This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0006
Commission Regulation (EU) No 6/2010 of 5 January 2010 initiating a review of Council Regulations (EC) No 1292/2007 and (EC) No 367/2006 (imposing definitive anti-dumping and countervailing duties on imports of polyethylene terephthalate (PET) film originating in India, and extending those duties to imports of that product consigned from, inter alia, Israel) for the purposes of determining the possibility of granting an exemption from those measures to one Israeli exporter, repealing the anti-dumping duty with regard to imports from that exporter and making imports from that exporter subject to registration
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2010 tal- 5 ta’ Jannar 2010 li jniedi reviżjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 (li jimponu dazju definittiv kontra d-dumping u sussidji kumpensatorji fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, u li jestendu dawk id-dazji għall-importazzjonijiet ta’ dak il-prodott ikkonsenjat, inter alia , mill-Iżrael) għall-għanijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur wieħed Iżraeljan, li jiġi rrevokat id-dazju kontra d-dumping rigward importazzjonijiet minn dak l-esportatur u biex l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2010 tal- 5 ta’ Jannar 2010 li jniedi reviżjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 (li jimponu dazju definittiv kontra d-dumping u sussidji kumpensatorji fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, u li jestendu dawk id-dazji għall-importazzjonijiet ta’ dak il-prodott ikkonsenjat, inter alia , mill-Iżrael) għall-għanijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur wieħed Iżraeljan, li jiġi rrevokat id-dazju kontra d-dumping rigward importazzjonijiet minn dak l-esportatur u biex l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni
ĠU L 2, 6.1.2010, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 6/2010
tal-5 ta’ Jannar 2010
li jniedi reviżjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 (li jimponu dazju definittiv kontra d-dumping u sussidji kumpensatorji fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene(PET) li joriġinaw fl-Indja, u li jestendu dawk id-dazji għall-importazzjonijiet ta’ dak il-prodott ikkonsenjat, inter alia, mill-Iżrael) għall-għanijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil esportatur wieħed Iżraeljan, li jiġi rrevokat id-dazju kontra d-dumping rigward importazzjonijiet minn dak l-esportatur u biex l-importazzjonijiet minn dak l-esportatur ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku kontra d-dumping), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 13(4) tiegħu, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji), u b’mod partikolari l-Artikoli 20, 23(5) u (6) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. MIŻURI EŻISTENTI
(1) |
Il-Kunsill, permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1676/2001 (3) u (KE) Nru 2597/1999 (4) impona miżuri kontra d-dumping u sussidji kumpensatorji rispettivament fuq tertuqa tal-PET li toriġina mill-Indja (il-miżuri oriġinali). Permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 (5) u (KE) Nru 1976/2004 (6), il-Kunsill estenda dawn il-miżuri għat-tertuqa tal-PET ikkunsinjata mill-Iżrael (il-miżuri estiżi) bl-eċċezzjoni ta’ importazzjonijiet minn kumpanija waħda msemmija speċifikament. |
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 101/2006 (7) il-Kunsill emenda r-Regolamenti (KE) Nru 1975/2004 u (KE) Nru 1976/2004 sabiex jeżenta kumpanija waħda oħra mill-miżuri estiżi. |
(3) |
Wara reviżjoni dwar l-iskadenza tal-miżuri kontra d-dumping, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1292/2007 (8) impona dazju kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw mill-Indja u estenda d-dazju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonsenjat mill-Brażil u mill-Iżrael, sew jekk ikunx iddikjarat li oriġina mill-Brażil jew le, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti produtturi speċifikati fl-Artikoli 2(4) ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Wara reviżjoni dwar l-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 367/2006 (9) impona dazju kumpensatorju fuq importazzjonijiet ta’ tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) li joriġinaw mill-Indja u estenda d-dazju fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonsenjat mill-Brażil u mill-Iżrael, sew jekk ikunx iddikjarat li oriġina mill-Brażil jew le, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti produtturi speċifikati fl-Artikoli 1(3) ta’ dak ir-Regolament. |
(5) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 ġew emendati l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 15/2009 (10). |
B. TALBA GĦAL REVIŻJONI
(6) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba għal eżenzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikoli 20, 23(5) u (6) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji mill-miżuri kontra d-dumping u kontra s-sussidji kumpensatorji estiżi għall-importazzjonijiet tat-tertuqa tal-PET ikkonsenjati mill-Iżrael. L-applikazzjoni tressqet minn S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd. (“l-applikant”) produttur fl-Iżrael (“il-pajjiż ikkonċernat”). |
C. PRODOTT
(7) |
Il-prodott li qiegħed jiġi eżaminat huwa t-tertuqa tat-tereftalat tal-polietilene (PET) mill-Iżrael (‘il-prodott ikkonċernat’) li attwalment huwa klassifikat bil-kodiċi tan-NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90. |
D. RAĠUNIJIET GĦAR-REVIŻJONI
(8) |
L-applikant jallega li huwa ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni Ewropea skont il-kodiċi NM ex 3920 62 19 jew ex 3920 62 90 matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2003. |
(9) |
Barra minn hekk, l-applikant jallega li m’għandux x’jaqsam mal-produtturi esportaturi li huma suġġetti għall-miżuri u li ma evitax il-miżuri applikabbli għat-tertuqa tal-PET ta’ oriġini Indjana. |
E. PROĊEDURA
(10) |
Produtturi Komunitarji li huma magħrufa li huma kkonċernati ġew mgħarrfa bl-applikazzjoni ta’ hawn fuq u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw. Ma waslu l-ebda kummenti. |
(11) |
Wara li ġiet eżaminata l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika t-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikoli 20, 23(5) u (6) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji għall-għanijiet li tiġi ddeterminata l-possibilità li l-applikant jingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi. |
(a) Il-kwestjonarji
Biex tkun tista’ tikseb it-tagħrif li hija tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant.
(b) Ġbir ta’ tagħrif u smigħ ta’ seduti
Il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.
F. IR-REVOKA TAD-DAZJU KONTRA D-DUMPING FIS-SEĦĦ U R-REĠISTRAZZJONI TAL-IMPORTAZZJONIJIET
(12) |
Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping, id-dazju kontra d-dumping fis-seħħ għandu jiġi rrevokat rigward l-importazzjonijiet ta’ dan il-prodott ikkonċernat li huma mmanifatturati u mibjugħa għall-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-applikant. |
(13) |
Fl-istess waqt, importazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku kontra d-dumping, biex ikun żgurat li, jekk l-eżami jirriżulta f’sejba ta’ evitar tal-liġi fir-rigward tal-applikant, ikun jista’ jiġi impost id-dazju b’lura mid-data tat-tnedija ta’ dan l-eżami. L-ammont tar-responsabbiltajiet futuri possibbli tal-applikant ma jistax ikun stmat f’dan l-istadju tal-proċedura. |
G. IL-LIMITI TA’ ŻMIEN
(14) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ żmien li fihom:
|
H. NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI
(15) |
F’każi fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għat-tagħrif meħtieġ jew ma tipprovdihx fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet jistgħu jsiru, fl-affermattiv jew fin-negattiv, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. |
(16) |
Fejn jinstab li xi parti interessata ressqet tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif għandu jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kontra d-dumping u l-Artikolu 28 tar-Regolamenti bażiku kontra s-sussidji, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal din il-parti milli kieku din kienet ikkooperat. |
I. IPPROĊESSAR TA’ DEJTA PERSONALI
(17) |
Ta’ min jinnota li kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (11). |
J. L-UFFIĊJAL GĦAS-SEDUTI TAS-SMIGĦ
(18) |
Qed jiġi nnutat ukoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. Dan jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn ikun hemm bżonn, medjazzjoni fi kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’dan il-proċediment, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji tal-kuntatti, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’dan qed jingħata bidu għal reviżjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006 skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 u l-Artikoli 20, 23(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 biex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet tat-tertuqa tat-terefalat tal-polietilene (PET) li attwalment għandhom il-kodiċi tan-NM ex 3920 62 19 jew ex 3920 62 90 ikkonsenjati mill-Iżrael permezz ta’ S.Z.P. Plastic Packaging Products Ltd. (kodiċi addizzjonali TARIC A964) għandhom jiġu suġġetti għad-dazji kontra d-dumping u kontra s-sussidji imposti mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2007 u (KE) Nru 367/2006.
Artikolu 2
Id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 huwa b’dan imħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.
Artikolu 3
L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
1. Biex jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw irwieħhom lill-Kumissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fil-premessa (11)(a) ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe tagħrif ieħor, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fi żmien 37 jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta’ ħafna mid-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u (KE) Nru 597/2009 jiddependi milli l-parti tagħmel lilha nnifisha magħrufa fil-perjodu msemmi qabel.
Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta’ 37 jum.
2. Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux f’format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza ppreżentata mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandu jkollhom fuqhom it-tikketta “Limitat” (12) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u l-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, għandhom ikunu akkumpanjati minn żewġ kopji ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali, li jkollha t-tikketta “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.
Kwalunkwe tagħrif li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni u/jew kwalunkwe talba għal seduta għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
European Commission |
Directorate General for Trade |
Directorate H |
Office: N105 4/92 |
B-1049 Brussels |
Belgium |
Faks (32 2) 295 65 05 |
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, il-5 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(2) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(3) ĠU L 227, 23.8.2001, p. 1.
(4) ĠU L 316, 10.12.1999, p. 1.
(5) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 1.
(6) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 8.
(8) ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1.
(12) Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Ikun protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 56, 6.3.1996 p. 1), l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Kontra d-Dumping), l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji.