This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22010D0017
Decision of the EEA Joint Committee No 17/2010 of 1 March 2010 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2010 tal- 1 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2010 tal- 1 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 143, 10.6.2010, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
10.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 17/2010
tal-1 ta’ Marzu 2010
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (1). |
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (2). |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2007 tas-27 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 li jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (3) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1244/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 rigward miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jistipula regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċċjali għall-ispezzjoni tal-laħam (5) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1245/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005, fir-rigward tal-użu tal-likwidu pepsin għall-iskoperta tat-Trichinella fil-laħam (6) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1246/2007 tal-24 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu tranżitorju mogħti lill-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw iż-żejt tal-ħut għall-konsum mill-bniedem (7) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1441/2007 tal-5 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 li jiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(9) |
Fejn jirrigwarda l-Kapitolu I tal-Anness I, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitoli I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Iżlanda qabel ma ġie rivedut dan il-Kapitolu mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (9). |
(10) |
Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif hemm speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nru 479/2007, (KE) Nru 1243/2007, (KE) Nru 1244/2007, (KE) Nru 1245/2007, (KE) Nru 1246/2007 u (KE) Nru 1441/2007, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*). Fil-każ fejn in-notifiki kollha jkunu sara sa dik il-ġurnata, għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika proviżorjament mill-1 ta’ Marzu 2010 sakemm tidħol fis-seħħ.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 101, 22.4.2010, p. 1.
(2) ĠU L 101, 22.4.2010, p. 10.
(3) ĠU L 111, 28.4.2007, p. 46.
(4) ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8.
(5) ĠU L 281, 25.10.2007, p. 12.
(6) ĠU L 281, 25.10.2007, p. 19.
(7) ĠU L 281, 25.10.2007, p. 21.
(8) ĠU L 322, 7.12.2007, p. 12.
(9) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.
ANNESS
L-Annessi I u II tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 134 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:
|
(2) |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt 135 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005) fil-Parti 1.2 u l-punt 55 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:
|
(3) |
Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I:
|
(4) |
Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I: “, kif emendat bi:
|
(5) |
Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 53 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I: “, kif emendat bi:
|
(6) |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied wara l-punt 54 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005) fil-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I:
|
(7) |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II: “, kif emendat bi:
|