EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0100

2010/100/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Frar 2010 li tawtorizza għajnuna Finlandiża għal żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali għas-sena tal-ħsad 2010 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 946)

ĠU L 45, 20.2.2010, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/100(1)/oj

20.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Frar 2010

li tawtorizza għajnuna Finlandiża għal żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali għas-sena tal-ħsad 2010

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 946)

(It-testi bil-Finlandiż u bl-Isvediż biss huma awtentiċi)

(2010/100/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Waħdieni) (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bl-ittra datata s-6 ta’ Ottubru 2009, il-Gvern Finlandiż talab l-awtorizzazzjoni, għas-sena 2010, biex jagħti għajnuna lill-bdiewa għal ċerti kwantitajiet ta’ tipi ta’ żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali li huma prodotti biss fil-Finlandja minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-klima tagħha.

(2)

Il-Finlandja talbet awtorizzazzjoni biex tagħti għajnuna għal kull ettaru ta’ ċerti żoni kkultivati bl-ispeċi taż-żrieragħ tal-Gramineae (ħaxix) and tal-Leguminosae (legumi) kif stabbiliti fl-Anness XIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), bl-eċċezzjoni ta’ Phleum pratense L. (Timothy), u għal ċerti żoni kkultivati bl-ispeċi taż-żerriegħa taċ-ċereali.

(3)

L-għajnuna proposta għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 182(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-għajnuna tikkonċerna tipi ta’ żrieragħ u ta’ żerriegħa taċ-ċereali kkultivati fil-Finlandja li huma adattati għall-kundizzjonijiet tal-klima ta’ dak il-pajjiż u li ma jitkabbrux fi Stati Membri oħrajn. L-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun limitata għat-tipi elenkati fil-lista ta’ varjetajiet Finlandiżi li huma prodotti fil-Finlandja biss.

(4)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tkun informata dwar il-miżuri meħuda mill-Finlandja biex tikkonforma mal-limiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Finlandja hija awtorizzata li tagħti għajnuna lil dawk stabbiliti fit-territorju tagħha li jkabbru żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali ċertifikati msemmija fl-Anness, f’ammonti skont il-limiti stipulati f’dak l-Anness.

L-awtorizzazzjoni għandha tkopri esklussivament il-varjetajiet elenkati fil-katalogu nazzjonali Finlandiż u li jitkabbru fil-Finlandja biss.

Artikolu 2

Il-Finlandja għandha tiżgura, b’sistema ta’ spezzjoni xierqa, li l-għajnuna tingħata biss għall-varjetajiet elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-Finlandja għandha tibgħat lill-Kummissjoni lista tal-varjetajiet ċertifikati kkonċernati u kwalunkwe emenda f’din il-lista u tinformaha dwar iż-żoni u l-kwantitajiet ta’ żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali li jirċievu l-għajnuna.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


ANNESS

Żrieragħ

Eleġibbli: żoni li fihom jiġu kkultivati ż-żrieragħ tal-Gramineae (ħaxix) u tal-Leguminosae (legumi) ċertifikati tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 bl-eċċezzjoni tal-Phleum pratense L. (Timothy).

L-għajnuna massima għal kull ettaru: EUR 220

Il-baġit massimu: EUR 442 200

Żerriegħa taċ-ċereali

Eleġibbli: żoni li fihom tiġi kkultivata żerriegħa ċertifikata ta’ qamħ, avena, xgħir u segala.

L-għajnuna massima għal kull ettaru: EUR 73

Il-baġit massimu: EUR 2 190 000


Top