EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0431

2010/431/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX/1/2010 tas- 27 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

ĠU L 202, 4.8.2010, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/431/oj

4.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EULEX/1/2010

tas-27 ta’ Lulju 2010

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

(2010/431/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Frar 2008 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK li stabbilixxiet il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (minn hawn ‘il quddiem “EULEX KOSOVO”).

(2)

Fit-8 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (2) li testendi t-tul tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Taħt l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà hu awtorizzat, b’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EULEX KOSOVO, inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ottubru 2010.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX/1/2008 tas-7 ta’ Frar 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX Kosovo (3) hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-14 ta’ Ottubru 2011.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(2)  ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.

(3)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 99.


Top