Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0706

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 706/2010 tal- 5 ta’ Awwissu 2010 li jikkoreġi l-verżjonijiet bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bil-Portugiż u bir-Rumen tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

    ĠU L 205, 6.8.2010, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/706/oj

    6.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 205/2


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 706/2010

    tal-5 ta’ Awwissu 2010

    li jikkoreġi l-verżjonijiet bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bil-Portugiż u bir-Rumen tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 143, 144(1), 148, 156 u 188(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Jidher li hemm żball fil-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola, Franċiża u Rumena tat-test tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (2). Barra minn hekk, jidher li hemm żball fil-verżjoni Portugiża tal-Parti I tal-Anness I għal dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu għalhekk jiġi kkorreġut skont dan.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Jikkonċerna biss il-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola, Franċiża, Portugiża u Rumena.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.


    Top