EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010H0102

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2010 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2008

ĠU L 45, 20.2.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2010/102/oj

20.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/15


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Frar 2010

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2008

(2010/102/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1) u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba’ Konvenzjoni ACP-KE (3), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tat-tmien EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-tmien EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2008 kienet sodisfaċenti,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien EDF għas-sena finanzjarja 2008.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(4)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(5)  ĠU C 269, 10.11.2009, p. 257.


Top