EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42010X0710(03)

Ir-Regolament Nru 8 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ għaddieni jew raġġ tas-sewqan asimetriku jew it-tnejn li huma mgħammra b'bozoz bil-filament bl-aloġenu (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11)

ĠU L 177, 10.7.2010, p. 71–112 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/8(2)/oj

10.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/71


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 8 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ għaddieni jew raġġ tas-sewqan asimetriku jew it-tnejn li huma mgħammra b'bozoz bil-filament bl-aloġenu (H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11)

Reviżjoni 4

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

05 serje ta' emendi – Data tad-dħul fis-seħħ: 8 ta' Settembru 2001

Corrigendum 1 għar-Reviżjoni 4 tar-Regolament - Data ta' dħul fis-seħħ: it-12 ta' Marzu 2003

WERREJ

IR-REGOLAMENT

A.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

0.

Kamp tal-applikazzjoni

1.

Definizzjonijiet

2.

Applikazzjoni għall-approvazzoni ta' fanal ta’ quddiem

3.

Marki

4.

Approvazzjoni

B.   IL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI MEĦTIEĠA GĦALL-FANALI TA’ QUDDIEM

5.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

6.

Illuminazzjoni

7.

Kundizzjonijiet rigward il-lentijiet u l-filtri kkuluriti

8.

Il-kejl tal-iskumdità

9.

Fanal ta' quddiem standard

10.

Osservazzjoni dwar il-kulur

C.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI OĦRA

11.

Modifikazzjonijiet u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip ta' fanal ta' quddiem

12.

Konformità fil-produzzjoni

13.

Sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

14.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

15.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi

16.

Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

Anness 1 —

Komunikazzjoni

Anness 2 —

Verifika tal-konformità fil-produzzjoni ta’ fanali ta’ quddiem mgħammra b’bozoz bil-filament tat-tipi H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11

Anness 3 —

Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki ta’ approvazzjoni

Anness 4 —

Skrinijiet tal-kejl

Anness 5 —

Testijiet għall-istabbilità tal-prestazzjoni fotometrika tal-fanali ta’ quddiem waqt li jkunu mixgħulin.

Anness 6 —

Rekwiżiti għall-bozoz li fihom lenti magħmula minn materjal tal-plastik – l-ittestjar ta' lenti jew kampjuni tal-materjal u ta' bozoz kompluti

Anness 7 —

Ir-rekwiżiti minimi għat-teħid ta' kampjuni minn spettur

A.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

0.   KAMP TAL-APPLIKAZZJONI (1)

Dan ir-Regolament japplika għall-fanali ta' quddiem ta' vetturi bil-mutur li jistgħu jinkorporaw lentijiet magħmula minn materjal tal-ħġieġ jew tal-plastik.

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament,

1.1.   “Lenti” tfisser il-komponent li qiegħed l-aktar lejn in-naħa ta’ barra tal-fanal ta’ quddiem (unità) li jittrażmetti d-dawl minn ġol-wiċċ li jdawwal;

1.2.   “Kisja” tfisser kwalunkwe prodott jew prodotti applikati fi strat wieħed jew aktar mal-wiċċ ta’ barra ta' lenti;

“Il-fanali ta’ quddiem ta’ tipi differenti” huma fanali ta’ quddiem li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:

1.3.1.   l-isem jew il-marka kummerċjali;

1.3.2.   il-karatteristiċi tas-sistema ottika;

1.3.3.   l-inklużjoni jew it-tneħħija tal-komponenti li jistgħu jbiddlu l-effetti ottiċi permezz ta’ riflessjoni, rifrazzjoni, assorbiment u/jew deformazzjoni waqt l-użu. Iżda t-tqegħid jew it-tneħħija ta’ filtri li huma maħsuba biex ibiddlu biss il-kulur tar-raġġ tad-dawl u mhux il-mod li jiġi ddistribwit id-dawl ma jikkostitwixxux bidla tat-tip;

1.3.4.   kemm huma adattati għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin jew min-naħa tax-xellug jew għaż-żewġ sistemi ta’ traffiku;

1.3.5.   it-tip ta’ raġġ prodott (raġġ għaddieni, raġġ għas-sewqan jew it-tnejn);

1.3.6.   il-ħolder maħsub biex iżomm il-bozza (jew il-bozoz) ta’ wieħed mit-tipi H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11 (2)  (3);

1.3.7.   il-materjali li jikkostitwixxu l-lentijiet u l-kisja, fejn japplika.

2.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ FANAL TA’ QUDDIEM (4)

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ fanal ta’ quddiem għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem kummerċjali jew tat-trejdmark jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. Din għandha tispeċifika:

2.1.1.   jekk il-fanal ta’ quddiem huwiex maħsub biex jipprovdi kemm raġġ għaddieni kif ukoll raġġ għas-sewqan jew wieħed biss minn dawn ir-raġġi;

jekk, ladarba l-fanal ta’ quddiem huwa maħsub biex jipprovdi raġġ għaddieni, huwiex maħsub kemm għas-sewqan fuq in-naħa tax-xellug kif ukoll fuq in-naħa tal-lemin, jew biss għas-sewqan fuq naħa waħda, jew ix-xellug jew il-lemin;

2.1.2.1.   jekk il-fanal ta’ quddiem huwa mgħammar b’riflettur li jista’ jiġi aġġustat, il-pożizzjoni(jiet) tal-immontar tal-fanal relatat mal-art u mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

2.1.3.   il-kulur tar-raġġ li joħroġ mil-fanal;

Kull applikazzjjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

tliet kopji tad-disinji ddettaljati biżżejjed li jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip u li jirrappreżentaw id-dehra tal-fanal ta' quddiem, bid-dettalji tal-istrixxi (ribbing) ta’ fuq il-lenti jekk ikun hemm minn dawn, u l-angolu rett; id-disinji għandhom jindikaw l-ispazju rriservat għall-marka tal-approvazzjoni;

2.2.1.1.   jekk il-fanal ta’ quddiem ikun mgħammar b’riflettur li jista’ jiġi aġġustat, indikazzjoni tal-pożizzjoni(jiet) tal-immontar tal-fanal relatat mal-art u mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il-fanal se jintuża f’dik (dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss;

2.2.2.   speċifikazzjoni teknika fil-qosor;

2.2.3.   żewġ kampjuni tat-tip tal-fanal ta’ quddiem;

għat-test tal-materjal tal-plastik li minnu huma magħmula l-lentijiet:

tlettax-il lenti;

2.2.4.1.1.   sitta minn dawn il-lentijiet jistgħu jiġu ssostitwiti b’sitt kampjuni ta’ materjal b’daqs mill-inqas ta’ 60 × 80 mm, li għandhom il-wiċċ ta’ barra ċatt jew konvess u b’erja sostanzjalment ċatta (bir-radju tal-kurvatura ta’ mhux inqas minn 300 mm) fin-nofs ta’ b’daqs ta’ mill-inqas 15 × 15 mm;

2.2.4.1.2.   kull lenti jew kampjun ta’ materjal ta’ dan it-tip għandha tkun prodotta bil-metodu li se jintuża fil-produzzjoni fi kwantità kbira;

2.2.4.2.   riflettur li miegħu jistgħu jitwaħħlu l-lentijiet b'konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur.

2.3.   Il-materjali li minnhom huma magħmula l-lentijiet u l-kisjiet, jekk hemm, għandhom ikollhom magħhom ir-rapport tat-test tal-karatteristiċi ta’ dawn il-materjali u l-kisjiet jekk diġà ġew ittestjati.

2.4.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex jiġu żgurati kontrolli effettivi fuq il-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

3.   L-IMMARKAR (5)

3.1.   Il-fanali ta’ quddiem imressqa għall-approvazzjoni għandhom juru l-isem kummerċjali jew it-trejdmark ta’ min qed japplika.

3.2.   Għandhom jinkludu, fuq il-lenti u fuq il-parti prinċipali (6), spazji ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali li jissemmew fil-paragrafu 4; dawn l-ispazji għandhom ikunu indikati fid-disinji li jissemmew fil-paragrafu 2.2.1 aktar ’il fuq.

3.3.   Il-fanali ta’ quddiem maħsuba biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa kemm tat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u kemm ta’ dak li ġej min-naħa tax-xellug għandu jkollhom il-marki li jindikaw iż-żewġ modi għar-regolament tal-unità ottika ta’ fuq il-vettura jew tal-bozza tal-filament fuq ir-riflettur; dawn il-marki għandhom jikkonsistu fl-ittri “R/D” għall-pożizzjoni tat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u fl-ittri “L/G” għall-pożizzjoni tat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.

4.   L-APPROVAZZJONI

4.1.   Ġenerali

4.1.1.   Għandha tingħata l-approvazzjoni jekk il-kampjuni kollha ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem imressqa skont il-paragrafu 2 aktar ’il fuq jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.1.2.   Fejn il-bozoz raggruppati, magħquda jew inkorporati reċiprokament jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ aktar minn Regolament wieħed, marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda tista’ titwaħħal sakemm kull waħda mill-fanali raggruppati, magħquda jew inkorporati reċiprokament tissodisfa d-dispożizzjonijiet li japplikaw għaliha.

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal fanali ta' quddiem li huma mmuntati b'bozza b'żewġ filamenti fejn huwa approvat raġġ wieħed.

4.1.3.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri ta’ dan (fil-preżent 04) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi prinċipali reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal li jaqa’ taħt dan ir-Regolament, ħlief f'każ li l-approvazzjoni tkun estiża għal apparat li jvarja biss mill-apparat li diġà huwa approvat fil-kulur tad-dawl li jitfa’.

4.1.4.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament, bl-indikazzjonijiet skont il-paragrafu 2.2.1.1.

4.1.5.   Minbarra l-marka preskritta fil-paragrafu 3.1, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni, kif deskritta fil-paragrafi 4.2 u 4.3 aktar ’l isfel, fl-ispazji li jissemmew fil-paragrafu 3.2 aktar ’il fuq, għal kull fanal ta’ quddiem li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament.

4.2.   Il-kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun komposta minn:

marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tinkludi:

4.2.1.1.   ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (7)

4.2.1.2.   in-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 4.1.3 aktar ’il fuq.

Is-simbolu (jew simboli) addizzjonali li ġejjin:

4.2.2.1.   fuq fanali ta' quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' traffiku li ġej min-naħa tax-xellug biss, vleġġa orizzontali, li tipponta lejn il-lemin ta' osservatur li qiegħed faċċata tal-fanal ta' quddiem, jiġifieri mal-ġenb tat-triq li fiha jgħaddi t-traffiku;

4.2.2.2.   fuq il-fanali ta’ quddiem maħsuba biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa taż-żewġ sistemi tat-traffiku permezz ta’ aġġustament xieraq tal-mod kif tkun irregolata l-unità ottika jew il-bozza tal-filament, vleġġa orizzontali b’ponta fuq kull naħa, bil-ponot jippuntaw rispettivament lejn ix-xellug u lejn il-lemin;

4.2.2.3.   fuq fanali ta' quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għaddieni biss, l-ittri “HC”;

4.2.2.4.   fuq fanali ta' quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għaddieni biss, l-ittri “HR”;

4.2.2.5.   fuq fanali ta' quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fejn għandhom x'jaqsmu kemm ir-raġġ għaddieni u r-raġġ tas-sewqan, l-ittri “HCR”;

4.2.2.6.   fuq il-fanali ta’ quddiem li jinkorporaw lenti ta’ materjal tal-plastik, il-grupp tal-ittri “PL” irid jitwaħħal ħdejn is-simboli preskritti fil-paragrafi 4.2.2.3 sa 4.2.2.5 ta’ hawn fuq;

4.2.2.7.   fuq il-fanali ta’ quddiem li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ tas-sewqan, indikazzjoni tal-intensità massima mdawla murija b’marka ta’ referenza, kif iddefinit fil-paragrafu 6.3.2.1.2 aktar ’l isfel, imqiegħda ħdejn iċ-ċirku li jdawwar l-ittra “E”; fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem raggruppati jew inkorporati reċiprokament, indikazzjoni tal-intensità massima mdawla tar-raġġi tas-sewqan bħala unità sħiħa għandha tintwera kif inhu spjegat aktar ’il fuq.

F’kull każ il-mod operattiv rilevanti użat matul il-proċedura tat-test skont il-paragrafu 1.1.1.1 tal-Anness 5 u l-vultaġġ(i) permess(i) skont il-paragrafu 1.1.1.2 tal-Anness 5 għandhom jiġu stipulati fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni u fuq il-formola tal-komunikazzjoni trażmessi lill-pajjiżi li huma l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim u li japplikaw dan ir-Regolament. Fil-każijiet li jikkorrispondu, it-tagħmir għandu jiġi mmarkat kif ġej:

4.2.3.1.   fuq unitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li huma ddisinjati b'tali mod li l-filament tar-raġġ għaddieni ma jixgħelx flimkien ma’ ebda dawl ieħor li miegħu jista’ jkun reċiprokament inkorporat, għandha titqiegħed linja djagonali (/) wara s-simbolu tar-raġġ għaddieni fil-marka tal-approvazzjoni.

4.2.3.2.   fuq il-fanali ta’ quddiem li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa tal-Anness 5 għal dan ir-Regolament biss meta jkollhom vultaġġ ta’ 6 V jew 12 V, simbolu li jikkonsisti min-numru 24 maqtugħ b’salib immejjel (×), għandu jitqiegħed ħdejn l-apparat li jżomm il-bozza tal-filament.

4.2.4.   Iż-żewġ figuri tan-numru tal-approvazzjoni (fil-preżent 04) li jindikaw is-serje tal-emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien li nħarġet l-approvazzjoni u, jekk hemm bżonn il-vleġġa meħtieġa, jistgħu jiġu mmarkati viċin is-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.

4.2.5.   Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 4.2.1 u 4.2.2 iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-fanal ikun imwaħħal fuq il-vettura.

4.3.   L-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni

4.3.1.   Fanali indipendenti

Id-dijagrammi minn 1 - 9 fl-Anness 3, juru eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni bis-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.

Il-fanali raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati

Fejn il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti f’ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titqiegħed fuq kwalunkwe parti tal-bozoz raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

4.3.2.1.1.   tkun viżibbli wara li jiġu installati,

4.3.2.1.2.   l-ebda parti mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament li tittrażmetti d-dawl ma tista’ titneħħa mingħajr, fl-istess ħin, ma titneħħa l-marka tal-approvazzjoni.

Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal allokat għal kull Regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar riċenti għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni, u jekk hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

jew:

4.3.2.2.1.   fuq il-wiċċ relevanti li jagħti d-dawl,

jew

4.3.2.2.2.   fi grupp, b’mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, magħquda jew inkorporati reċiprokament jista’ jkun identifikat b’mod ċar (ara l-erba’ eżempji fl-Anness 3).

4.3.2.3.   Id-daqs tal-komponenti ta’ marka waħda tal-approvazzjoni ma għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iċken fost il-marki individwali permezz tar-Regolament li taħtu ngħatat l-approvazzjoni.

4.3.2.4.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti dan l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanali raggruppati, magħquda jew inkorporati reċiprokament, skont ir-Regolament preżenti.

4.3.2.5.   Id-dijagramma 10 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament tagħti l-eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għall-fanali raggruppati, magħquda jew inkorporati reċiprokament bis-simboli addizzjonali kollha msemmija hawn fuq.

Il-fanali, li l-lenti tagħhom hi użata għal tipi differenti ta' fanali u li jistgħu jiġu reċiprokament inkorporati jew raggruppati ma' fanali oħrajn

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.3.2 hawn fuq huma applikabbli.

4.3.3.1.   Barra dan, fejn tintuża l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha fuqha marki ta’ approvazzjoni differenti marbutin mat-tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ fanali, sakemm il-parti prinċipali tal-fanali ta’ quddiem, anki jekk ma tistax tiġi sseparata mil-lenti, tinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-paragrafu 3.2 ta’ hawn fuq u jkollha l-marki ta’ approvazzjoni tal-funzjonijiet proprji.

Jekk tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jinkludu l-istess parti prinċipali, din tal-aħħar tista’ tingħata marki tal-approvazzjoni differenti.

4.3.3.2.   Id-dijagramma 11 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament tagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni marbutin mal-każ imsemmi hawn fuq.

B.   IL-KUNDIZZJONIJIET TEKNIĊI MEĦTIEĠA GĦALL-FANALI TA’ QUDDIEM (8)

5.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi minn 6 sa 8 aktar ’l isfel.

Il-fanali ta’ quddiem għandhom ikunu magħmula b’mod li jżommu l-karatteristiċi fotometriċi preskritti tagħhom u li jibqgħu jaħdmu tajjeb meta jkunu użati b’mod normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jiġu suġġetti għalihom.

5.2.1.   Il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu mgħammra bi strument li bih jistgħu jkunu aġġustati fuq il-vetturi sabiex jikkonformaw mar-regoli applikabbli għalihom. Strument bħal dan ma għandux għalfejn jitwaħħal fuq komponenti li fihom ir-riflettur u l-lenti tat-tixrid ma jistgħux jiġu sseparati, sakemm l-użu ta’ unitajiet bħal dawn isir biss f’vetturi li fuqhom il-mod kif jistgħu jiġu rregolati l-fanali ta’ quddiem jista’ jiġi aġġustat b’xi mezzi oħra. Fejn fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ għas-sewqan u fanal ta’ quddiem li jipprovdi raġġ għaddieni, kull wieħed minnhom mgħammar bil-bozza tal-filament tiegħu, jkunu mmuntati biex jifformaw unità komposta, l-istrument li jaġġusta għandu jippermetti li kull sistema ottika tista’ tiġi aġġustata b’mod individwali kif ikun hemm bżonn. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-unitajiet ta' fanali ta’ quddiem li r-rifletturi tagħhom mhumiex separabbli minn ma’ xulxin. Għal dan it-tip ta’ unità japplikaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta' hawn taħt.

5.3.   Il-komponenti li permezz tagħhom il-bozza/bozoz bil-filament titwaħħal/jitwaħħlu mar-riflettur għandhom ikunu mfassla b'tali mod li, anki fid-dlam, il-bozza bil-filament ma tkun tista' titwaħħal f'ebda pożizzjoni ħlief f'dik it-tajba (9).

Il-ħowlder tal-bozza bil-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi dimensjonali kif spjegat fil-folji ta' dejta li ġejjin tal-Pubblikazzjoni tal-IEC 61-2:

Bozoz tal-filament

Ħowlder

Il-folji tad-dejta

H1

P 14,5s

7005-46-3

H2

X 5111

7005-99-2

H3

PK 22s

7005-47-1

HB3

P 20d

7005-31-1

HB4

P 22d

7005-32-1

H7

PX 26d

7005-5-1

H8

PG 17

7005-110-1

HIR1

PX 20d

7005-…-1

HIR2

PX 22d

7005-…-.

H9

PGJ 19-5

7005-110-1

H11

PGJ 19-2

7005-110-1

5.4.   Il-fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa kemm tat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u kemm ta’ dak li ġej min-naħa tax-xellug jistgħu jiġu adattati għat-traffiku li ġej minn naħa speċifika tat-triq jew permezz ta’ ssettjar inizjali xieraq meta jkunu qegħdin jitwaħħlu mal-vettura, jew permezz ta’ ssettjar magħżul mill-utent. Din l-issettjar inizjali jew magħżul wara jista’ jikkonsisti, pereżempju, mit-twaħħil jew tal-unità ottika mal-vettura b’angolu speċifikat jew tal-bozza tal-filament b’angolu speċifikat f’relazzjoni għall-unità ottika. Fil-każijiet kollha, għandhom ikunu possibbli biss żewġ pożizzjonijiet preċiżi ta' ssettjar, waħda għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u waħda għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, u d-disinn għandu jipprekludi ċ-ċaqliq involontarju tal-fanal ta' quddiem minn pożizzjoni waħda għall-oħra jew it-tqegħid tiegħu f'pożizzjoni intermedja. Fejn huma pprovduti żewġ modi differenti ta’ kif tkun issettjata l-bozza bil-filament, il-komponenti għat-twaħħil tal-bozza bil-filament mar-riflettur iridu jiġu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li, f’kull waħda miż-żewġ modi ta’ ppustjar, il-bozza bil-filament tinżamm fil-pożizzjoni bil-preċiżjoni meħtieġa għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa waħda biss tat-triq. Il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata viżwalment u, fejn meħtieġ, b'immuntar bi prova.

Fuq il-bozoz ta’ quddiem maħsuba biex jipprovdu alternattivament raġġ għas-sewqan u raġġ għaddieni, kwalunkwe strument mekkaniku, elettromekkaniku jew ta’ xi tip ieħor inkorporat fil-bozza ta’ quddiem sabiex isir bdil minn raġġ għall-ieħor (10) irid jkun mibni b’mod li:

5.5.1.   l-istrument ikun b’saħħtu biżżejjed biex jitħaddem għal 50 000 darba mingħajr ma jsofri ħsara minkejja l-vibrazzjoni li għaliha jista’ jiġi soġġett waqt l-użu normali;

5.5.2.   fil-każ li ma jibqax jaħdem huwa possibbli li jikseb tar-raġġ għaddieni awtomatikament;

5.5.3.   jew ir-raġġ għaddieni jew ir-raġġ għas-sewqan jistgħu dejjem jinkisbu mingħajr kwalunkwe possibbiltà li l-mekkaniżmu jieqaf bejn iż-żewġ pożizzjonijiet;

5.5.4.   l-utent ma jistax, permezz ta’ għodod ordinarji, ibiddel il-forma jew il-pożizzjoni tal-partijiet li jiċċaqalqu.

5.6.   Għandhom jitwettqu testijiet komplementari skont il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-Anness 5 sabiex ikun żgurat li waqt l-użu ma jkun hemm l-ebda bidla eċċessiva fit-turija fotometrika.

5.7.   Jekk il-lenti tal-bozza ta’ quddiem hija magħmula minn materjal tal-plastik, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-kundizzjonijiet meħtieġa tal-Anness 6.

6.   L-ILLUMINAZZJONI

6.1.   Dispożizzjonijiet Ġenerali

6.1.1.   Il-bozoz ta' quddiem għandhom ikunu magħmula b'tali mod li bil-bozoz tal-filament xierqa H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 u/jew H11 jipprovdu illuminazzjoni adegwata mingħajr ma tgħammex l-għajnejn fil-każ ta' raġġ għaddieni u illuminazzjoni tajba fil-każ tar-raġġ tas-sewqan.

6.1.2.   L-illuminazzjoni li tiġi mill-fanal ta' quddiem għandha tkun iċċekkjata fuq skrin vertikali mqiegħed 25 m ’il quddiem mill-bozza ta’ quddiem u f’angolu rett mal-assi tagħha (Ara l-Anness 4).

6.1.3.   Il-fanali ta' quddiem għandhom ikunu vverifikati permezz ta' (a) bozza (bozoz) tal-filament (referenza) standard mfassla għal vultaġġ imkejjel ta' 12 V, xi filtri selettivi-sofor (11) li għandhom jinbidlu b'filtri ġeometrikament identiċi mhux ikkuluriti b'fattur tat-trasmissjoni ta' mill-anqas 80 fil-mija. Matul il-verifika tal-fanal ta' quddiem il-vultaġġ fit-terminali tal-bozza bil-filament għandu jkun irregolat b'tali mod li jinkisbu l-karatteristiċi li ġejjin:

Bozoz tal-filament

Il-provvista approssimattiva tal-vultaġġ (f'V) għall-qisien

Il-fluss tad-dawl (f'lumens)

H1

12

1 150

H2

12

1 300

H3

12

1 100

HB3

12

1 300

HB4

12

825

H7

12

1 100

H8

12

600

HIR1

12

1 840

HIR2

12

1 355

H9

12

1 500

H11

12

1 000

Il-fanal ta' quddiem għandha titqies sodisfaċenti jekk ir-rekwiżiti fotometriċi huma ssodisfati b'minn tal-inqas lampa tal-filament standard (referenza) waħda ta' 12-volt li għandha tingħata mal-fanal ta' quddiem.

6.1.4.   Id-dimensjonijiet li jiddeterminaw il-pożizzjoni tal-filamenti ġewwa l-bozza bil-filament standard huma murija fid-dokumenti tad-dejta relevanti ta' dan id-dokument Nru 37.

6.1.5.   Il-bozza tal-bozza tal-filament standard għandha tkun ta' forma u kwalità ottika tali li ma tikkawżax kwalunkwe riflessjoni jew refrazzjoni li taffettwa d-distribuzzjoni tad-dawl. Il-konformità ma' dan ir-rekwiżit għandha tkun iċċekkjata bil-kejl tad-distribuzzjoni tad-dawl miksuba meta fanal ta' quddiem (referenza) standard jiġi mgħammar b'bozza tal-filament (referenza) standard.

6.2.   Id-dispożizzjonijiet dwar ir-raġġ għaddieni

6.2.1.   Ir-raġġ għaddieni irid jipproduċi “punt ta’ waqfien” definit biżżejjed li jippermetti aġġustament sodisfaċenti bl-għajnuna tiegħu. Il-“punt ta’ waqfien” irid ikun linja dritta orizzontali fuq in-naħa opposta għad-direzzjoni tat-traffiku li għalih huwa intenzjonat il-fanal ta’ quddiem; fuq in-naħa l-oħra ma tridx testendi lil hinn la mil-linja miksura HV H1 H4 ifformata minn linja dritta HV H1 f’angolu ta’ 45 mal-linja orizzontali u l-linja dritta H1 H4, 25 ċm ’il fuq mil-linja dritta hh, u lanqas lil hinn mil-linja dritta HV H3, inklinata b’angolu ta’ 15° ’il fuq mill-orizzontali (ara l-Anness 4). Punt ta’ waqfien li jestendi lil hinn kemm mil-linja HV H2 u kemm mil-linja H2 H4 u li jirriżulta mill-għaqda taż-żewġ possibbiltajiet ta’ aktar ’il fuq ma għandu jkun permess fl-ebda ċirkostanza.

Il-bozza ta’ quddiem għandha tkun immirata b’mod li:

6.2.2.1.   fil-każ tal-fanali ta’ quddiem iddisinjati biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin, il-“punt ta’ waqfien” fuq in-nofs xellugi tal-iskrin (12) huwa orizzontali u, fil-każ tal-fanali ta’ quddiem iddisinjati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, il-“punt ta’ waqfien” fuq in-nofs lemini tal-iskrin huwa orizzontali;

6.2.2.2.   din il-parti orizzontali tal-“punt ta’ waqfien” tinsab fuq l-iskrin 25 ċm ’l isfel mil-linja hh (ara l-Anness 4);

6.2.2.3.   il-“minkeb” tal-“punt ta’ waqfien” jinsab fuq il-linja vv (13).

6.2.3.   Meta tkun immirata b’dan il-mod, il-fanal ta’ quddiem jeħtieġ, jekk l-approvazzjoni tiegħu hija mfittxa biss biex tipprovdi raġġ għaddieni (14), tikkonforma biss mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi minn 6.2.5 sa 6.2.7 aktar ’l isfel; jekk hija intenzjonata biex tipprovdi kemm raġġ għaddieni u kemm raġġ għas-sewqan, din għandha tikkonforma mer-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi minn 6.2.5 sa 6.2.7 u 6.3.

6.2.4.   Fejn il-fanal ta’ quddiem immirat b’dan il-mod ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi minn 6.2.5 sa 6.2.7 u 6.3, jista’ jitbiddel l-allinjament tiegħu, sakemm l-assi tar-raġġ mhuwiex imċaqlaq lateralment b’aktar minn 1° (= 44 ċm) lejn il-lemin jew lejn ix-xellug (15). Biex jiġi ffaċilitat l-allinjament permezz tal-“punt ta’ waqfien”, il-fanal ta’ quddiem jista’ jiġi parzjalment mgħotti sabiex il-“punt ta’ waqfien” isir aktar definit.

6.2.5.   L-illuminazzjoni li tiġi mir-raġġ għaddieni fuq l-iskrin għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Il-punt fuq l-iskrin tal-kejl

L-illuminazzjoni neċessarja f’lux

Fanali ta' quddiem għal traffiku tan-naħa tal-lemin

Fanali ta' quddiem għal traffiku tan-naħa tax-xellug

Punt B

50 L

Punt B

50 R

≤ 0.4

Punt 75

R

Punt 75

L

≥ 12

Punt 75

L

Punt 75

R

≤ 12

Punt 50

L

Punt 50

R

≤ 15

Punt 50

R

Punt 50

L

≥ 12

Punt 50

V

Punt 50

V

≥ 6

Punt 25

L

Punt 25

R

≥ 2

Punt 25

R

Punt 25

L

≥ 2

Kwalunkwe punt fiż-żona III

≤ 0.7

Kwalunkwe punt fiż-żona IV

≥ 3

Kwalunkwe punt fiż-żona I ≤ 2 x (E50R or E50L) (*)

 

6.2.6.   Ma għandu jkun hemm l-ebda varjazzjoni laterali li tnaqqas mill-viżibilità tajba fi kwalunkwe waħda miż-żoni I, II, III u IV.

6.2.7.   Il-valuri tal-illuminazzjoni fiż-żoni “A” u “B” kif murija fid-Dijagramma C fl-Anness 4 għandhom jiġu kkontrollati mill-kejl tal-valuri fotometriċi tal-punti minn 1 sa 8 fuq din id-dijagramma; dawn il-valuri għandhom jaqgħu fil-limiti li ġejjin:

1 + 2 + 3 ≥ 0,3 lux, u

4 + 5 + 6 ≥ 0,6 lux, u

0,7 lux ≥ 7 ≥ 0,1 lux u

0,7 lux ≥ 8 ≥ 0,2 lux

Dawn il-valuri l-ġodda mhumiex meħtieġa għall-fanali ta' quddiem li kienu approvati qabel id-data tal-applikazzjoni tas-Suppliment 4 tas-serje 04 tal-emendi ta' dan ir-Regolament (it-13 ta' Jannar 1993) lanqas għall-estensjonijiet ta' dawn l-approvazzjonijiet (16).

6.2.8.   Il-fanali ta’ quddiem maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kemm tat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin u kemm ta’ dak li min-naħa tax-xellug iridu f’kull waħda miż-żewġ pożizzjonijiet kif tkun irregolata l-unità ottika jew il-bozza tal-filament, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti aktar ’il fuq għad-direzzjoni tat-traffiku li tikkorrispondi.

6.3.   Id-dispożizzjonijiet rigward ir-raġġi tas-sewqan

6.3.1.   Fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem maħsub biex jipprovdi raġġ tas-sewqan u raġġ għaddieni, għandhom jittieħdu l-qisien tal-illuminazzjoni li tiġi fuq l-iskrin mir-raġġ tas-sewqan bl-istess allinjament tal-bozza ta’ quddiem kif sar għall-qisien taħt il-paragrafi minn 6.2.5 sa 6.2.7 aktar ’il fuq; fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li jipprovdi biss raġġ tas-sewqan, għandu jkun aġġustat b’mod li l-erja tal-illuminazzjoni massima hija ċċentrata fuq il-punt tal-intersezzjoni tal-linji hh u vv; fanal ta’ quddiem bħal dan hemm bżonn li jissodisfa r-rekwiżiti li jissemmew fil-paragrafu 6.3 biss.

L-illuminazzjoni li tiġi fuq l-iskrin mir-raġġ tas-sewqan għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

il-punt tal-intersezzjoni (HV) tal-linji hh u vv għandu jinsab fl-isolux bi 80 perċentwal tal-illuminazzjoni massima. Dan il-valur massimu (EM) ma għandux ikun inqas minn 48 lux; Il-valur massimu ma għandu fl-ebda każ jaqbeż il-240 lux; barra minn dan, fil-każ ta’ fanal ta’ quddiem li huwa kemm (tad-dawl) il-baxx u kemm tas-sewqan, dan il-valur massimu ma għandux ikun ta’ aktar minn 16-il darba l-illuminazzjoni mkejla għar-raġġ għaddieni fil-punt 75 R (jew 75 L).

6.3.2.1.1.   l-intensità massima (IM) tar-raġġ tas-sewqan espressa f’eluf ta’ kandelas għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formula:

Formula

6.3.2.1.2.   il-marka ta’ referenza (I'M) li tindika din l-intensità massima u li tissemma fil-paragrafu 4.2.2.7. aktar ’il fuq, għandha tinkiseb permezz tal-formula:

Formula

dan il-valur għandu jitqarreb għal kwalunkwe wieħed li l-aktar viċin ta' dawn li ġejjin: 7,5, 10, 12,5, 17,5, 20, 25, 27,5, 30, 37,5, 40, 45, 50.

6.3.2.2.   Jibda mill-punt HV, orizzontalment lejn il-lemin u x-xellug l-illuminazzjoni ma għandhiex tkun inqas minn 24-il lux sa distanza ta' 1,125 m u mhux inqas minn sitta lux sa distanza ta' 2,25 m.

Fil-każ tal-fanali ta’ quddiem b’riflettur li jista’ jiġi aġġustat huma applikabbli r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2 u 6.3 għal kull pożizzjoni tal-immontar kif indikata skont il-paragrafu 2.1.3. Għandha tintuża l-proċedura li ġejja għall-verifika:

6.4.1.   kull pożizzjoni applikata hija rrealizzata fuq il-gonjometru tat-test fir-rigward ta’ linja li tgħaqqad iċ-ċentru tas-sors tad-dawl mal-punt HV fuq skrin għall-mira. Ir-riflettur li jista’ jiġi aġġustat imbagħad jiġi mċaqlaq f’pożizzjoni tali li d-disinn tad-dawl fuq l-iskrin jikkorrispondi mal-preskrizzjonijiet tal-mira tal-paragrafi minn 6.2.1 sa 6.2.2.3 u/jew 6.3.1;

6.4.2.   bir-riflettur inizjalment imwaħħal skont il-paragrafu 6.4.1, il-fanal ta’ quddiem irid jissodisfa r-rekwiżiti fotometriċi rilevanti tal-paragrafi 6.2 u 6.3;

6.4.3.   it-testijiet addizzjonali jitwettqu wara li r-riflettur jitressaq vertikalment ± -2 gradi jew tal-inqas fil-pożizzjoni massima, jekk inqas minn 2°, mill-pożizzjoni inizjali tiegħu permezz tal-istrument li jaġġusta l-fanal ta’ quddiem. Wara li terġa’ tiġi mmirata l-bozza ta’ quddiem kollha kemm hi (permezz tal-gonjometru pereżempju) fid-direzzjoni opposta li tikkorrispondi tal-prodott tad-dawl fid-direzzjonijiet li ġejjin, għandha tiġi kkontrollata u tibqa’ fil-limiti neċessarji: ir-raġġ għaddieni:

il-punti HV u 75 R (75 L rispettivament);

ir-raġġ tas-sewqan: IM u l-punt HV (perċentwali ta’ IM).

6.4.4.   jekk min qed japplika indika aktar minn pożizzjoni waħda għall-immontar, il-proċedura tal-paragrafi minn 6.4.1 sa 6.4.3 għandha tkun irripetuta għall-pożizzjonijiet l-oħra kollha;

6.4.5.   jekk min qed japplika ma talabx għal pożizzjonijiet speċjali għall-immontar, il-fanal ta’ quddiem għandu jiġi mmirat għall-kejl tal-paragrafi 6.2 u 6.3 bl-istrument li bih jistgħu jiġu aġġustati l-fanali ta’ quddiem fil-pożizzjoni intermedja tiegħu. It-testijiet addizzjonali tal-paragrafu 6.4.3 għandhom isiru bir-riflettur imċaqlaq lejn il-pożizzjonijiet estremi tiegħu (minflok +/-2°) permezz tal-istrument li bih jistgħu jiġu aġġustati l-fanali ta’ quddiem.

6.5.   Il-valuri tal-illuminazzjoni tal-iskrin imsemmija fil-paragrafi minn 6.2.5 sa 6.2.7 u 6.3 hawn fuq għandhom jitkejlu permezz ta’ fotoreċettur, li l-erja effettiva tiegħu għandha tinżamm fi kwadru bi ġnub ta’ 65 mm.

7.   REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW LENTIJIET TAL-KULUR U FILTRI

7.1.   Approvazzjoni tista' tinkiseb għall-fanali ta' quddiem li jitfgħu dwal bojod jew isfar selettiv ma' bozza tal-filament.

Espressi f'koordinati trikromatiċi CIE, il-karatteristiċi tal-kuluri kolorimetriċi huma kif ġej:

Filtru selettiv isfar (skrin jew lenti)

Limitu lejn l-aħmar

y ≥ 0,138 + 0,580 x

Limitu lejn l-aħdar

y ≤ 1,29 x – 0,100

Limitu lejn l-abjad

y ≥ – x + 0,966

Limitu lejn valur spettrali

y ≤ – x + 0,992

li jista' jiġi espress kif ġej:

mewġiet elettromanjetiċi dominanti:

575–585 nm

fattur ta' purità:

0,90–0,98

Il-fattir tat-trażmissjoni għandu jkun ≥ 0,78 meta jkun iddeterminat permezz ta' sors b'temperatura ta' kulur ta' 2 856K (17)

7.2.   Il-filtru għandu jkun parti mill-fanal ta' quddiem, u għandu jingħaqad magħha b'tali mod li l-utent ma jistax ineħħih jew bi żball jew, b'għodod ordinarji, intenzjonalment.

8.   IL-KEJL TAL-ISKONFORT

Għandu jitkejjel l-iskonfort ikkawżat mir-raġġ għaddieni tal-fanali ta’ quddiem (18).

9.   IL-FANAL TA' QUDDIEM STANDARD (19)

Fanal ta’ quddiem jitqies bħala fanal ta’ quddiem (referenza) standard jekk:

9.1.   jissodisfa r-rekwiżiti msemmija hawn fuq għall-approvazzjoni;

9.2.   għandu djametru effettiv ta' mhux inqas minn 160 mm;

jipprovdi b'bozza bil-filament standard, fil-punti varji u fl-ispazji varji msemmija fil-paragrafu 6.2.5, illuminazzjoni ugwali għal:

9.3.1.   mhux iktar minn 90 fil-mija tal-limiti massimi u

9.3.2.   mhux inqas minn 120 fil-mija tal-limiti massimi preskritti fit-tabella fil-paragrafu 6.2.5.

10.   OSSERVAZZJONI LI TIKKONĊERNA L-KULUR

Minħabba li tingħata kull approvazzjoni skont dan ir-Regolament, skont il-paragrafu 7.1 hawn fuq, għal tip ta' fanal ta' quddiem li jitfa' jew raġġ ta' dawl abjad jew dawl isfar selettiv, l-Artikolu 3 tal-Ftehim li miegħu huwa anness ir-Regolament ma għandux jimpedixxi l-Partijiet Kontraenti milli jipprojbixxu fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ ta' dawl abjad jew isfar selettiv fuq vetturi reġistrati minnhom.

C.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI OĦRA

11.   IL-MODIFIKAZZJONI U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ FANAL

Kull modifika fit-tip tal-fanal ta’ quddiem għandha tiġi mgħarrfa lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta' fanal ta’ quddiem. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

11.1.1.   iqis li mhux probabbli li l-modifiki li saru se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-fanal xorta huwa konformi mar-rekwiżiti; jew

11.1.2.   jitlob lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-test biex dan jagħmel rapport ieħor dwar it-testijiet.

11.2.   Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tkun ikkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.1.4 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

11.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ approvazzjoni għandha tagħti numru ta’ serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula ta’ komunikazzjoni li taqbel mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

12.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

12.1.   Il-fanali ta’ quddiem approvati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6 u 7.

12.2.   Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 12.1 ġew ssodisfati, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.

Il-pussessur tal-approvazzjoni għandu, b’mod partikolari:

12.3.1.   jassigura l-eżistenza ta’ proċeduri għal kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;

12.3.2.   ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma’ kull tip approvat;

12.3.3.   jiżgura li d-dettalji tar-riżultati tat-testijiet huma rreġistrati u li d-dokumenti relatati għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat f'konformità mas-servizz amministrattiv;

12.3.4.   janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, sabiex jikkontrolla u jiżgura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott filwaqt li jagħmel konċessjoni għal varjazzjoni fil-fabbrikazzjoni industrijali;

12.3.5.   jiżgura illi, għal kull tip ta' prodott jitwettqu mill-inqas it-testijiet preskritti fl-Anness 2 ma’ dan ir-Regolament,

12.3.6.   Jiżgura li kull ġbir ta’ kampjuni li jagħti evidenza ta’ nuqqas ta’ konformità mat-tip tat-test ikkunsidrat għandu jagħti lok għal kampjunar ieħor u test ieħor. Il-passi kollha meħtieġa għandhom jittieħdu sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ meta jidhrilha tivverifika l-metodi ta' kontroll dwar il-konformità applikabbli għal kull unità ta' produzzjoni.

12.4.1.   F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-rekords tal-produzzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-ispettur li jkun qed iżur.

12.4.2.   L-ispettur jista’ jagħżel b'mod każwali kampjuni li jridu jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat fid-dawl tar-riżultati tal-kontrolli tal-manifattur stess.

12.4.3.   Meta l-livell tal-kwalità ma jidhirx sodisfaċenti jew jidher li hemm bżonn li tiġi ppruvata l-validità tat-testijiet li jkunu saru bl-applikazzjoni tal-paragrafu 12.4.2 hawn fuq, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni, li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq il-provi tal-approvazzjoni tat-tip billi jintużaw il-kriterji tal-Anness 7.

12.4.4.   L-awtorità kompetenti tista' twettaq kwalunkwe test stabbilit f'dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet se jsiru fuq kampjuni magħżula b'mod każwali mingħajr ma jikkawżaw distorzjoni tal-impenni ta' kunsinna tal-manifattur u b'konformità mal-kriterji tal-Anness 7.

12.4.5.   L-aworità kompetenti għandha tagħmel ħilitha biex tikseb frekwenza ta' spezzjoni ta' darba kull sentejn. Madankollu, dan huwa fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti u l-fiduċja tagħhom fl-arranġamenti biex ikun assigurat kontroll effettiv tal-konformità ta' produzzjoni. Fil-każ fejn jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tkun stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni mill-aktar fis possibbli.

12.5.   Il-fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti jitwarrbu.

12.6.   Il-marka ta’ referenza ma titqiesx.

13.   SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

13.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma hemmx konformità mar-rekwiżiti jew jekk fanal ta’ quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.

13.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

14.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ fanal ta’ quddiem approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

15.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amminstrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f’pajjiżi oħra.

16.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

16.1.   Wara sitt xhur wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 112, il-Patijiet Kontraenti li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jieqfu jagħtu approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament.

16.2.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni lil dan u kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi ta' dan ir-Regolament.

16.3.   Approvazzjonijiet ECE mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 112 u l-estensjonijiet kollha ta’ approvazzjonijiet, inklużi dawk għal serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament mogħtija sussegwentement, għandhom jibqgħu validi indefinitivament.

16.4.   Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu joħorġu approvazzjonijiet għal fanali ta' quddiem fuq il-bażi ta’ kwalunkwe serje ta’ emendi għal dan ir-Regolament sakemm il-fanali ta' quddiem huma maħsuba bħala sostituti biex jitwaħħlu fuq vetturi fl-użu.

16.5.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 112, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad it-twaħħil ta' fanal ta' quddiem fuq tip ta' vettura ġdida approvat skont dan ir-Regolament Nru 112.

16.6.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil fuq tip ta' vettura jew vettura ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament.

16.7.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil jew l-użu fuq vettura li qed tintuża ta' fanal ta' quddiem approvat skont dan ir-Regolament kif emendat bi kwalunkwe serje preċedenti ta' emendi, sakemm il-fanal ta' quddiem huwa intiż għas-sostituzzjoni.


(1)  Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jwaqqaf lil Parti Kontraenti li qed tapplika dan ir-Regolament milli tipprojbixxi li fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti magħmula minn materjal tal-plastik approvat skont dan ir-Regolament jingħaqad ma’ tagħmir mekkaniku għat-tindif tal-fanal ta’ quddiem (bil-wajpers).

(2)  “Tip tal-bozza” (“lamp type”) ma għandux jiġi mfixkel ma' “kategorija tal-bozza” (“lamp category”). Dan ir-Regolament jikkonċerna l-fanali ta’ quddiem li jużaw bozoz bil-filament tal-aloġenu tal-kategoriji H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR 2 u/jew H1. Dawn il-kategoriji ta' bozoz tal-filament huma essenzjalment differenti fid-disinn tagħhom u, b'mod aktar partikolari, fil-kappa. Ma jistgħux jitpartu waħda mal-oħra, iżda fi ħdan kategorija waħda ta' lampi tal-filament normalment jista’ jkun hemm diversi tipi.

(3)  Il-bozoz tal-filament HIR 1 u/jew H 9 għandhom ikunu permessi biss biex jipproduċu raġġ għaddieni jekk ikun hemm installat l-istrument(i) għat-tindif tal-bozza ta’ quddiem b’konformità mar-Regolament Nru 45. Barra minn dan, f’rigward l-inklinazzjoni vertikali, id-dispożizzjoni tal-paragrafu 6.2.6.2.2. tas-serje ta’ emendi 01, tar-regolament Nru 48, ma għandhomx jiġu applikati meta jkunu installati dawn il-fanali. Din ir-restrizzjoni għandha tapplika sakemm ma jkunx hemm ftehim ġenerali dwar l-użu ta’ strumenti tal-invellar u tad-tindif tal-fanali fir-rigward tal-livell ta' prestazzjoni tal-fanal.

(4)  Applikazzjoni għall-approvazzoni ta' lampa tal-filament: ara r-Regolament Nru 37.

(5)  Fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ traffiku li jgħaddi fuq naħa waħda biss tat-triq (jew il-lemin jew ix-xellug), huwa rrikkmandat ukoll li l-kontorni tal-erja li tista’ titgħatta, sabiex ma jkunx hemm skumdità għall-utenti f’pajjiż fejn it-traffiku jgħaddi fuq in-naħa tat-triq opposta għal dik tal-pajjiż li għalih kien maħsub il-fanal ta’ quddiem, għandhom ikunu mmarkati b’mod indelibbli fuq il-lenti ta’ quddiem. Madanakollu, dan l-immarkar mhux neċessarju fejn l-erja tidher b’mod ċar mid-disinn.

(6)  Jekk il-lenti ma tistax tinqala' mill-unità ewlenija tal-fanal ta' quddiem ta' kontra ċ-ċpar, spazju fuq il-lenti għandu jkun suffiċjenti.

(7)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbajġan, 40 għall-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu tal-ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajna, 47 għall-Afrika t’Isfel u 48 għan-New Zealand. In-numri segwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

(8)  Il-kundizzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-bozoz tal-filament: ara r-Regolament Nru 37.

(9)  Fanal ta’ quddiem jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu jekk il-bozza tal-filament tista’ titwaħħal faċilment fil-fanal ta’ quddiem u l-mankijiet li jqiegħduha fil-pożizzjoni tagħha jistgħu jitwaħħlu b’mod korrett fix-xquq tagħhom anki fid-dlam.

(10)  Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-iswiċċ tal-kontroll.

(11)  Dawn il-filtri għandhom jikkonsistu fil-komponenti kollha, inkluż il-lenti, li huma maħsuba biex jagħtu kulur lid-dawl.

(12)  L-iskrin tat-test irid ikun wiesa’ biżżejjed li jippermetti li jiġi eżaminat il-“punt ta’ waqfien” fuq firxa ta’ mill-anqas 5 fuq kull naħa tal-linja vv.

(13)  Jekk, fil-każ ta' fanal ta' quddiem iddisinjat biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għaddieni biss, l-assi fokali tiddifferixxi sostanzjalment mid-direzzjoni ġenerali tar-raġġ, jew inkella, ikun x'ikun it-tip tal-fanal ta' quddiem (ir-raġġ għaddieni biss jew ir-raġġ għaddieni u s-sewqan flimkien), ir-raġġ ma għandux punt ta’ waqfien b' “minkeb” ċar għandu jsir aġġustament laterali fl-aħjar mod li jissodisfa r-rekwiżiti għall-illuminazzjoni fil-punti 75 u 50.

(14)  Il-fanal ta' quddiem iddisinjat biex jitfa' raġġ għaddieni jista' jinkorpora raġġ tas-sewqan li ma jikkonformax ma' din l-ispeċifikazzjoni.

(15)  Il-limitu tal-allinjament mill-ġdid ta’ 1° lejn il-lemin jew lejn ix-xellug mhuwiex inkompatibbli mal-allinjament mill-ġdid vertikali ’l fuq jew ’l isfel. Dan tal-aħħar huwa llimitat biss mir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3; madankollu, il-parti orizzontali tal-“waqfa f'daqqa” ma għandux jestendi lil hinn mil-linja hh (id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.3 mhumiex applikabbli għall-fanali ta' quddiem maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għar-raġġ għaddieni biss).

(*)  E50R u E50L huma l-illuminazzjonijiet imkejla attwalment.

(16)  Il-valuri tal-illuminazzjoni fi kwalunkwe punt taż-żoni A u B, li jaqgħu wkoll fiż-żona III, ma għandhomx jeċċedu 0,7 lux.

(17)  Korrispondenti għall-illuminanti A tal-Kummissjoni internazzjonali dwar l-illuminazzjoni (CIE).

(18)  Dan ir-rekwiżiti se jkunu soġġetti għal rakkomandazzjoni għall-benefiċċju tal-amministrazzjonijiet.

(19)  Il-valuri differenti jistgħu jiġu aċċettati b'mod provviżorju. Fin-nuqqas tal-ispeċifikazzjonijiet finali, l-użu ta' fanal ta' quddiem approvat huwa rrakkomandat.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu A4 (210 × 297)

Image

 (1)

maħruġa minn:

L-isem tal-amministrazzjoni

li tikkonċerna (2):

APPROVAZZJONI MOGĦTIJA

APPROVAZZJONI ESTIŻA

APPROVAZZJONI RRIFJUTATA

APPROVAZZJONI RTIRATA

PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

ta’ tip ta’ fanal ta’ quddiem skont ir-Regolament Nru 8

Nru tal-Approvazzjoni … Nru tal-Estensjoni …

1.

L-isem tal-marka jew il-marka ta' fanal ta' quddiem: …

2.

L-isem tal-manifattur għat-tip ta’ fanal ta' quddiem: …

3.

L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

5.

Sottomess għall-approvazzjoni nhar: …

6.

Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni: …

7.

Dejta tar-rapport; maħruġa minn dak is-servizz: …

8.

Numru tar-rapport; maħruġ minn dak is-servizz: …

9.

Deskrizzjoni qasira:

Il-kategorija kif deskritta mill-immarkar rilevanti (3): …

In-numru u l-kategorija(i) tal-bozza jew bozoz tal-filament: …

Kulur tad-dawl mitfugħ: abjad/isfar/selettiv (2): …

10.

Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …

11.

Raġuni(jiet) għall-estensjoni (fejn applikabbli): …

12.

Approvazzjoni mogħtija/estiża/rrifjutata/rtirata (2): …

13.

Post: …

14.

Data: …

15.

Firma: …

16.

Il-lista tad-dokumenti ddepożitati mas-Servizz Amministrattiv li ta l-approvazzjoni hija annessa ma’ din il-komunikazzjoni u tista’ tinkiseb meta tintalab.


(1)  Numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ fejn ma japplikax.

(3)  Indika l-immarkar xieraq magħżul mil-lista ta’ hawn taħt:

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

VERIFIKA TA' KONFORMITÀ TA' PRODUZZJONI TA' FANALI TA' QUDDIEM MGĦAMMRA B'BOZOZ TAL-FILAMENT H1, H2, H3, HB3, HB4, H7, H8, H9, HIR1, HIR2 U/JEW H11

1.   ĠENERALI

1.1.   Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu ssodisfati jekk il-varjanti ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura koperti fir-rekwiziti ta' dan ir-Regolament.

Fir-rigward tat-turija fotometrika, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta qed tiġi ttestjata t-turija fotometrika ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżul kif ġie ġie u mgħammar b’bozza tal-filament standard:

1.2.1.   ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) u ż-żona III, id-devjazzjoni mhux favorevoli massima tista’ tkun rispettivament ta’:

B 50 L (jew R):

0,2 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija

0,3 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija

Żona III:

0,3 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija

0,45 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija

jew jekk

1.2.2.1.   għar-raġġ għaddieni, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu f’HV (b’tolleranza ta’ +0,2 lx) u huma relatati għal dik il-mira tal-inqas punt wieħed f’kull erja mqiegħda f’limiti fuq l-iskrin tal-kejl (f’25 m) b’ċirku ta’ radju ta’ 15-il ċm madwar il-punti B 50 L (jew R) (1) / (b’tolleranza ta’ +0,1 lx), 75 R (jew L), 50 V, 25 R, 25 L, u fl-erja kollha taż-żona IV li mhix aktar minn 22,5 ċm ’il fuq mil-linja 25 R u 25 L;

1.2.2.2.   u jekk, għar-raġġ għas-sewqan, HV tkun tinstab fl-isolux 0,75 Emax, tiġi osservata, għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dan ir-Regolament, tolleranza ta’ +20 fil-mija għall-valuri massimi u –20 fil-mija għall-valuri minimi.

1.2.3.   Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritt aktar ’il fuq ma jissodisfax ir-rekwiżiti, jista’ jinbidel l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem, sakemm l-assi tar-raġġ mhumiex imċaqalqa lateralment b’aktar minn 1° lejn il-lemin jew lejn ix-xellug (2).

1.2.4.   Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti aktar ’il fuq ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet meħtieġa, it-testijiet fuq il-fanali ta' quddiem għandhom jiġu ripetuti bl-użu ta’ bozza tal-filament standard oħra.

1.3.   Biex tkun verifikata l-modifika tal-pożizzjoni vertikali tal-linja ta' qtugħ tar-raġġ baxx taħt l-effett tas-sħana, wieħed għandu japplika l-metodu ta’ hawn taħt:

Wieħed mill-fanali ta’ quddiem li huwa parti mill-kampjun għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 5 wara li jiġi suġġett għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 5 għal tliet darbiet konsekuttivi.

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δr ma jeċċedix il-1,5 mrad.

Jekk dan il-valur jeċċedi l-1,5 mrad imma ma jkunx ta’ aktar minn 2,0 mrad, fanal ta' quddiem ieħor għandu jiġi soġġett għat-test u wara dan il-valur intermedju tal-valuri assoluti rreġistrati għaż-żewġ kampjuni ma għandux jeċċedi l-1,5 mrad.

1.4.   Il-koordinati ta' kromatiċità għandhom ikunu konformi meta l-fanal ikun mgħammar b'bozza tal-filament stabbilita għal temperatura ta' kulur Standard A.

Il-prestazzjoni fotometrika ta' fanal ta' quddiem li jarmi dawl isfar selettiv meta mgħammar b'bozza tal-filament bla kulur għandha tkun il-valuri li jinsabu f'dan ir-Regolament immultiplikati b'0,84.

2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

Id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas it-testijiet li ġejjin għal kull tip ta’ bozza ta’ quddiem, f’intervalli xierqa. Dawn it-testijiet għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Jekk kwalunkwe teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test konċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati aktar kampjuni. Il-manifattur għandu jieħu passi biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

2.1.   In-natura tat-testijiet

It-testijiet ta’ konformità tar-Regolament preżenti japplikaw għall-karatteristiċi fotometriċi u l-verifika tat-tibdil tal-pożizzjoni vertikali tal-linja ta' qtugħ taħt l-effett tas-sħana.

2.2.   Il-metodi użati fit-testijiet

2.2.1.   Ġeneralment, it-testijiet għandhom jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.2.2.   Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-awtorità kompetenti li hi responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li juri li l-metodi li juża huma ekwivalenti għal dawk li hemm stipulati fir-Regolament.

2.2.3.   L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma’ kejl magħmul minn awtorità kompetenti.

2.2.4.   F'kull każ il-metodi stipulati f'dan ir-Regolament huma l-istandard li magħhom iridu jimxu l-metodi użati, speċjalment għall-għanijiet amministrattivi tal-verifika u l-prova tal-kampjuni.

2.3.   In-natura tat-teħid tal-kampjuni

Il-kampjuni tal-fanali ta’ quddiem għandhom jintgħażlu kif ġie ġie mill-produzzjoni ta’ grupp uniformi. Grupp uniformi jfisser sett ta’ fanali ta’ quddiem tal-istess tip, iddefinit skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.

Il-valutazzjoni ġeneralment tkopri sensiliet ta' prodotti meħudin minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista' jgħaqqad flimkien rekords dwar l-istess tip minn bosta fabbriki, sakemm dawn joperaw bl-istess sistema ta' kwalità u l-istess ġestjoni ta' kwalità.

2.4.   Il-karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati

Il-fanal ta’ quddiem li huwa parti mill-kampjun għandu jkun soġġett għall-kejl fotometriku fil-punti stipulati fir-Regolament, bil-qari li jkun illimitat fil-punti Emax HV (3), HL, HR (4) fil-każ ta’ raġġ tas-sewqan, u għall-punti B 50 L (jew R), HV, 50 V, 75 R (jew L) u 25 L (jew R) fil-każ tar-raġġ għaddieni (ara d-dijagramma fl-Anness 4).

2.5.   Il-kriterji ta' x'inhu aċċettabbli

Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju ta’ statistika tar-riżultati tat-test u għad-definizzjoni, bi ftehim mal-awtorità kompetenti, tal-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu biex jintlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 12.1 ta’ dan ir-Regolament.

Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 7 (l-ewwel teħid ta' kampjuni) tkun ta’ 0,95.


(1)  L-ittri fil-parentesi jirreferu għall-bozoz ta’ quddiem intenzjonati għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.

(2)  Ara n-nota fil-qiegħ tal-paġna li tikkorrispondi fit-test ta’ dan ir-Regolament.

(3)  Meta r-raġġ għas-sewqan huwa inkorporat reċiprokament mar-raġġ għaddieni, HV fil-każ tar-raġġ għas-sewqan għandu jkun l-istess punt tal-kejl bħal fil-każ tar-raġġ għaddieni.

(4)  HL u HR: punti fuq “hh” li jinsabu f'1,125 m lejn ix-xellug u lejn il-lemin tal-punt HV rispettivament.


ANNESS 3

EŻEMPJI TAL-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Dijagramma 1

Image

It-tagħmir li għandu l-marka tal-approvazzjoni murija hawn fuq huwa fanal ta' quddiem approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4), taħt in-numru ta' approvazzjoni 2439, li jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 04 (04), fir-rigward ta' kemm tar-raġġ għaddieni u kemm tar-raġġ tas-sewqan (HCR) u huwa ddiżenjat biss għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin.

In-numru 30 jindika li l-intensità mudwala massima tar-raġġ għas-sewqan hija ta’ bejn 86 250 u 111 250 kandela.

Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra “E”, jew lejn ix-xellug jew lejn il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni għandu jkun fuq l-istess naħa tal-“E” u jħarsu fl-istess direzzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numri tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex tiġi evitata konfużjoni ma' simboli oħra.

Dijagramma 2

Image

Dijagramma 3a

Image

Dijagramma 3b

Image

Il-bozza ta’ quddiem li għandha l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament fir-rigward kemm tar-raġġ għaddieni u kemm tar-raġġ għas-sewqan u hija maħsuba:

Għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug biss.

Għaż-żewġ sistemi ta' traffiku permezz ta' aġġustament xieraq tas-setting tal-unità ottika jew il-fanal tal-filament fuq il-vettura.

Dijagramma 4

Image

Dijagramma 5

Image

Il-fanal ta’ quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-raġġ għaddieni biss u huwa maħsub:

Għaż-żewġ sistemi ta' traffiku.

Għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin biss

Dijagramma 6

Image

Dijagramma 7

Image

Il-fanal ta’ quddiem li għandu l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq huwa fanal ta’ quddiem li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament:

Fir-rigward tar-raġġ għaddieni biss u huwa maħsub għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug biss.

Fir-rigward tar-raġġ għas-sewqan biss.

Dijagramma 8

Image

Dijagramma 9

Image

Identifikazzjoni tal-fanal ta' quddiem li jinkorpora l-lenti tal-materjal tal-plastik li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolement Nru 8.

Fir-rigward kemm tar-raġġ ta' tad-dawl il-baxx u maħsub għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin biss.

Fir-rigward tar-raġġ għaddieni biss u maħsub għat-traffiku li ġej mil-lemin biss.

Il-filament tal-fanal tad-dawl il-baxx ma għandux jinxtegħel fl-istess ħin tal-filament tal-fanal għas-sewqan u/jew ta’ fanal ta’ quddiem ieħor inkorporat reċiprokament.

Dijagramma 10

Immarkar issemplifikat għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-istrument li jagħmel is-sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni.)

MUDELL A

Image

MUDELL B

Image

MUDELL C

Image

MUDELL D

Image

Nota: L-erba’ eżempji ta’ hawn fuq jikkorrispondu ma’ strument li jdawwal li għandu marka tal-approvazzjoni li tinkludi:

Fanal b’pożizzjoni fuq quddiem approvata skont is-serje 01 tal-emendi għar-Regolament Nru 7,

Fanal ta' quddiem b'raġġ għaddieni ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u raġġ tas-sewqan b'intensità massima kompriża bejn 86 250 u 111 250 kandela (kif indikat min-numru 30) approvat b'konformità mas-serje ta' emendi 04 tar-Regolament Nru 112 u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik,

Fanal għaċ-ċpar fuq quddiem approvat skont is-serje 02 tal-emendi għar-Regolament Nru 19 u li jinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik,

Fanal fuq quddiem li juri d-direzzjoni tal-kategorija 1a approvat f'konformità mas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 6.

Dijagramma 11

Fanal inkorporat reċiprokament ma’ fanal ta’ quddiem

Eżempju 1

Image

L-eżempju ta’ hawn fuq jikkorrispondi mal-immarkar ta’ lenti ta’ materjal tal-plastik intenzjonata biex tintuża f’tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem, jiġifieri:

Jew fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni ddisinjat għat-traffiku man-naħa tal-lemin u man-naħa tax-xellug u raġġ tas-sewqan b’intensità massima ta’ bejn 86 250 u 111 250 kandela (kif indikat min-numru 30), approvati fil-Ġermanja (E1) f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 8 kif emendat bis-serje ta’ emendi 04, li hu inkorporat reċiprokament ma' fanal tal-pożizzjoni ta' quddiem approvat f'konformità mas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 7;

Jew fanal ta’ quddiem b’raġġ għaddieni mfassal għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ għas-sewqan approvati fil-Ġermanja (E1) skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1 kif emendat bis-serje ta’ emendi 01, li huwa inkorporat reċiprokament mal-istess fanal ta' quddiem bħal ta' hawn fuq;

Jew anki waħda jew l-oħra mill-fanali ta’ quddiem imsemmija aktar ’il fuq approvati bħala fanal uniku.

Il-korp ewlieni tal-fanal ta' quddiem għandu jkollu l-uniku numru validu ta’ approvazzjoni, pereżempju:

Image

Eżempju 2

Image

L-eżempju ta’ hawn fuq jikkorrispondi mal-immarkar ta’ lenti ta’ materjal tal-plastik użata f’unità ta’ żewġ fanali ta’ quddiem approvati fi Franza (E2) taħt in-numru tal-approvazzjoni 81151, li tikkonsisti minn:

Fanal ta’ quddiem li jitfa' raġġ għaddieni maħsub għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ għas-sewqan b’intensità mudwala massima ta’ bejn x u y kandelas, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 8, u

Fanal ta’ quddiem li jitfa' raġġ għas-sewqan maħsub għaż-żewġ sistemi tat-traffiku b’intensità mudwala massima ta' bejn w u z kandelas, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 20, bl-intensitajiet mudwala massimi tar-raġġi għas-sewqan f’daqqa jkunu ta’ bejn 86 250 u 111 250 kandela.


ANNESS 4

L-ISKRINS TAL-KEJL

A.   Il-fanal ta’ quddiem għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin

(dimensjonijiet f'mm)

Image

h-h: pjanċa orizzontali

għaddejjin mill-punt fokali tal-fanal ta’ quddiem

v-v: pjanċa vertikali

B.   Il-fanal ta’ quddiem għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug

(dimensjonijiet f'mm)

Image

h-h: pjanċa orizzontali

għaddejjin mill-punt fokali tal-fanal ta’ quddiem

v-v: pjanċa vertikali

C.   Punti ta' kejl għall-valuri tal-illuminazzjoni

Image

Nota: Id-Dijagramma C turi l-punti tal-kejl għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin.

Il-punti 7 u 8 jiċċaqalqu lejn il-post korrispondenti tagħhom fuq in-naħa tal-lemin tal-istampa għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.


ANNESS 5

IT-TESTIJIET GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA TAL-FANALI TA’ QUDDIEM WAQT L-UŻU

IT-TESTIJIET FUQ IL-FANALI TA’ QUDDIEM KOMPLETI

Ladarba l-valuri fotometriċi jkunu tkejlu skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, fil-punti għal Emax għar-raġġ għas-sewqan u HV, 50 R, B 50 L għar-raġġ għaddieni (jew HV, 50 L, B 50 R għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug) għandu jiġi ttestjat kampjun tal-fanal ta’ quddiem komplet għall-istabbiltà tal-prestazzjoni fotometrika waqt l-użu. “Fanal ta’ quddiem komplet” għandha tinftiehem bħala l-fanal innifsu komplet inklużi dawk il-partijiet tal-bodi ta’ madwaru u l-fanali li jistgħu jinfluwenzaw id-dissipazzjoni termali tagħha.

1.   TEST GĦALL-ISTABBILTÀ TAL-PRESTAZZJONI FOTOMETRIKA

It-testijiet għandhom jitwettqu f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura ambjentali ta’ 23° C ± 5 °C, bil-fanal ta’ quddiem komplet ikun immuntat fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura.

1.1.   Fanal ta’ quddiem nadif

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal 12-il siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1 u jiġi kkontrollat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.

1.1.1.   Proċedura tat-test

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal perjodu skont il-ħin speċifikat, sabiex:

(a)

fil-każ fejn se tiġi approvata funzjoni waħda biss li ddawwal (raġġ għas-sewqan jew għaddieni), għandu jinxtegħel il-filament li jikkorrispondi għall-ħin preskritt, (1)

(b)

fil-każ ta' fanal għaddieni u fanal tas-sewqan reċiprokament inkorporati (fanal b'żewġ filamenti jew żewġ fanali bil-filament):

Jekk l-applikant jiddikjara li l-fanal ta' quddiem se jintuża b'filament wieħed mixgħul, (2) it-test għandu jitwettaq skont din il-kundizzjoni, biex b'hekk jiġu attivati (1) kull funzjoni speċifikata suċċessiva għal nofs iż-żmien speċifikat fil-paragrafu 1.1;

Fil-każijiet l-oħra kollha, (1), (2) il-fanal ta' quddiem għandu jkun soġġett għaċ-ċiklu li ġej sakemm jintlaħaq il-ħin speċifikat:

15-il minuta, bil-filament tar-raġġ għaddieni mixgħul

ħames minuti, bil-filamenti kollha mixgħula

(c)

fil-każ ta' funzjonijiet tad-dawl raggruppati l-funzjonijiet individwali kollha għandhom jinxtegħlu fl-istess ħin għaż-żmien speċifikat għall-funzjonijiet tad-dawl individwali (a) iqisu l-użu ta' funzjonijiet tad-dawl inkorporati reċiprokament (b), skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

1.1.1.2.   Il-vultaġġ tat-test

Il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat biex jissupplixxi 90 fil-mija tal-ammont massimu ta’ qawwa speċifikat fir-Regolament għall-fanali tal-filament (Ir-Regolament Nru 37). Il-qawwa applikata għandha tikkonforma fil-każijiet kollha mal-valur korrispondenti ta’ fanal bil-filament b’vultaġġ stmat ta’ 12 V, ħlief jekk l-applikant għall-approvazzjoni jispeċifika li l-fanal ta’ quddiem jista’ jintuża b’vultaġġ differenti. Fil-każ tal-aħħar, it-test għandu jitwettaq bil-fanal bil-filament li l-qawwa tagħha hija l-ogħla li tista’ tintuża.

1.1.2.   Ir-riżultati tat-test

1.1.2.1.   Spezzjoni viżwali

Ladarba l-fanal ta’ quddiem ikun ġie stabbilizzat għat-temperatura tal-ambjent, il-lenti tal-fanal ta’ quddiem u l-lenti ta’ barra, jekk hemm, għandhom jitnaddfu b’ċarruta tal-qoton nadifa u niedja. Imbagħad irid jiġi spezzjonat viżwalment, ma trid tkun innotata l-ebda distorsjoni, deformazzjoni, xaqq jew bidla fil-kulur kemm tal-lenti tal-bozza ta’ quddiem u kemm tal-lenti ta’ barra, jekk hemm.

1.1.2.2.   It-test fotometriku

Biex ikunu konformi mal-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ dan ir-Regolament, il-valuri fotometriċi għandhom jiġu vverifikati fil-punti li ġejjin:

Ir-raġġ għaddieni:

50 R - B 50 L - HV għall-bozoz ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin,

50 L – B 50 R - HV għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.

Ir-raġġ tas-sewqan:

Il-Punt ta’ Emax

Tista’ titwettaq mira oħra sabiex issir konċessjoni għal kwalunkwe deformazzjoni tal-bażi tal-fanal ta’ quddiem minħabba sħana (il-bidla fil-pożizzjoni tal-linja tal-punt ta’ waqfien hija koperta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness.

Diskrepanza ta’ 10 fil-mija bejn il-karatteristiċi fotometriċi u l-valuri mkejla qabel it-test hija permissibbli inklużi t-tolleranzi tal-proċedura fotometrika.

1.2.   Fanal ta’ quddiem maħmuġ

Wara l-ittestjar kif speċifikat fis-sottoparagrafu 1.1 ta’ hawn fuq, il-fanal ta’ quddiem għandu jitħaddem għal siegħa kif deskritt fis-sottoparagrafu 1.1.1, wara li jiġi ppreparat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.2.1, u jkun ikkontrollat kif preskritt fis-sottoparagrafu 1.1.2.

1.2.1.   Il-preparamenti għall-fanal ta’ quddiem

1.2.1.1.   It-taħlita tat-test

1.2.1.1.1.   Għall-fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra tal-ħġieġ:

It-taħlita tal-ilma u l-aġent li jniġġes li trid tiġi applikata mal-bozza ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

disa’ partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μm,

parti skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 µm,

0,2 partijiet skont il-piż ta’ NaCMC (3), u

ammont xieraq ta’ ilma distillat, b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m.

Ma jridux ikunu għaddew aktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.1.2.   Għall-fanal ta’ quddiem bil-lenti ta’ barra ta’ materjal tal-plastik:

It-taħlita ta’ ilma u l-aġent li jniġġes li għandha tkun applikata mal-bozza ta’ quddiem għandha tkun magħmula minn:

disa' partijiet skont il-piż ta’ ramel tas-silika b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 μm,

parti skont il-piż ta’ trab tal-karbonju veġetali (tal-fagu) b’partikuli tad-daqs ta’ 0-100 µm,

0,2 parti skont il-piż ta’ NaCMC, (3)

13-il parti skont il-piż ta’ ilma distillat b’konduttività ta’ ≤ 1 mS/m, u

2 ± parti skont il-piż ta’ surface-actant (4).

Ma jridux ikunu għaddew aktar minn 14-il ġurnata minn fuq it-taħlita.

1.2.1.2.   L-applikazzjoni tat-taħlita tat-test mal-fanal ta’ quddiem

It-taħlita tat-test għandha tkun applikata b’mod uniformi mas-superfiċje kollha li titfa’ d-dawl tal-fanal ta’ quddiem u mbagħad titħalla tinxef. Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta sakemm il-valur tal-illuminazzjoni jkun waqa' għal 15-20 fil-mija tal-valuri mkejla għal kull wieħed mill-punti li ġejjin taħt il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1 hawn fuq:

Emax fir-raġġ tas-sewqan għal fanal għas-sewqan jew għaddieni,

Emax fir-raġġ għas-sewqan għal fanal għas-sewqan biss,

50 R u 50 V (5) għal bozza għaddiena biss, maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin,

50 L u 50 V (5) għal fanal għaddieni biss, maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.

1.2.1.3.   It-tagħmir għall-kejl

It-tagħmir għall-kejl għandu jkun ekwivalenti għal dak użat matul it-testijiet tal-approvazzjoni tal-fanal ta’ quddiem. Għandu jintuża fanal tal-filament standard (ta' referenza) għall-verifika fotometrika.

2.   IT-TEST GĦALL-BIDLA FIL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TA' QTUGĦ TAĦT L-EFFETT TAS-SĦANA

Dan it-test jikkonsisti f’li wieħed jivverifika li t-tendenza vertikali tal-linja tal-punt ta’ waqfien taħt l-influwenza tas-sħana ma teċċedix valur speċifikat għall-fanal għaddieni li jkun qed jitħaddem.

Il-fanal ta’ quddiem ittestjat skont il-paragrafu 1, għandu jkun suġġett għat-test deskritt fil-paragrafu 2.1, mingħajr ma titneħħa jew tkun aġġustata mill-ġdid b’relazzjoni għal kif kienet imwaħħla matul it-test.

2.1.   Test

It-test għandu jitwettaq f’atmosfera xotta u mingħajr ċaqliq f’temperatura tal-ambjent ta’ 23 °C ± 5 °C.

Il-bozza ta’ quddiem titħaddem biex titfa’ raġġ għaddieni mingħajr ma tkun żarmata jew mingħajr ma tkun aġġustata mill-ġdid meta wieħed iqis kif kienet imwaħħla matul it-test, bl-użu ta’ bozza tal-filament prodotta fi kwantità kbira li ntużat għal mill-inqas siegħa. (Għall-fini ta’ dan it-test, il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2). Il-pożizzjoni tal-linja tal-punt ta’ waqfien fil-parti orizzontali tagħha (bejn vv u l-linja vertikali li tgħaddi mill-punt B 50 R għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug jew B 50 L għat-traffiku li ġej min-naħa tal-lemin) għandha tkun ivverifikata 3 minuti (r3) u 60 minuta (r60) rispettivament wara li titħaddem.

Il-kejl tal-varjazzjoni fil-pożizzjoni tal-linja ta' qtugħ kif spjegat hawn fuq għandha ssir permezz ta’ kull metodu li jagħti preċiżjoni sodisfaċenti u riżultati li jkunu jistgħu jiġu riprodotti.

2.2.   Ir-riżultati tat-test

2.2.1.   Ir-riżultat espress f'milliradians (mrad) għandu jkun ikkunsidrat bħala aċċettabbli meta l-valur assolut ΔrI = / r3 – r60 / irreġistrat fuq il-fanal ta' quddiem ma jkunx aktar minn 1,0 mrad (ΔrI ≤ 1,0 mrad).

2.2.2.   Madankollu, jekk dan il-valur huwa ta’ aktar minn 1,0 mrad imma ta’ mhux aktar minn 1,5 mrad (1,0 mrad < ΔrI ≤ 1,5 mrad) għandu jiġi ttestjat fanal ta’ quddiem ieħor kif deskritt fil-paragrafu 2.1 wara li jkun ġie suġġett għaċ-ċiklu, kif dekritt aktar ’l isfel, għal tliet darbiet konsekuttivi, sabiex tiġi stabbilizzata l-pożizzjoni tal-partijiet mekkaniċi tal-fanal ta’ quddiem fuq bażi li tirrappreżenta l-installazzjoni korretta fuq il-vettura:

It-tħaddim tar-raġġ għaddieni għal siegħa, (il-vultaġġ għandu jiġi aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.2).

Perjodu ta' serħan għal siegħa.

It-tip tal-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk il-valur intermedju tal-valuri assoluti ΔrI mkejla fuq l-ewwel kampjun u ΔrII imkejla fuq it-tieni kampjun mhuwiex ta’ aktar minn 1,0 mrad.

Formula


(1)  Meta l-fanal ta’ quddiem ittestjat ikun ragruppat u/jew reċiprokament inkorporat ma' bozoz li jagħtu s-sinjal, dawn tal-aħħar għandhom jinxtegħlu sakemm idum it-test. Fil-każ ta’ bozza tal-indikejter, għandha tinxtegħel billi tteptep, b’waqtiet tkun mixgħula u b’waqtiet oħra tkun mitfija, b’rata ta’ bejn wieħed u ieħor wieħed għal wieħed.

(2)  Jekk żewġ bozoz tal-filament jew aktar ikunu mixgħula fl-istess ħin meta l-fanal ta’ quddiem jkun qed iteptep, dan ma għandux jitqies li jkun f'użu normali tal-filamenti fl-istess ħin.

(3)  L-NaCMC jirrappreżenta l-melħ tas-sodju ta’ carboxymethylcellulose, li normalment jissejjaħ CMC. L-NaCMC użat fit-taħlita tal-ħmieġ irid ikollu grad ta' sostituzzjoni (DS) ta' 0,6-0,7 u viskożità ta' 200-300 cPgħal tlieta fil-mija soluzzjoni f'20° C.

(4)  It-tolleranza fuq il-kwantità hi minħabba l-ħtieġa li jinkiseb ħmieġ li jinfirex kif suppost fuq il-lenti kollha tal-plastik.

(5)  Il-punt 50 V jinstab 375 mm ’l isfel minn HV ful il-linja vertikali v-v fuq l-iskrin f’distanza ta’ 25 m.


ANNESS 6

IR-REKWIŻITI GĦALL-FANALI LI JINKORPORAW LENTIJIET TA’ MATERJAL TAL-PLASTIK - L-ITTESTJAR TAL-LENTI JEW TAL-KAMPJUNI TAL-MATERJAL U TAL-FANALI KOMPLETI

1.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Il-kampjuni pprovduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafi minn 2.1 sa 2.5 aktar ’l isfel.

1.2.   Iż-żewġ kampjuni ta' fanali kompleti pprovduti skont il-paragrafu 2.2.3 ta' dan ir-Regolament u l-lentijiet inkorporanti ta' materjal tal-plastik għandhom, fir-rigward tal-materjal tal-lenti, jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-paragrafu 2.6 hawn taħt.

1.3.   Il-kampjuni tal-lentijiet ta’ materjal tal-plastik jew kampjuni tal-materjal għandhom jiġu suġġetti, flimkien mar-riflettur li huma maħsuba biex jitwaħħlu miegħu (fejn japplika), għat-testijiet tal-approvazzjoni fl-ordni kronoloġiku indikat fit-Tabella A riprodott fl-Appendiċi 1 ma' dan l-Anness.

1.4.   Madankollu, jekk il-manifattur tal-fanal jista’ jipprova li l-prodott diġà għadda mit-testijiet preskritti fil-paragrafi 2.1.-2.5. hawn isfel, jew testijiet ekwivalenti skont Regolament ieħor, dawk it-testijiet ma għandhomx għalfejn jiġu ripetuti; it-testijiet preskritti fit-Tabella B tal-Appendiċi 1 biss għandhom ikunu obbligatorji.

2.   TESTIJIET

2.1.   Reżistenza għal bidliet fit-temperatura

2.1.1.   Testijiet

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandhom ikunu suġġetti għal ħames ċikli ta’ bdil fit-temperatura u l-umdità (RH = umdità relattiva) skont il-programm li ġej:

tliet sigħat f'40 °C ± 2 °C u 85 – 95 fil-mija RH;

siegħa fuq 23 °C ± 5 °C u 60 - 75 fil-mija RH;

15-il siegħa fi –30 °C ± 2 °C;

siegħa fi 23 °C ± 5 °C u 60 - 75 fil-mija RH;

tliet sigħat fi 80 °C ± 2 °C;

siegħa fi 23 °C ± 5 °C u 60 - 75 fil-mija RH;

Qabel dan it-test, il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u f’RH ta’ 60-75 fil-mija għal mill-inqas erba’ sigħat.

Nota: Il-perjodi ta’ siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C għandhom jinkludu l-perjodi ta’ tranżizzjoni minn temperatura għall-oħra li huma neċessarji sabiex ikunu evitati l-effetti ta’ xokk termali.

2.1.2.   Kejl fotometriku

2.1.2.1.   Metodu

Se jsir kejl fotometriku fuq il-kampjuni qabel u wara t-test.

Dawn il-kejl għandhom jittieħdu billi jintuża fanal standard, fil-punti li ġejjin:

B 50 L u 50 R għar-raġġ għaddieni ta’ fanal għaddieni jew fanal għaddieni/għas-sewqan (B 50 R u 50 L fil-każ ta’ fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug);

Ir-rotta Emax għar-raġġ għas-sewqan ta’ fanal għas-sewqan jew fanal għaddieni/għas-sewqan;

2.1.2.2.   Riżultati

Id-differenzi bejn il-valuri fotometriċi mkejla qabel u wara t-test fuq kull wieħed mill-kampjuni ma jistgħux jaqbżu l-10 fil-mija, inklużi t-tolleranzi minħabba l-proċeduri fotometriċi.

2.2.   Ir-reżistenza għall-aġenti atmosferiċi u kimiċi

2.2.1.   Ir-reżistenza għal aġenti atmosferiċi

Tliet kampjuni ġodda (lentijiet jew kampjuni tal-materjal) għandhom ikunu esposti għal radjazzjoni minn sors li għandu firxa tal-enerġija spettrali simili għal dik ta' korp iswed f'temperatura ta' bejn 5 500K u 6 000K. Il-filtri xierqa għandhom jitqiegħdu bejn is-sors u l-kampjuni sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-radjazzjonijiet b'distanzi bejn il-punti korrispondenti f'mewġiet elettromanjetiċi iżgħar minn 295 nm u akbar minn 2 500 nm. Il-kampjuni għandhom ikunu esposti għal illuminazzjoni enerġetika ta' 1 200 W/m2 ± 200 W/m2 għal perjodu fejn l-enerġija luminuża li jirċievu tkun ugwali għal 4 500 MJ/m2 ± 200 M.J/m2. Fil-kumpartiment, it-temperatura mkejla fuq il-pannell l-iswed imqiegħed fuq livell flimkien mal-kampjuni għandha tkun 50 °C ± 5 °C. Sabiex tiġi żgurata espożizzjoni regolari, il-kampjuni għandhom iduru madwar is-sors ta' radjazzjoni b'veloċità ta' bejn 1 u 5 1/min.

Il-kampjuni għandhom jiġu mraxxa b’ilma distillat b’konduttività ta’ inqas minn 1 mS/m f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C, skont iċ-ċiklu li ġej:

traxxix:

5 minuti;

inxif:

25 minuta.

2.2.2.   Reżistenza għal aġenti kimiċi

Wara li jkunu saru t-test deskritt fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq u l-kejl deskritt fil-paragrafu 2.2.3.1 hawn isfel, il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni msemmija għandu jiġi ttrattat kif deskritt fil-paragrafu 2.2.2.2 bit-taħlita ddefinita fil-paragrafu 2.2.2.1 hawn isfel.

2.2.2.1.   It-taħlita tat-test

It-taħlita tat-test għandha tkun magħmula minn 61,5 fil-mija n-heptane, 12,5 fil-mija toluene, 7,5 fil-mija ethyl tetrachloride, 12,5 fil-mija trichlorethylene u sitta fil-mija xylene (volum fil-mija).

2.2.2.2.   L-applikazzjoni tat-taħlita tat-test

Xarrab biċċa ċarruta tal-qoton (skont ISO 105) sakemm ma tkunx tista’ tixrob aktar fit-taħlita ddefinita fil-paragrafu 2.2.2.1 ta’ aktar ’il fuq u, f’10 sekondi, applikaha għal 10 minuti mal-wiċċ ta’ barra tal-kampjun bi pressjoni ta’ 50 N/ċm2, li tikkorrispondi għal forza ta’ 100 N applikata fuq superfiċje tat-test kbira 14 x 14 mm.

Matul dan il-perjodu ta’ 10 minuti, il-biċċa drapp tkun mgħaddsa mill-ġdid bit-taħlita b’mod li l-kompożizzjoni tal-likwidu applikat tkun dejjem l-istess bħad-doża speċifikata tat-test.

Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni, huwa permess li wieħed jagħmel tajjeb għall-pressjoni magħmula fuq il-kampjun biex jiġu evitati x-xquq.

2.2.2.3.   It-tindif

Fi tmiem l-applikazzjoni tat-taħlita tat-test, il-kampjuni għandhom jitnixxfu fl-arja għall-beraħ u mbagħad għandhom jinħaslu bis-soluzzjoni deskritta fil-paragrafu 2.3 (Ir-reżistenza għad-deterġenti) fi 23 °C ± 5 °C.

Wara, il-kampjuni għandhom jitlaħalħu b’attenzjoni b’ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,2 fil-mija ta’ impuritajiet f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u mbagħad jintmesħu b’ċarruta ratba.

2.2.3.   Riżultati

2.2.3.1.   Wara t-test tar-reżistenza għall-aġenti atmosferiċi, il-wiċċ ta' barra tal-kampjuni ma għandux ikollu xquq, brix, tixlif u deformazzjoni, u l-varjazzjoni medja fit-trażmissjoni

Formula, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ma' dan l-anness ma għandhiex taqbeż iż-0,020 (Δ tm ≤ 0,020).

2.2.3.2.   Wara t-test ta' reżistenza għall-aġenti kimiċi, il-kampjuni ma għandu jkollhom l-ebda traċċi ta' tbajja' kimiċi li probabbli jikkawżaw varjazzjoni fit-tixrid tal-fluss, li l-varjazzjoni medja

Formula, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ma' dan l-anness ma għandhiex taqbeż iż-0,020.

(Δ dm ≤ 0,020).

2.3.   Ir-reżistenza għad-deterġenti u għall-idrokarboni

2.3.1.   Ir-reżistenza għad-deterġenti

Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni (il-lentijiet jew il-kampjuni tal-materjal) għandu jissaħħan għal temperatura ta’ 50 °C ± 5 °C u wara jiġi mgħaddas għal ħames minuti f’taħlita miżmuma f’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u magħmula minn 99 parti ta’ ilma distillat li ma fihx aktar minn 0,02 fil-mija ta’ impuritajiet u parti ta’ alkylaryl sulphonate.

Fi tmiem it-test, il-kampjuni jitnixxfu fuq 50 °C ± 5 °C. Il-wiċċ tal-kampjuni għandu jitnaddaf b'ċarruta niedja.

2.3.2.   Ir-reżistenza għall-idrokarboni

Il-wiċċ ta’ barra ta’ dawn it-tliet kampjuni mbagħad jingħorok ħafif għal minuta waħda b’biċċa drapp tal-qoton mgħaddsa b’taħlita magħmula minn 70 fil-mija ta’ n-heptane u 30 fil-mija ta’ toluene (perċentwali tal-volum), imbagħad imnixxef fl-arja beraħ.

2.3.3.   Riżultati

Wara li ż-żewġ testijiet ta' hawn fuq ġew imwettqa b'suċċess, il-valur intermedju tal-varjazzjoni fit-trażmissjoni

Formula, imkejla fuq it-tliet kampjuni skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 ma' dan l-anness ma għandhiex taqbeż iż-0,010 (Δ tm ≤ 0,010).

2.4.   Ir-reżistenza għad-deterjorazzjoni mekkanika

2.4.1.   Il-metodu tad-deterjorazzjoni mekkanika

Il-wiċċ ta’ barra tat-tliet kampjuni ġodda (lentijiet) għandu jiġi suġġett għat-test ta’ deterjorazzjoni mekkanika uniformi bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 3 ma' dan l-anness.

2.4.2.   Riżultati

Wara dan it-test, il-varjazzjonijiet:

tat-trażmissjoni: Formula

u tad-distribuzzjoni: Formula

għandhom jitkejlu skont il-proċedura deskritta fl-Appendiċi 2 fiż-żona speċifikata fil-paragrafu 2.2.4 hawn fuq. Il-valur intermedju tat-tliet kampjuni għandu jkun b’tali mod li: Δ tm ≤ 0,100; Δ dm ≤ 0,050.

2.5.   It-test tat-twaħħil tal-kisi, jekk hemm

2.5.1.   Il-preparazzjoni tal-kampjun

Superfiċje b’erja ta’ 20 mm × 20 mm tal-kisi ta’ lenti għandha tinqata’ b’xafra jew b’labra f’xibka ta’ kwadri b’daqs bejn wieħed u ieħor ta’ 2 mm × 2 mm. Il-pressjoni fuq ix-xafra jew fuq il-labra għandha tkun biżżejjed li tal-inqas taqta’ l-kisi.

2.5.2.   Id-deskrizzjoni tat-test

Irid jintuża tejp li jwaħħal b'forza ta' twaħħil ta’ 2 N/(ċm ta’ wisa') ±20 fil-mija imkejjel fil-kundizzjonijiet standardizzati spjeċifikati fl-Appendiċi 4 ta' dan l-anness. Dan it-tejp li jwaħħal ta’ wisa' minimu ta’ 25 mm, għandu jingħafas għal mill-inqas ħames minuti mal-wiċċ ippreparat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.5.1.

Imbagħad it-tarf tat-tejp li jwaħħal għandu jitgħabba b’tali mod li l-forza tat-twaħħil mas-superfiċje kkunsidrata tkun ibbilanċjata b’forza perpendikulari għal dik is-superfiċje. F’dan l-istadju, it-tejp għandu jitqatta’ b’veloċità kostanti ta’ 1,5 m/s ± 0,2 m/s.

2.5.3.   Riżultati

Ma għandu jkun hemm l-ebda ħsara evidenti fl-erja mqassma f’kaxxi. Il-ħsarat fl-intersezzjonijiet bejn il-kaxxi jew fit-truf tal-qatgħat għandhom ikunu permessi, sakemm ż-żona tal-ħsara ma teċċedix il-15 fil-mija tas-superfiċje mqassma f’kaxxi.

2.6.   It-testijiet tal-fanal ta’ quddiem kompleta li tinkorpora lenti ta’ materjal tal-plastik

2.6.1.   Ir-reżistenza għad-deterjorazzjoni mekkanika tal-wiċċ tal-lenti

2.6.1.1.   Testijiet

Il-lenti tal-kampjun tal-fanali Nru 1 għandha tiġi suġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.4.1 aktar ’il fuq.

2.6.1.2.   Riżultati

Wara t-test, ir-riżultati tal-qisien fotometriċi li saru fuq il-fanal ta’ quddiem skont dan ir-Regolament ma għandhomx jaqbżu, b’aktar minn 30 fil-mija, il-valuri massimi preskritti fil-punti B 50 L u HV u ma għandhomx ikunu aktar minn 10 fil-mija taħt il-valuri minimi preskritti fil-punt 75 R (fil-każ tal-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug, il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati huma B 50 R, HV u 75 L).

2.6.2.   It-test tat-twaħħil tal-kisi, jekk hemm

Il-lenti tal-kampjun tal-fanali Nru 2 għandha tiġi suġġetta għat-test deskritt fil-paragrafu 2.5 aktar ’il fuq.

3.   IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Fir-rigward tal-materjali użati għall-manifattura tal-lentijiet, il-fanali ta' serje għandhom ikunu rikonoxxuti bħala konformi ma' dan ir-Regolament jekk:

3.1.1.   Wara test ta’ reżistenza għall-aġenti kimiċi u test ta’ reżistenza għad-deterġenti u għall-idrokarboni, il-wiċċ ta’ barra tal-kampjuni ma juri l-ebda xquq, brix, laqx jew deformazzjonijiet viżibbli għall-għajnejn (ara l-paragrafi 2.2.2, 2.3.1 u 2.3.2);

3.1.2.   Wara t-test deskritt fil-paragrafu 2.6.1.1, il-valuri fotometriċi fil-punti tal-kejl ikkunsidrati fil-paragrafu 2.6.1.2 huma fil-limiti preskritti għall-konformità tal-produzzjoni f’dan ir-Regolament.

3.2.   Jekk ir-riżultati tat-test ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet għandhom jiġu ripetuti fuq kampjun ieħor ta’ fanali ta’ quddiem magħżula bix-xorti.

APPENDIĊI 1

ORDNI KRONOLOĠIKA TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI

It-testijiet fuq il-materjali tal-plastik (il-lentijiet jew il-kampjuni ta’ materjal ipprovduti skont il-paragrafu 2.2.4 ta’ dan ir-Regolament).

Tabella A

Testijiet tal-Kampjuni

Lentijiet jew kampjuni tal-materjal

Lentijiet

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

1.1

Il-fotometrija limitata (il-para. 2.1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.1.1.

Il-bidla fit-temperatura (il-para. 2.1.1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.1.2.

Il-fotometrija limitata (il-para. 2.1.2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

1.2.1.

Il-kejl tat-trażmissjoni

x

x

x

x

x

x

x

x

x

 

 

 

 

1.2.2.

Il-kejl tat-tixrid

x

x

x

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

1.3.

Aġenti atmosferiċi (il-para. 2.2.1)

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.3.1.

Il-kejl tat-trażmissjoni

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.

Aġenti kimiċi (il-para. 2.2.2)

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.4.1.

Il-kejl tat-tixrid

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.5.

Id-deterġenti (il-para. 2.2.1)

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

1.6.

L-idrokarboni (il-para. 2.3.2)

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

1.6.1.

Il-kejl tat-trażmissjoni

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

 

 

1.7.

Id-deterjorazzjoni (il-para. 2.4.1)

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

1.7.1.

Il-kejl tat-trażmissjoni

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

1.7.2.

Il-kejl tat-tixrid

 

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

1.8.

It-twaħħil (il-para. 2.5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

It-testijiet fuq il-fanali kompleti (ipprovduti skont il-paragrafu 2.2.3 ta’ dan ir-Regolament).

Tabella B

 

Il-fanal ta’ quddiem komplet

Nru tal-kampjun

1

2

2.1.

Id-deterjorazzjoni (il-para. 2.6.1.1)

x

 

2.2.

Il-fotometrija (il-para. 2.6.1.2)

x

 

2.3.

It-twaħħil (il-para. 2.6.2)

 

x

APPENDIĊI 2

Metodu ta’ kejl tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni tad-dawl

1.   IT-TAGĦMIR (ara d-dijagramma)

Ir-raġġ tal-kollimatur K b’nofs diverġenza Formula

huwa limitat b’dijaframma DT b’fetħa ta’ 6 mm li miegħu sserraħ l-istruttura li fuqha hemm il-kampjun.

Lenti akromatika konverġenti L2, korretta għall-aberrazzjonijiet sferiċi tgħaqqad id-dijaframma DT mar-riċevitur R; id-dijametru tal-lenti L2 għandu jkun tali li ma tinħoloqx dijaframma bid-dawl imxerred mill-kampjun f’kon b’nofs angolu ta’ fuq ta’ β/2 = 14°.

Id-dijaframma annulari DD, bl-angoli α/2= 1° u α max / 2 = 12° titqiegħed fi pjan fokali tal-immaġni tal-lenti L2.

Il-parti ċentrali mhux trasparenti tad-dijaframma hija meħtieġa biex jiġi eliminat id-dawl li ġej direttament mis-sors illuminanti. Irid ikun possibbli li titneħħa l-parti ċentrali tad-dijaframma mir-raġġ illuminanti, b'tali mod li tmur lura eżattament fil-pożizzjoni oriġinali tagħha.

Id-distanza L2 DT u t-tul fokali F2 (1) tal-lenti L2 għandha tintgħażel b’mod li l-immaġini ta’ DT tkopri kompletament ir-riċevitur R.

Meta l-fluss tal-inċident inizjali jirreferi għal 1 000 unità, il-preċiżjoni assoluta ta’ kull qari għandha tkun ta’ aħjar minn unità waħda.

2.   IL-KEJL

Għandu jittieħed il-qari li ġej:

Qari

Bil-kampjun

Bil-parti ċentrali ta’ DD

Il-kwantità rappreżentata

T1

le

le

Il-fluss tal-inċident fil-qari inizjali

T2

iva (qabel it-test)

le

Il-fluss trażmess mill-materjal il-ġdid f’medda ta’ 24 C

T3

iva (wara t-test)

le

Il-fluss trażmess mill-materjal ttestjat f’medda ta’ 24° C

T4

iva (qabel it-test)

iva

Il-fluss imxerred mill-materjal il-ġdid

T5

iva (wara t-test)

iva

Il-fluss imxerred mill-materjal ittestjat

Image

(1)  Għal-L2 huwa rakkomandat li tintuża distanza fokali ta' madwar 80 mm.

APPENDIĊI 3

METODU TAT-TEST BI TRAXXIX

1.   IT-TAGĦMIR TAT-TEST

1.1.   Tagħmir li jraxxax (spray gun)

It-tagħmir li jraxxax użat għandu jkun mgħammar b’żennuna b’dijametru ta’ 1,3 mm li tippermetti rata ta’ ċirkolazzjoni tal-likwidu ta’ 0,24 ± 0,02 1/minuta u għandu pressjoni operattiva ta’ 6,0 bars - 0, + 0,5 bar.

Taħt dawn il-kundizzjonijiet ta’ tħaddim, għandu jinkiseb merżuq b’dijametru ta’ 170 ± 50 mm fuq il-wiċċ espost għad-deterjorament, f’distanza ta’ 380 ± 10 mm miż-żennuna.

1.2.   It-taħlita tat-test

It-taħlita tat-test hija magħmula minn:

Ramel tas-silika b’ebusija ta’ 7 fuq l-iskala Mohr, bid-daqs taż-żrara ikun bejn 0 u 0,2 mm u b’distribuzzjoni kważi normali, b’fattur angolari ta’ minn 1,8 sa 2;

Ilma li l-ebusija tiegħu ma tkunx aktar minn 205 g/m3 għal 25 g ta’ ramel għal kull litru ta’ ilma.

2.   TEST

Il-wiċċ ta’ barra tal-lentijiet tal-fanali għandu jiġi suġġett għal darba jew għal aktar minn darba għall-azzjoni tal-merżuq tar-ramel kif deskritt aktar ’il fuq. Il-merżuq għandu jiġi mraxxax kważi b’mod perpendikulari għall-wiċċ li se jkun ittestjat.

Id-deterjorament huwa kkontrollat permezz ta’ kampjun jew bosta kampjuni tal-ħġieġ imqiegħda viċin il-lentijiet li jridu jiġu ttestjati. It-taħlita għandha tiġi mraxxa sakemm il-varjazzjoni fit-tixrid tad-dawl fuq il-kampjun jew il-kampjuni mkejla bil-metodu deskritt fl-Appendiċi 2, hija tali li:

Formula

Bosta kampjuni ta’ referenza jistgħu jkunu użati biex jivverifikaw l-omoġeneità tad-deterjorament fuq il-wiċċ sħiħ li jrid jiġi ttestjat.

APPENDIĊI 4

TEST TA’ ADERENZA TAT-TEJP LI JWAĦĦAL

1.   IL-FINI

Dan il-metodu jippermetti li tiġi ddeterminata l-forza lineari tat-twaħħil ta’ tejp li jwaħħal ma’ pjanċa tal-ħġieġ taħt kundizzjonijiet standard.

2.   IL-PRINĊIPJU

Il-kejl tal-forza neċessarja sabiex jinqala’ tejp li jwaħħal minn ma’ folja tal-ħġieġ f’angolu ta’ 90°.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET ATMOSFERIĊI SPEĊIFIKATI

Il-kundizzjonijiet tal-ambjent għandhom ikunu b’temperatura ta’ 23 °C ± 5 °C u umdità relattiva (RH) ta' 65 ± 15 fil-mija.

4.   IL-BIĊĊIET TAT-TEST

Qabel it-test, ir-romblu tat-tejp li jwaħħal tal-kampjun għandu jkun imħejji għal 24 siegħa fl-atmosfera speċifikata (ara l-para. 3 hawn fuq).

Għal kull romblu, irid isir test fuq ħames biċċiet żgħar ta’ 400 mm fit-tul. Il-biċċiet żgħar jittieħdu mir-rombli wara li jitwarrbu l-ewwel tliet dawriet.

5.   IL-PROĊEDURA

It-test għandu jsir taħt il-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fil-paragrafu 3.

Ħu l-ħames biċċiet tat-test filwaqt li tħoll it-tejp b’mod radikali b’veloċità ta’ madwar 300 mm/s, imbagħad applikahom fi 15-il sekonda bil-mod kif ġej:

Applika t-tejp mal-folja tal-ħġieġ progressivament b’moviment ħafif ta’ għerik bis-saba’ mat-tul kollu, mingħajr pressjoni eċċessiva, b’mod li ma titħalla l-ebda bużżieqa tal-arja maqbuda bejn it-tejp u l-folja tal-ħġieġ.

Ħalli kollox jistrieħ għal 10 minuti fil-kundizzjonijiet atmosferiċi speċifikati.

Aqla’ madwar 25 mm mill-biċċa tat-test minn mal-folja fi pjan perpendikulari għall-assi tal-biċċa tat-test.

Waħħal il-folja u itwi lura t-tarf ħieles tat-tejp f’90°. Applika saħħa b’mod tali li l-linja ta’ separazzjoni bejn il-folja u t-tejp tkun perpendikolari għal din is-saħħa u perpendikolari għall-folja.

Iġbed sabiex taqla’ b’veloċità ta’ 300 mm/s ± 30 mm/s u rreġistra l-forza meħtieġa.

6.   IR-RIŻULTATI

Il-ħames valuri miksuba għandhom jiġu rranġati f’ordni u jittieħed il-valur medjan bħala r-riżultat ta’ dan il-kejl. Dan il-valur għandu jiġi espress fi Newtons għal kull ċentimetru ta’ wisa’ tat-tejp.


ANNESS 7

IR-REKWIŻITI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR

1.   ĠENERALI

1.1.   Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu sodisfatti skont il-kundizzjonijiet, fejn jeżistu, ta' dan ir-Regolament jekk il-varjanti ma jaqbżux il-varjanti inevitabbli tal-manifattura.

Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta qed jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe fanal ta’ quddiem magħżul b'mod każwali u mgħammar b’fanal tal-filament standard;

1.2.1.   ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament. Għall-valuri B 50 L (jew R) u ż-Żona III, id-devjazzjoni massima tista’ tkun rispettivament ta’:

B 50 L (jew R):

0,2 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija

0,3 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija

Żona III:

0,3 lx ekwivalenti għal 20 fil-mija

0,45 lx ekwivalenti għal 30 fil-mija

jew jekk

1.2.2.1.   għar-raġġ għaddieni, il-valuri preskritti f’dan ir-Regolament jintlaħqu f’HV (b’tolleranza ta’ 0,2 lx) u relatat ma' dik il-mira tal-inqas punt ta’ kull parti limitata fuq l-iskrin tal-kejl (f’25 m) b’ċirku b’radju ta’ 15-il ċm madwar il-punti B 50 L (jew R) (1) (b’tolleranza ta’ 0,1 lx), 75 R (jew L), 50 V, 25 R, 25 L, u fil-parti kollha taż-żona IV li mhix aktar minn 22,5 ċm ’il fuq mil-linja 25 R u 25 L;

1.2.2.2.   u jekk, għar-raġġ għas-sewqan, HV tkun tinstab fl-isolux 0,75 Emax, tiġi osservata, għall-valuri fotometriċi fi kwalunkwe punt tal-kejl speċifikat fil-paragrafu 6.3.2 ta’ dan ir-Regolament, tolleranza ta’ +20 fil-mija għall-valuri massimi u –20 fil-mija għall-valuri minimi. Il-marka ta’ referenza ma titqiesx.

1.2.3.   Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti aktar hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, jista’ jinbidel l-allinjament tal-fanal ta’ quddiem, sakemm l-assi tar-raġġ ma jkunux imċaqalqa lateralment b’aktar minn 1 lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.

1.2.4.   Jekk ir-riżultati tat-testijiet deskritti aktar ’il fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali ta' quddiem għandhom jiġu repetuti bl-użu ta’ fanal bil-filament standard ieħor.

1.2.5.   Il-fanali ta’ quddiem b’difetti evidenti jitwarrbu.

1.2.6.   Il-marka ta’ referenza ma titqiesx.

1.3.   Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom ikunu konformi ma' meta l-fanal ta' quddiem ikun mgħammar b'fanal ta' filament stabbilit f'temperatura bil-kulur Standard A.

Il-prestazzjoni fotometrika ta' fanal ta' quddiem li qed jitfa' dawl isfar selettiv meta jkun mgħammar b'fanal tal-filament bla kulur għandha tkun il-valuri inklużi f'dan ir-Regolament immultiplikati b'0,84.

2.   L-EWWEL TEĦID TA' KAMPJUNI

Fl-ewwel teħid tal-kampjuni jintgħażlu erba’ fanali ta’ quddiem bix-xorti. L-ewwel kampjun ta' tnejn minnhom ikun immarkat A, it-tieni kampjun ta’ tnejn minnhom ikun immarkat B.

2.1.   Il-konformità mhix ikkontestata

Wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni murija fid-Dijagramma 1 ta’ dan l-anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz ta’ quddiem fid-direzzjonijiet sfavorevoli huma:

2.1.1.1.   il-kampjun A

A1

:

fanal ta' quddiem wieħed 0 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

A2

:

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn 0 fil-mija

imma mhux iktar minn 20 fil-mija

mur għall-kampjun B

2.1.1.2.   il-kampjun B

B1

:

iż-żewġ fanali ta' quddiem 0 fil-mija

2.1.2.   jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A jiġu sodisfatti.

2.2.   Il-konformità hija kkontestata

Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fid-Dijagramma 1 ta’ dan l-anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab li jiżgura li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

2.2.1.1.   il-kampjun A

A3

:

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

imma mhux iktar minn 30 fil-mija

2.2.1.2.   il-kampjun B

B2

:

fil-każ ta’ A2

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 0 fil-mija

imma mhux iktar minn 20 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

B3

:

fil-każ ta’ A2

fanal ta' quddiem wieħed 0 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

imma mhux iktar minn 30 fil-mija

2.2.2.   jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A ma jkunux sodisfatti.

2.3.   L-approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 13 jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fid-Dijagramma 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem ikunu:

2.3.1.   il-kampjun A

A4

:

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 30 fil-mija

A5

:

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn 20 fil-mija

2.3.2.   il-kampjun B

B4

:

fil-każ ta’ A2

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 0 fil-mija

imma mhux iktar minn 20 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

B5

:

fil-każ ta’ A2

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn 20 fil-mija

B6

:

fil-każ ta’ A2

fanal ta' quddiem wieħed 0 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn 30 fil-mija

2.3.3.   jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni A u B ma jkunux sodisfatti.

3.   TEĦID REPETUT TA' KAMPJUNI

Fil-każ ta’ A3, B2, B3 jeħtieġ teħid repetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali ta' quddiem u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali ta' quddiem, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament, fi żmien xahrejn wara n-notifika.

3.1.   Il-konformità mhix ikkontestata

Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fid-Dijagramma 1 ta’ dan l-Anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem ikunu:

3.1.1.1.   kampjun C

C1

:

fanal ta' quddiem wieħed 0 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

C2

:

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn 0 fil-mija

imma mhux iktar minn 20 fil-mija

mur għall-kampjun D

3.1.1.2.   kampjun D

D1

:

fil-każ ta’ C2

iż-żewġ fanali ta' quddiem 0 fil-mija

3.1.2.   jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ikunu sodisfatti.

3.2.   Il-konformità hija kkontestata

Wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni murija fid-Dijagramma 1 ta’ dan l-anness il-konformità tal-fanali ta’ quddiem prodotti fi kwantità kbira għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab li jiżgura li l-produzzjoni tiegħu tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa (l-allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta’ quddiem huma:

3.2.1.1.   kampjun D

D2

:

fil-każ ta’ C2

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn 0 fil-mija

imma mhux iktar minn 20 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

3.2.1.2.   jew jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ma jkunux sodisfatti:

3.3.   L-approvazzjoni rtirata

Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 13 jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fid-Dijagramma 1 ta’ dan l-anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali ta' quddiem huma:

3.3.1.   kampjun C

C3

:

fanal ta' quddiem wieħed mhux iktar minn 20 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn 20 fil-mija

C4

:

iż-żewġ fanali ta' quddiem iktar minn 20 fil-mija

3.3.2.   kampjun D

D3

:

fil-każ ta’ C2

fanal ta' quddiem wieħed 0 jew iktar minn 0 fil-mija

fanal ta' quddiem wieħed iktar minn 20 fil-mija

3.3.3.   jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D mhumiex sodisfatti.

4.   MODIFIKA TAL-POŻIZZJONI VERTIKALI TAL-LINJA TA' QTUGĦ

Biex tkun verifikata l-modifika tal-pożizzjonijiet vertikali tal-linja ta' qtugħ taħt l-effett tas-sħana, wieħed għandu japplika l-metodu ta’ hawn taħt:

Waħda mill-fanali ta’ quddiem tal-kampjun A wara l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni fid-Dijagramma 1 ta’ dan l-anness għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2.1 tal-Anness 5 wara li tiġi suġġetta għal tliet darbiet konsekuttivi għaċ-ċiklu deskritt fil-paragrafu 2.2.2 tal-Anness 5.

Il-fanal ta’ quddiem għandu jitqies bħala aċċettabbli jekk Δr ma jeċċedix il-1,5 mrad.

Jekk dan il-valur jeċċedi l-1,5 mrad imma mhuwiex ta’ aktar minn 2,0 mrad, it-tieni fanal ta’ quddiem tal-kampjun A għandu jiġi suġġett għat-test li warajh il-valur assolut medju rreġistrat fuq iż-żewġ kampjuni ma għandux jeċċedi l-1,5 mrad. Madankollu, jekk ma jkunx hemm konformità ma’ dan il-valur ta’ 1,5 mrad fuq il-kampjun A, iż-żewġ fanali ta’ quddiem tal-kampjun B għandhom jiġu suġġetti għall-istess proċedura u l-valur ta’ Δr għal kull wieħed minnhom ma għandux jeċċedi 1,5 mrad.

Dijagramma 1

Image

(1)  L-ittri fil-parentesi jirreferu għall-fanali ta’ quddiem maħsuba għat-traffiku li ġej min-naħa tax-xellug.


Top