EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0349

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2010 tat- 23 ta' April 2010 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 104, 24.4.2010, p. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2023; Imħassar b' 32023R1334

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/349/oj

24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 349/2010

tat-23 ta' April 2010

dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Flimkien mal-applikazzjoni kien hemm id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottata fit-12 ta’ Novembru 2009 (2), flimkien ma' dik tas-16 ta’ April 2008 (3), jirriżulta li l-kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. Skont l-opinjoni tas-16 ta’ April 2008, l-użu ta' dik il-preparazzjoni jista' jitqies bħala sors ta' ram disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta' addittiv nutrittiv għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-opinjoni tal-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurzza tal-utent. Hi ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1253/2008 tal-15 ta' Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tar-Ram tal-analogu idroksinu tal-methionine bħala addittiv tal-għalf (4), dik il-preparazzjoni diġà kienet awtorizzata bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin. Dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi revokat.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi, “addittivi nutrittivi”, u mill-grupp funzjonali, “komposti ta’ mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1253/2008 huwa revokat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal (2009) 7(11): 1382.

(3)  The EFSA Journal (2008) 693, 1.

(4)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 78.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Cu) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12%

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi

3b4.10

Kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

 

Kelat tar-ram tal-analogu idrossilat tal-metjonina li fih minimu ta' 18 % ta' ram u 79,5 % - 81 % ta' (2-hydroxy-4-methylthio) butanoic acid Żejt minerali: ≤ 1 %

 

CAS: 292140-30-8

 

Metodu analitiku (1):

Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS)

L-ispeċijiet kollha

 

 

Bovini

Il-bovini qabel il-bidu tal-ixtarra inkluż sostituti komplementari tal-ħalib: 15 (totali)

Bovini oħra: 35 (totali).

 

Ovini: 15 (totali)

 

Ħnienes sa massimu ta' 12-il ġimgħa: 170 (totali)

 

Krustaċji: 50 (totali)

 

Annimali oħrajn: 25 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita preliminari.

2.

Għas-sikurezza tal-utent: Għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet tas-sikurezza u ngwanti waqt l-użu.

3.

It-tikketta għandha tinkludi dan il-kliem:

Għall-għalf tan-ngħaġ jekk il-livell tar-ram ikun ogħla minn 10 mg/kg:

“Il-livell tar-ram f'dan l-għalf jista' jikkawża vvelenar f'ċerti razez ta' ngħaġ.”

Għall-għalf tal-bovini wara l-bidu tal-ixtarra jekk il-livell ta' ram fl-għalf ikun inqas minn 20 mg/kg:

“Il-livell tar-ram f'dan l-għalf jista' jikkawża nuqqas tar-ram fil-bovini li jirgħu f'mergħat b'kontenut għoli ta' molibdenu jew kubrit.”

l-14 ta’ Mejju 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju: http://www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives


Top