Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010Q0413(03)

    Emendi għar-regoli tal-proċedura tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 92, 13.4.2010, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2014; Imħassar b' 32014Q0714(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2010/413(3)/oj

    13.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 92/17


    EMENDI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

    IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA,

    wara li ra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 257 tiegħu,

    wara li ra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Protokoll Nru 2 anness mat-Trattat ta’ Liżbona li jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    wara li ra l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62c tiegħu kif ukoll l-Artikolu 7(1) tal-Anness I tiegħu,

    wara li kkunsidra li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, għandhom isiru l-emendi meħtieġa għar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

    bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja,

    bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fit-8 ta’ Marzu 2010,

    JADOTTA L-EMENDI SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TIEGĦU:

    Artikolu 1

    Ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2007 (1), emendati fl-14 ta’ Jannar 2009 (2), huma emendati kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-test tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 1(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “—

    id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma indikati bin-numru tal-artikolu kkonċernat ta’ dan it-Trattat, segwit mill-akronimu ‘TFUE’;”;

    (b)

    it-test tat-tieni inċiż tal-Artikolu 1(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “—

    id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huma indikati bin-numru tal-artikolu segwit mill-akronimu ‘TKEEA’;”;

    (c)

    it-test tat-tielet inċiż tal-Artikolu 1(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

    “—

    il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa msejjaħ ‘Statut’;”;

    (d)

    fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 1(1), il-kliem “tal-Komunitajiet Ewropej” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-Unjoni Ewropea”;

    (e)

    it-test tat-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2) għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “—

    il-kliem ‘istituzzjoni’ jew ‘istituzzjonijiet’ ifissru l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll il-korpi jew l-organi maħluqa mit-Trattati jew minn att adottat in eżekuzzjoni tagħhom u li jistgħu jidhru quddiem it-Tribunal.”.

    2.

    Fit-test kollu tar-Regoli, il-kliem “Qorti tal-Prim’Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Qorti Ġenerali”.

    3.

    Fit-test tar-Regoli, il-kliem “Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kelma “Statut”.

    4.

    Fl-Artikolu 3(1), il-kliem “tal-Komunitajiet Ewropej” għandhom jitħassru.

    5.

    Fl-Artikolu 29, minnufih wara l-kliem “Bis-saħħa”, u qabel il-kliem “ta’ l-Artikolu 64”, għandhom jiġu inseriti l-kliem “tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 257 TFUE,”.

    6.

    Fit-titolu tal-Artikolu 40, il-kelma “Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwita bil-kliem “Kummissjoni Ewropea”.

    7.

    L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-kelma “Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwita bil-kliem “Kummissjoni Ewropea”;

    (b)

    il-kliem “l-Artikolu 241 tat-Trattat KE jew l-Artikolu 156 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 277 TFUE”.

    8.

    Fl-Artikolu 44(3), il-kelma “komunitarja” għandha titħassar.

    9.

    Fl-Artikolu 61(4), il-kliem “l-Artikoli 244 u 256 tat-Trattat KE u l-Artikoli 159 u 164 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-Artikoli 280 u 299 TFUE u l-Artikolu 164 TKEEA”.

    10.

    Fl-Artikolu 100(1), il-kliem “mit-Trattati KE u KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “mit-Trattati”.

    11.

    L-Artikolu 102 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 102(1), il-kliem “Artikoli 242 tat-Trattat KE u 157 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Artikoli 278 TFUE u 157 TKEEA”;

    (b)

    fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 102(1), il-kliem “Artikolu 243 tat-Trattat KE u l-Artikolu 158 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Artikolu 279 TFUE”.

    12.

    Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 108, il-kliem “Artikoli 244 u 256 tat-Trattat KE u l-Artikoli 159 u 164 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Artikoli 280 u 299 TFUE u l-Artikolu 164 TKEEA”.

    13.

    Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 118(1), il-kliem “tal-Komunitajiet” għandu jitħassar.

    Artikolu 2

    Dawn l-emendi għar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fis-sens tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, liema Regoli japplikaw għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bis-saħħa tal-Artikolu 7(2) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħhom.

    Adottat fil-Lussemburgu, fis-17 ta’ Marzu 2010


    (1)  ĠU L 225, 29.8.2007, p. 1, b’rettifika fil-ĠU L 69, 13.3.2008, p. 37.

    (2)  ĠU L 24, 28.1.2009, p. 10.


    Top