This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0334
2010/334/CFSP: Political and Security Committee Decision EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2010 of 15 June 2010 concerning the appointment of the Head of Mission of the European Union mission in support of security sector reform in the Republic of Guinea-Bissau (EU SSR GUINEA-BISSAU)
2010/334/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2010 tal- 15 ta' Ġunju 2010 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU)
2010/334/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2010 tal- 15 ta' Ġunju 2010 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU)
ĠU L 151, 17.6.2010, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2010
17.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2010
tal-15 ta' Ġunju 2010
dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU)
(2010/334/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/112/PESK tat-12 ta’ Frar 2008 dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Konformement mal-Artikolu 8(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK, il-Kunsill awtorizza l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (minn hawn ‘il quddiem “KPS”), taħt l-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita t-tmexxija politika u strateġika tal-missjoni EU SSR GUINEA BISSAU, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap ta’ Missjoni. |
(2) |
Fil-5 ta’ Marzu 2008, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-KPS ħatar bid-Deċiżjoni EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2008 (2) lis-Sur Juan Esteban VERASTEGUI bħala Kap ta’ Missjoni tal-missjoni EU SSR GUINEA-BISSAU tal-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Ġie propost mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà li jinħatar is-Sur Fernando AFONSO biex jissostitwixxi lis-Sur Juan Esteban VERASTEGUI bħala Kap ta’ Missjoni tal-missjoni EU SSR GUINEA-BISSAU tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju 2010, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Fernando AFONSO huwa b’dan maħtur bħala Kap ta’ Missjoni tal-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GUINEA-BISSAU), mill-1 ta’ Lulju 2010.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EU SSR GUINEA-BISSAU/1/2008 tal-5 ta’ Marzu 2008 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika sa meta tiskadi l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/112/PESK.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2010
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS
(1) ĠU L 40, 14.2.2008, p. 11.