This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0030
Decision of the EEA Joint Committee No 30/2010 of 12 March 2010 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 143, 10.6.2010, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
10.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 30/2010
tat-12 ta’ Marzu 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1). |
(2) |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta’ April 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandu jiġi inkorporat f’dan il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej ser jiddaħħal wara punt 42eb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim:
“42ec. |
32009 R 0352: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 352/2009 tal-24 ta’ April 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni tas-sikurezza dwar l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji kif imsemmi fl-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (KE) Nru 352/2009 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 101, 22.4.2010, p. 23.
(2) ĠU L 108, 29.4.2009, p. 4.
(*) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.