Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex
Έγγραφο 32010R0508
Commission Regulation (EU) No 508/2010 of 14 June 2010 prohibiting fishing activities for purse seiners flying the flag of or registered in Spain, fishing for bluefin tuna in the Atlantic ocean, east of longitude of 45° W, and in the Mediterranean sea
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 508/2010 tat- 14 ta’ Ġunju 2010 li jipprojbixxi attivitajiet ta' sajd għal purse seiners li jtajru l-bandiera ta' jew li huma rreġistrati fi Spanja, li jistadu għat-tonn fl-oċean Atlantiku, fil-lvant tal-longitudini ta' 45° Punent, u fil-baħar Mediterran
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 508/2010 tat- 14 ta’ Ġunju 2010 li jipprojbixxi attivitajiet ta' sajd għal purse seiners li jtajru l-bandiera ta' jew li huma rreġistrati fi Spanja, li jistadu għat-tonn fl-oċean Atlantiku, fil-lvant tal-longitudini ta' 45° Punent, u fil-baħar Mediterran
ĠU L 149, 15.6.2010, σ. 7 έως 8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Δεν ισχύει πλέον, Ημερομηνία λήξης ισχύος: 31/12/2010
15.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 508/2010
tat-14 ta’ Ġunju 2010
li jipprojbixxi attivitajiet ta' sajd għal purse seiners li jtajru l-bandiera ta' jew li huma rreġistrati fi Spanja, li jistadu għat-tonn fl-oċean Atlantiku, fil-lvant tal-longitudini ta' 45° Punent, u fil-baħar Mediterran
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, qbid tal-istokkijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament minn purse seiners li jtajru l-bandiera ta' jew li huma rreġistrati fl-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness eżawrixxew il-kwota kollha allokata lilhom għall-2010. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet ta' sajd għal dan l-istokk minn purse seiners li jtajru l-bandiera ta', jew li huma rreġistrati f'dak l-Istat Membru. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2010 lil purse seiners tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk kollu msemmi fih għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
L-Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn purse seiners li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari għandu jiġi pprojbit ukoll, li ħut minn dak l-istokk jinżamm abbord, jitqiegħed f’gaġeġ għat-tismin jew għat-trobbija, u t-trażbord, it-trasferiment jew il-ħatt l-art minn dawk il-bastimenti minn din id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni,
f'isem il-President,
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
ANNESS
Stat Membru |
Spanja |
Stokk |
BFT/AE045W |
Irkaptu |
Purse seiners (PS) |
Speċi |
Tonn (Thunnus thynnus) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku, fil-lvant tal-lonġitudni 45° Punent, u l-Mediterran |
Data |
10.6.2010 |