kollha, abbażi ta' reċiproċità, sal-punt permess mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tal-Kanada rigward l-investiment barrani fil-linji tal-ajru.

2.

Minkejja l-paragrafu 2 (c) tal-Artikolu 3 (Nomina, Awtorizzazzjoni u Revoka) u l-Artikolu 4 (Investiment) tal-Ftehim, id-dispożizzjoni li ġejja għandha tapplika fir-rigward ta’ sjieda u kontroll fuq il-linji tal-ajru minflok il-paragrafu 2 (c) tal-Artikolu 3 (Nomina, Awtorizzazzjoni u Revoka) sakemm il-liġijiet u r-regolamenti msemmija fil-paragrafu 2 (c) u (d) tat-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness jiddettaw mod ieħor:

“fil-każ ta’ linja tal-ajru tal-Kanada, is-sjieda sostantiva u l-kontroll effettiv tal-linja tal-ajru jkunu f’idejn ċittadini tal-Kanada, il-linja tal-ajru hija lliċenzjata bħala linja tal-ajru Kanadiża, u l-linja tal-ajru għandha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fil-Kanada; fil-każ ta’ linja tal-ajru ta’ Stat Membru, is-sjieda sostantiva u l-kontroll effettiv tal-linja tal-ajru jkunu f’idejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvizzera, il-linja tal-ajru hija lliċenzjata bħala linja tal-ajru Komunitarja, u l-linja tal-ajru jkollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fi Stat Membru”.

TAQSIMA 2

Disponibbiltà Progressiva tad-Drittijiet tat-Traffiku

1.

Meta jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ din it-Taqsima, il-linji tal-ajru tal-Partijiet għandhom igawdu l-flessibbiltajiet operattivi permessi fil-paragrafu 2 tal-Anness 1.

2.

Minkejja d-drittijiet tat-traffiku stabbiliti fl-Anness 1 għal dan il-Ftehim:

(a)

meta l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali taż-żewġ Partijiet jippermettu ċittadini tal-Parti l-oħra li jkollhom is-sjieda u l-kontroll sa total ta’ 25 fil-mija tad-drittijiet tal-voti tal-linji tal-ajru tagħhom, għandhom japplikaw id-drittijiet li ġejjin:

(i)

għal servizzi ta’ kombinament ta’ passiġġieri u servizzi ta’ merkanzija biss, għal-linji tal-ajru Kanadiżi, id-dritt li jipprovdu trasport internazzjonali bejn kwalunkwe Punt fil-Kanada u kwalunkwe Punt fl-Istati Membri; għal linji tal-ajru Komunitarji, id-dritt li jipprovdu servizzi tal-ajru bejn kwalunkwe Punt fl-Istati Membri u kwalunkwe Punt fil-Kanada. Barra minn hekk, għal servizzi ta’ kombinament ta’ passiġġieri u servizzi ta’ merkanzija biss, għal-linji tal-ajru ta’ Parti, id-dritt li jipprovdu trasport internazzjonali lejn u minn Punti f’pajjiżi terzi permezz ta’ kwalunkwe punt fit-territorju ta’ dik il-Parti b’tibdil jew mingħajr tibdil ta’ inġenji tal-ajru jew in-numru tat-titjira u jżommu u jirreklamaw tali servizzi lill-pubbliku bħala servizzi diretti (through services);

(ii)

għal servizzi ta’ merkanzija biss, għal-linji tal-ajru taż-żewġ Partijiet, id-dritt li jipprovdu trasport internazzjonali bejn it-territorju tal-Parti l-oħra u punti f’pajjiżi terzi flimkien ma’ servizzi bejn punti fit-territorju tagħha u punti fit-territorju tal-Parti l-oħra;

(iii)

għal servizzi ta’ kombinament ta’ passiġġieri u servizzi ta’ merkanzija biss, għal-linji tal-ajru taż-żewġ Partijiet, id-drittijiet operattivi li huma previsti fi ftehim bilaterali tat-trasport bl-ajru bejn il-Kanada u l-Istati Membri elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness 3, u d-drittijiet operattivi f’arranġamenti li kienu qed jiġu applikati bejn il-Kanada u l-Istati Membri individwali, kif speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Anness 3. Fl-ambitu tad-drittijiet lil hinn mill-ħames libertà speċifikati f’dan is-subparagrafu, il-limitazzjonijiet kollha għajr il-limitazzjonijiet ġeografiċi, limitazzjonijiet rigward l-għadd tal-punti u l-limitazzjonijiet tal-frekwenza speċifikati m’għandhomx japplikaw aktar; u

(iv)

għal ċertezza akbar, id-drittijiet li jinsabu fis-subparagrafu (i) u (ii) ta’ hawn fuq, għandhom ikunu disponibbli meta l-ebda ftehim jew arranġament bilaterali ma kien jeżisiti fid-data meta l-applikazzjoni proviżorja jew id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jew meta d-drittijiet fi ftehim li kienu disponibbli immedjatament qabel l-applikazzjoni proviżorja jew id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ma jkunux liberali daqs id-drittijiet li hemm fis-subparagrafu (i) u (ii) ta’ hawn fuq.

(b)

meta l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali taż-żewġ Partijiet jippermettu liċ-ċittadini tal-Parti l-oħra li jkollhom sjieda u kontroll sa total ta’ 49 fil-mija tad-drittijiet tal-voti tal-linji tal-ajru tagħhom, għandhom japplikaw id-drittijiet addizzjonali għas-subparagrafu 2 (a) li ġejjin:

(i)

għal servizzi ta’ kombinament ta’ passiġġieri, għal-linji tal-ajru taż-żewġ Partijiet, id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe Punt Intermedju, u għal-linji tal-ajru Kanadiżi, bejn kwalunkwe Punt fl-Istati Membri u kwalunkwe Punt ieħor fl-Istati Membri, sakemm fil-każ tal-linji tal-ajru Kanadiżi s-servizz jinkludi Punt fil-Kanada, u fil-każ tal-linji tal-ajru Komunitarji, is-servizz jinkludi Punt fi kwalunkwe Stat Membru;

(ii)

għal servizzi ta’ kombinament ta’ passiġġieri, għal-linji tal-ajru tal-Kanada, id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn kwalunkwe Punt fl-Istati Membri u kwalunkwe Punt fil-Marokk, l-Isvizzera, iż-Żona Ekonomika Ewropea, u membri oħrajn tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni; u

(iii)

għal servizzi ta’ merkanzija biss, għal-linji tal-ajru ta’ Parti, mingħajr il-ħtieġa li jservu Punt fit-territorju ta’ dik il-Parti, id-dritt li jipprovdu trasport internazzjonali bejn Punti fit-territorju tal-Parti l-oħra u Punti f’pajjiżi terzi;

(c)

meta l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali taż-żewġ Partijiet jippermettu ċittadini tal-Parti l-oħra li jistabbilixxu linja tal-ajru fit-territorju tagħhom għal servizzi tal-ajru nazzjonali u internazzjonali, u skont il-Paragrafi 5, 6 (e) u 9 tal-Artikolu 17 (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-drittijiet addizzjonali għas-subparagrafu 2 (a) u (b) li ġejjin:

(i)

għal servizzi ta’ kombinament ta’ passiġġieri għal-linji tal-ajru taż-żewġ Partijiet, id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli għal kwalunkwe Punt Lil Hinn mingħajr limitazzjonijiet ta' frekwenza.

(d)

meta l-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali taż-żewġ Partijiet jippermettu s-sjieda u l-kontroll sħiħ tal-linji tal-ajru tagħhom minn ċittadini tal-Parti l-oħra u ż-żewġ Partijiet jippermettu l-applikazzjoni sħiħa tal-Anness 1, skont il-Paragrafi 5, 6 (e) u 9 tal-Artikolu 17 (Kumitat Konġunt) għal dan il-Ftehim u skont konferma mill-Partijiet permezz tal-proċeduri rispettivi tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-Anness 2 ta’ hawn fuq m’għandhomx japplikaw aktar u għandu jieħu effett l-Anness 1.

ANNESS 3

FTEHIM BILATERALI BEJN IL-KANADA U L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

TAQSIMA 1

Kif previst fl-Artikolu 26 ta’ dan il-Ftehim, il-ftehim bilaterali li ġejjin bejn il-Kanada u l-Istati Membri għandhom ikunu sospiżi jew sostitwiti b'dan il-Ftehim:

(a)

Ir-Repubblika tal-Awstrija: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern Federali Awstrijak dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat fit-22 ta’ Ġunju 1993;

(b)

Ir-Renju tal-Belġju: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tal-Belġju dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat fit-13 ta’ Mejju 1986;

(ċ)

Ir-Repubblika Ċeka: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika Ċeka dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat fit-13 ta’ Marzu 1996; Skambju ta’ Noti li jemenda l-Ftehim, iffirmat fit-28 ta' April 2004 u fit-28 ta’ Ġunju 2004;

(d)

Ir-Renju tad-Danimarka: Ftehim bejn il-Kanada u d-Danimarka dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn iż-Żewġ Pajjiżi ffirmat fit-13 ta’ Diċembru 1949; Skambju ta' Noti bejn il-Kanada u d-Danimarka relatat mal-Ftehim tal-Ajru ffirmat bejn iż-żewġ Pajjiżi f'Ottawa, fit-13 ta’ Diċembru 1949, iffirmat fit-13 ta' Diċembru 1949; Skambju ta' Noti bejn il-Kanada u d-Danimarka li jemenda l-Ftehim tal-1949 dwar is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat fis-16 ta’ Mejju 1958;

(e)

Ir-Repubblika tal-Finlandja: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tal-Finlandja għas-Servizzi tal-Ajru bejn u lil hinn mit-Territorji Rispettivi Tagħhom, iffirmat fit-28 ta’ Mejju 1990. Skambju ta’ Noti li jikkostitwixxi Ftehim li jemenda l-Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tal-Finlandja għas-Servizzi tal-Ajru Bejn u Lil Hinn mit-Territorji Rispettivi Tagħhom, magħmul f’Ħelsinki fit-28 ta’ Mejju 1990, iffirmat fl-1 ta’ Settembru 1999;

(f)

Ir-Repubblika Franċiża: Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża, iffirmat fil-15 ta’ Ġunju 1976. Skambju ta’ Noti bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat f’Pariġi fil-15 ta’ Ġunju 1976, iffirmat fil-21 ta’ Diċembru 1982;

(g)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iffirmat fis-26 ta’ Marzu 1973; Skambju ta’ Noti bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru iffirmat f’Ottawa fis-26 ta’ Marzu 1973, iffirmat fis-16 ta' Diċembru 1982 u fl-20 ta’ Jannar 1983;

(h)

Ir-Repubblika Ellenika: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika Ellenika dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat fl-20 ta’ Awwissu 1984; Skambju ta’ Noti li jikkostitwixxi Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika Ellenika li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, magħmul f’Toronto fl-20 ta’ Awwissu 1984, iffirmat fit-23 ta’ Ġunju 1995 u fid-19 ta' Lulju 1995;

(i)

Ir-Repubblika tal-Ungerija: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat fis-7 ta’ Diċembru 1998;

(j)

L-Irlanda: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Irlanda għas-Servizzi tal-Ajru bejn iż-żewġ pajjiżi, iffirmat fit-8 ta’ Awwissu 1947; Skambju ta’ Noti (id-19 ta’ April u l-31 ta’ Mejju 1948) bejn il-Kanada u l-Irlanda li jemenda l-Ftehim għas-Servizzi tal-Ajru bejn iż-żewġ pajjiżi, iffirmat fil-31 ta’ Mejju 1948; Skambju ta’ Noti bejn il-Kanada u l-Irlanda li jikkostitwixxi Ftehim li jemenda l-Anness għall-Ftehim tal-Ajru tat-8 ta’ Awwissu 1947, iffirmat fid-9 ta’ Lulju 1951. Skambju ta’ Noti bejn il-Kanada u l-Irlanda li jimmodifika l-Ftehim tal-Ajru tat-8 ta’ Awwissu 1947 bejn iż-żewġ pajjiżi, iffirmat fit-23 ta’ Diċembru 1957;

(k)

Ir-Repubblika Taljana: Ftehim bejn il-Kanada u l-Italja għas-Servizzi tal-Ajru, iffirmat fit-2 ta’ Frar 1960; Skambju ta’ Noti bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika tal-Italja li jikkostitwixxi Ftehim li Jemenda l-Ftehim għas-Servizzi tal-Ajru kif speċifikat fil-Minuta Miftiehma tat-28 ta’ April 1972, iffirmat fit-28 ta’ Awwissu 1972;

(l)

Ir-Renju tal-Olanda: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Renju tal-Olanda relatat mat-Trasport bl-Ajru, iffirmat fit-2 ta’ Ġunju 1989; Skambju ta' Noti bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Renju tal-Olanda li jikkostitwixxi Ftehim dwar l-Operat ta' Titjiriet Mhux skedati (ċarter), iffirmat fit-2 ta’ Ġunju 1989;

(m)

Ir-Repubblika tal-Polonja: Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja, iffirmat fl-14 ta’ Mejju 1976; Skambju ta’ Noti li jikkostitwixxi ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Polonja relatat mal-Artikoli IX, XI, XIII u XV tal-Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru ffirmat fl-14 ta' Mejju 1976, iffirmat fl-istess data;

(n)

Il-Repubblika Portugiża: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tal-Portugall għas-Servizzi tal-Ajru bejn it-Territorji Kanadiżi u Portugiżi, iffirmat fil-25 ta’ April 1947. Skambju ta’ Noti bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika tal-Portugall li jemenda l-Paragrafi 3 u 4 tal-Anness għall-Ftehim għas-Servizzi tal-Ajru bejn iż-żewġ pajjiżi ffirmat f'Lisbona fil-25 ta’ April 1947, iffirmat fl-24 u fit-30 ta’ April 1957. Skambju ta’ Noti bejn il-Kanada u l-Portugall li jemendaw il-Paragrafu 7 tal-Anness għall-Ftehim għas-Servizzi tal-Ajru bejn iż-żewġ pajjiżi, iffirmat fil-5 u fit-31 ta’ Marzu 1958;

(o)

Ir-Rumanija: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija dwar it-Trasport Ċivili bl-Ajru, iffirmat fis-27 ta’ Ottubru 1983;

(p)

Ir-Renju ta’ Spanja: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern ta’ Spanja dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat fil-15 ta’ Settembru 1988;

(q)

Ir-Renju tal-Isvezja: Ftehim bejn il-Kanada u l-Isvezja għas-Servizzi tal-Ajru bejn it-Territorji Kanadiżi u Svediżi, iffirmat fis-27 ta’ Ġunju 1947; Skambju ta' Noti bejn il-Kanada u l-Isvezja li jissupplimenta l-Ftehim għas-Servizzi tal-Ajru bejn it-Territorji Kanadiżi u Svediżi, iffirmat fis-27 ta’ Ġunju u t-28 ta' Ġunju 1947. Skambju ta' Noti bejn il-Kanada u l-Isvezja li jemenda l-Ftehim tal-1947 dwar is-servizzi tal-ajru, iffirmat fis-16 ta’ Mejju 1958; u,

(r)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward is-Servizzi tal-Ajru, iffirmat fit-22 ta’ Ġunju 1988.

TAQSIMA 2

Għall-finijiet tal-Anness 2, Taqsima 2, id-drittijiet li ġejjin għandhom ikunu disponibbli skont is-subparagrafu 2(a)(iii):

Parti 1 għal-Linji tal-Ajru tal-Kanada

Flimkien mal-operar ta’ servizzi kkombinati tal-passiġġieri bejn il-Kanada u l-Istati Membri individwali, u fl-operar ta' servizzi esklussivament għall-ġarr tal-merkanzija, il-linji tal-ajru tal-Kanada għandhom igawdu mid-drittijiet li ġejjin:

Stat Membru

Drittijiet tat-Traffiku

Bulgarija

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli f’żewġ punti li għad iridu jiġu determinati, li jistgħu jkunu servuti bħala punti intermedjarji lejn u/jew lil hinn minn Sofia.

Repubblika Ċeka

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli f'mhux iktar minn erba' punti skont l-għażla tal-Kanada, li jistgħu jkunu servuti bħala punti intermedjarji lejn u lil hinn minn Praga u punt ieħor fir-Repubblika Ċeka.

Danimarka

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Kopenħagen u:

(a)

Amsterdam u Ħelsinki; jew

(b)

Amsterdam u Moska;

Amsterdam tista’ sservi bħala punt intermedjarju jew bħala punt lil hinn. Ħelsinki u Moska għandhom ikunu servuti bħala punti lil hinn.

Ġermanja

Id-drittijiet tat-traffiku tal-ħames libertà jistgħu jkunu eżerċitati bejn punti intermedjarji fl-Ewropa u punti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u bejn punti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u punti lil hinn.

Greċja

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli f’punti intermedjarji lejn u/jew lil hinn minn Ateni u żewġ punti oħra fil-Greċja apparti punti li jinsabu fit-Turkija u l-Iżrael. L-għadd totali ta’ punti intermedjarji u ta’ punti lil hinn li jistgħu jkunu servuti fl-istess ħin mad-drittijiet tal-ħames libertà ma għandux ikun iktar minn ħamsa li minnhom mhux iktar minn erbgħa jistgħu jkunu punti intermedjarji.

Irlanda

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn punti fl-Irlanda u punti intermedjarji, u bejn punti fl-Irlanda u punti lil hinn mill-Irlanda. Għas-servizzi li huma esklussivament għall-ġarr tal-merkanzija, id-dritt għandu jkun disponibbli sabiex ikun ipprovdut trasport internazzjonali bejn punti fl-Irlanda u punti fil-pajjiżi terzi mingħajr ma jkun hemm rekwiżit sabiex ikun servut xi punt fil-Kanada.

Italja

Id-drittijiet tat-traffiku tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn żewġ punti intermedjarji fl-Ewropa u Ruma u/jew Milan. Il-punti intermedjarji li għalihom jeżistu d-drittijiet tal-ħames libertà jistgħu jkunu servuti wkoll bħala punti lil hinn.

Polonja

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Varsavja u żewġ punti intermedjarji fl-Ewropa li għandhom jintgħażlu mill-Kanada minn fost il-bliet li ġejjin: Brussell, Kopenħagen, Praga, Shannon, Stokkolma, Vjenna u Zurich.

Portugall

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn punti fil-Portugall u punti intermedjarji, u bejn punti fil-Portugall u punti lil hinn mill-Portugall.

Spanja

Id-drittijiet tal-ħames libertà bejn punti intermedjarji u lil hinn għandhom ikunu disponibbli:

(a)

Bejn Madrid u tliet punti oħra fi Spanja, u punti fl-Ewropa (minbarra Munich, id-Danimarka, l-Iżvezja, in-Norveġja, l-Italja u r-Repubbliki tal-ex-Unjoni Sovjetika); u

(b)

Bejn Madrid u punt ieħor fi Spanja u punti fl-Afrika u l-Lvant Nofsani, kif imfisser mill-ICAO fid-Dokument Nru 9060-AT/723.

Ma jistgħux jiġu eżerċitati iktar minn erba' drittijiet tal-ħames libertà fl-istess ħin.

Svezja

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Stokkolma u:

(a)

Amsterdam u Ħelsinki; jew

(b)

Amsterdam u Moska.

Amsterdam tista’ sservi bħala punt intermedjarju jew bħala punt lil hinn. Ħelsinki u Moska għandhom ikunu servuti bħala punti lil hinn.

Renju Unit

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn punti fir-Renju Unit u punti intermedjarji, u bejn punti fir-Renju Unit u punti lil hinn. Għas-servizzi li huma esklussivament għall-ġarr tal-merkanzija, id-dritt għandu jkunu disponibbli sabiex ikun ipprovdut trasport internazzjonali bejn punti fir-Renju Unit u punti fil-pajjiżi terzi mingħajr ma jkun hemm rekwiżit li jkun servut xi punt fil-Kanada.

Parti 2 għal-Linji tal-Ajru tal-Komunità Ewropea:

Flimkien mal-operar ta’ servizzi kkombinati tal-passiġġieri bejn il-Kanada u l-Istati Membri individwali u fl-operar ta' servizzi esklussivament għall-ġarr tal-merkanzija, il-linji tal-ajru tal-Komunità għandhom igawdu mid-drittijiet li ġejjin:

Stat Membru

Drittijiet tat-Traffiku

Belġju

Id-drittijiet tat-traffiku tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Montreal u żewġ punti lil hinn fl-Istati Uniti tal-Amerika li jinsabu fil-Lvant ta’ Chicago u li jinkluduha u t-Tramuntana ta’ Washington D.C. u li jinkluduha.

Bulgarija

Id-drittijiet tal-ħames libertà jistgħu jkunu eżerċitati f’punt lil hinn fl-Istati Uniti tal-Amerika fil-lvant ta’ Chicago u li jeskludiha u fit-Tramuntana ta’ Wahington, D.C. u li jinkludiha. L-ebda dritt tal-ħames libertà ma għandu jkun disponibbli f’każ li Montreal u Ottawa jingħaqdu f’titjira waħda biex jiġbru passiġġiera ġodda. L-ebda dritt tal-ħames libertà ma għandu jkun disponibbli fil-punti intermedjarji.

Repubblika Ċeka

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Montreal u żewġ punti lil hinn fl-Istati Uniti tal-Amerika, li jinsabu fit-Tramuntana ta’ Washington D.C. u li jinkluduha u fil-lvant ta’ Chicago u li jinkluduha.

Danimarka

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Montreal u Chicago u bejn Montreal u Seattle. Chicago tista’ sservi bħala punt intermedjarju jew bħala punt lil hinn. Seattle jista' jservi biss bħala punt lil hinn.

Ġermanja

Id-drittijiet tat-traffiku tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli biss bejn Montreal u punt ieħor lil hinn fi Florida. Bħala alternattiva, id-drittijiet tat-traffiku tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Montreal u żewġ punti oħra lil hinn u l-Istati Uniti tal-Amerika Kontinentali li jeskludu punti fl-istati ta’ California, Colorado, Florida, Georgia, Oregon, Texas u Washington.

Greċja

Id-drittijiet tat-traffiku tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Montreal u Boston jew bejn Montreal u Chicago jew lil hinn minn Toronto sa punt li għandu jiġi determinat mir-Repubblika Ellenika fl-Istati Uniti tal-Amerika, bl-eċċezzjoni ta’ punti f’California, Texas u Florida.

Irlanda

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn il-Kanada u punti intermedjarji, u bejn il-punti fil-Kanada u punti lil hinn mill-Kanada. Għas-servizzi li huma esklussivament għall-ġarr tal-merkanzija, id-dritt għandu jkun disponibbli sabiex ikun ipprovdut trasport internazzjonali bejn punti fil-Kanada u punti fil-pajjiżi terzi mingħajr ma jkun hemm rekwiżit sabiex ikun servut xi punt fl-Irlanda.

Italja

Id-drittijiet tat-traffiku tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn żewġ punti intermedjarji fil-Grigal tal-Istati Uniti tal-Amerika (it-Tramuntana ta' Washington u li jinkluduha; fil-lvant ta’ Chicago u li jinkluduha) u Montreal u/jew Toronto. Il-punti intermedjarji li għalihom jeżistu d-drittijiet tal-ħames libertà jistgħu jkunu servuti wkoll bħala punti lil hinn.

Polonja

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Montreal u New York bħala punt intermedjarju jew lil hinn.

Portugall

Id-drittijiet tat-traffiku tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli għal punti bejn il-Kanada u punti intermedjarji, u bejn punti fil-Kanada u punti lil hinn.

Spanja

Id-drittijiet tal-ħames libertà bejn punti intermedjarji u lil hinn għandhom ikunu disponibbli:

(a)

Bejn Montreal u tliet punti oħra fil-Kanada, u Chicago, Boston, Philadelphia, Baltimore, Atlanta, Dallas/Ft. Worth u Houston; u

(b)

Bejn Montreal u Mexico City.

Ma jistgħux jiġu eżerċitati iktar minn erba' drittijiet tal-ħames libertà fl-istess ħin.

Svezja

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn Montreal u Chicago u bejn Montreal u Seattle. Chicago tista’ sservi bħala punt intermedjarju jew bħala punt lil hinn. Seattle jista' jservi biss bħala punt lil hinn.

Renju Unit

Id-drittijiet tal-ħames libertà għandhom ikunu disponibbli bejn punti fil-Kanada u punti intermedjarji u bejn punti fil-Kanada u punti lil hinn mill-Kanada. Għas-servizzi li huma esklussivament għall-ġarr tal-merkanzija, id-dritt għandu jkun disponibbli sabiex ikun ipprovdut trasport internazzjonali bejn punti fil-Kanada u punti fil-pajjiżi terzi mingħajr ma jkun hemm rekwiżit sabiex ikun servut xi punt fir-Renju Unit.

TAQSIMA 3

Minkejja l-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness, għaż-żoni li ma humiex inklużi fit-tifsira ta’ “Territorju” fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim, il-ftehim fil-Paragrafi (d) Ir-Renju tad-Danimarka, (f) Ir-Repubblika Franċiża, (l) Ir-Renju tal-Olanda, u (r) Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ikomplu japplikaw, skont it-termini tagħhom.

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha dwar il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Kanada li għandha ssir waqt l-iffirmar

“Rigward l-Artikolu 26 (2), il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jikkonfermaw li l-frażi ‘il-ftehimiet bilaterali fis-seħħ elenkati fl-Anness 3 għandhom ikunu sospiżi ħlief safejn previst fl-Anness 2’ għandha l-istess effett bħallikieku kien iddikjarat li d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Ftehim għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali fis-seħħ elenkati fl-Anness 3.”

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha dwar il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Kanada li għandha ssir waqt l-iffirmar

“Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jiċċaraw li l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, b'mod partikolari fl-Artikolu 8 tiegħu, ma jipprevedix l-eżenzjoni mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), bl-eċċezzjoni ta' taxxa fuq il-fatturat fuq l-importazzjonijiet, u ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jintaxxaw karburant għall-avjazzjoni għal titjiriet domestiċi jew intraKomunitarji f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE.”


Top