Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0211

    2010/211/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ April 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2061) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 89, 9.4.2010, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2013; Imħassar b' 32013D0764

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/211/oj

    9.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 89/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-7 ta’ April 2010

    li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2061)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/211/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar il-miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom stipulati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-iżviluppi riċenti ta’ dik il-marda fil-ħnieżer selvaġġi f’ċerti żoni tal-istati federali tar-Rhine-Westphalia tat-Tramuntana u r-Rhineland-Palatinate.

    (3)

    Dan it-tagħrif jindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi nqered f’ċerti żoni f’dawk l-istati federali. Għaldaqstant, dawk iż-żoni fejn is-sitwazzjoni tjiebet għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE u l-miżuri stipulati f’dik id-Deċiżjoni ma għandhomx jibqgħu japplikaw għalihom.

    (4)

    Għal raġunijiet ta’ trasparenza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-parti kollha tal-lista stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE li tikkonċerna l-Ġermanja għandha tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-punt 1 tal-Parti I jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.


    ANNESS

    “1.   Il-Ġermanja

    A.   Fl-istat federali tar-Rhineland-Palatinate:

    (a)

    Il-Kreise Altenkirchen u Neuwied.

    (b)

    Fil-Kreis Westerwald: il-muniċipalitajiet ta’ Bad Marienberg, Hachenburg, Ransbach-Baumbach, Rennerod, Selters, Wallmerod u Westerburg, il-muniċipalità Höhr-Grenzhausen fit-tramuntana tal-awtostrada A48, il-muniċipalità ta’ Montabaur fit-tramuntana tal-awtostrada A3 u l-muniċipalità ta’ Wirges fit-tramuntana tal-awtostradi A48 u A3.

    (ċ)

    Fil-Landkreis Südwestpfalz: il-muniċipalitajiet ta’ Thaleischweiler-Fröschen, Waldfischbach-Burgalben, Rodalben u Wallhalben. Fil-Kreis Kaiserslautern: il-muniċipalitajiet Bruchmühlbach-Miesau fin-nofsinhar tal-awtostrada A6, Kaiserslautern-Süd u Landstuhl.

    (d)

    Il-belt ta’ Kaiserslautern fin-nofsinhar tal-awtostrada A6.

    B.   Fl-istat federali tat-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia

    (a)

    Fir-Rhein-Sieg-Kreis: il-bliet ta’ Bad Honnef, Königswinter, Hennef (Sieg), Sankt Augustin, Niederkassel, Troisdorf, Siegburg u Lohmar u l-muniċipalitajiet ta’ Neunkirchen-Seelscheid, Eitorf, Ruppichteroth, Windeck u Much.

    (b)

    Fil-Kreis Siegen-Wittgenstein fil-muniċipalità ta’ Kreuztal il-lokalitajiet ta’ Krombach, Eichen, Fellinghausen, Osthelden, Junkernhees u Mittelhees, fil-belt ta’ Siegen il-lokalitajiet ta’ Sohlbach, Dillnhütten, Geisweid, Birlenbach, Trupbach, Seelbach, Achenbach, Lindenberg, Rosterberg, Rödgen, Obersdorf, Eisern u Eiserfeld, il-muniċipalitajiet ta’ Freudenberg, Neunkirchen u Burbach, fil-muniċipalità ta’ Wilnsdorf il-lokalitajiet ta’ Rinsdorf u Wilden.

    (ċ)

    Fil-Kreis Olpe fil-belt ta’ Drolshagen il-lokalitajiet ta’ Drolshagen, Lüdespert, Schlade, Hützemert, Feldmannshof, Gipperich, Benolpe, Wormberg, Gelsingen, Husten, Halbhusten, Iseringhausen, Brachtpe, Berlinghausen, Eichen, Heiderhof, Forth u Buchhagen, fil-belt ta’ Olpe l-lokalitajiet ta’ Olpe, Rhode, Saßmicke, Dahl, Friedrichsthal, Thieringhausen, Günsen, Altenkleusheim, Rhonard, Stachelau, Lütringhausen u Rüblinghausen, il-muniċipalità ta’ Wenden.

    (d)

    Fil-Märkische Kreis l-bliet ta’ Halver, Kierspe u Meinerzhagen.

    (e)

    Fil-belt ta’ Remscheid il-lokalitajiet ta’ Halle, Lusebusch, Hackenberg, Dörper Höhe, Niederlangenbach, Durchsholz, Nagelsberg, Kleebach, Niederfeldbach, Endringhausen, Lennep, Westerholt, Grenzwall, Birgden, Schneppendahl, Oberfeldbach, Hasenberg, Lüdorf, Engelsburg, Forsten, Oberlangenbach, Niederlangenbach, Karlsruhe, Sonnenschein, Buchholzen, Bornefeld u Bergisch Born.

    (f)

    Fil-bliet ta’ Köln u Bonn il-muniċipalitajiet fuq il-lemin tax-xmara Rhine.

    (g)

    Il-belt ta’ Leverkusen

    (h)

    Ir-Rheinisch-Bergische Kreis.

    (i)

    L-Oberbergische Kreis.”


    Top