This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0944
2009/944/EC: Commission Decision of 13 July 2009 on State aid schemes C 6/04 (ex NN 70/01) and C 5/05 (ex NN 71/04) implemented by Italy in favour of glasshouse growers (exemption from excise duty on diesel used to heat glasshouses) (notified under document C(2009) 5497)
2009/944/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar l-iskemi tal-għajnuna mill-Istat C 6/04 (eks NN 70/01) u C 5/05 (eks NN 71/04) implimentati mill-Italja favur bdiewa bis-serer (eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5497)
2009/944/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Lulju 2009 dwar l-iskemi tal-għajnuna mill-Istat C 6/04 (eks NN 70/01) u C 5/05 (eks NN 71/04) implimentati mill-Italja favur bdiewa bis-serer (eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5497)
ĠU L 327, 12.12.2009, p. 6–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar l-iskemi tal-għajnuna mill-Istat C 6/04 (eks NN 70/01) u C 5/05 (eks NN 71/04) implimentati mill-Italja favur bdiewa bis-serer (eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer)
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5497)
(Il-verżjoni bil-lingwa Taljana biss hija awtentika)
(2009/944/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2), l-ewwel paragrafu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont dak l-Artikolu, u wara li kkunsidrat il-kummenti mibgħuta,
Billi:
I. IL-PROĊEDURA
(1) |
Permezz tal-ittri bid-data tat-28 ta’ Settembru 2000 u s-17 ta’ Ottubru 2000, u fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani għal kjarifiki dwar l-eżenzjoni parzjali mid-dazji tad-dwana fuq id-diżil użat fl-agrikoltura stipulata fid-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000 li stabbilixxa miżuri urġenti fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul għal persuni naturali u fir-rigward tad-dazji tas-sisa. |
(2) |
L-awtoritajiet Taljani bagħtu lill-Kummissjoni l-kjarifiki mitluba permezz tal-ittri bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2000 u tat-3 ta’ Novembru 2000. |
(3) |
Wara li eżaminat dawn il-kjarifiki, il-Kummissjoni bagħtet ittra bid-data tal-20 ta’ Novembru 2000 fejn talbet lill-awtoritajiet Taljani għal aktar informazzjoni dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa. |
(4) |
Billi ma rċevitx risposta sal-limitu taż-żmien ta’ erba’ ġimgħat stabbilit fl-ittra msemmija aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Taljani tfakkira permezz ta’ ittra bid-data tas-26 ta’ April 2001, fejn iddikjarat li, jekk dawn ma jagħtux ir-reazzjoni tagħhom, hija kienet tirriżerva d-dritt li tipproponi lill-Kulleġġ tal-Kummissarji li jintbagħat mandat ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1) (li issa huwa l-Artikolu 88). |
(5) |
Bl-ittra bid-data tal-10 ta’ Mejju 2001, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali li l-awtoritajiet Taljani kienu ntalbu jipprovdu fl-ittra tas-26 ta’ April 2001. |
(6) |
B’ittra bid-data tat-2 ta’ Awwissu 2001, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni ħabbret li kienet qed tiftaħ fajl għal għajnuna mill-Istat mhux notifikata (ref. NN 70/01) u talbet lilll-awtoritajiet Taljani għal aktar informazzjoni. |
(7) |
Billi ma kenitx irċeviet risposta sal-limitu taż-żmien stabbilit, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira ġdida lill-awtoritajiet Taljani b’ittra bid-data tal-1 ta’ Lulju 2003, fejn għal darba oħra ġibditilhom l-attenzjoni għall-fatt li, jekk jonqsu milli jirrispondu sal-limitu taż-żmien ta’ erba’ ġimgħat, hija kienet tirriżerva d-dritt li tipproponi lill-Kulleġġ tal-Kummissarji li jintbagħat mandat ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Il-limitu taż-żmien stabbilit għar-risposta skada fil-bidu ta’ Awwissu 2003. |
(8) |
Billi ma kenitx irċeviet risposta sal-limitu taż-żmien imsemmi aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni ħarġet Deċiżjoni fl-10 ta’ Ottubru 2003 (2) li talbet lill-Italja sabiex tipprovdilha l-informazzjoni mitluba fl-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2001 u li ddikjarat li, jekk l-awtoritajiet Taljani jonqsu milli jirrispondu, kienet tirriżerva d-dritt li tibda l-proċedura tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat. |
(9) |
Billi ma kenitx irċeviet risposta għall-mandat ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni kitbet lill-awtoritajiet Taljani fid-19 ta’ Frar 2004 fejn infurmathom dwar id-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(5) tad-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000 (Każ C 6/04). |
(10) |
Id-Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-iskema ta’ għajnuna. |
(11) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-partijiet terzi interessati u bagħtithom lill-Italja permezz ta’ ittra bid-data tas-27 ta’ April 2004, u tatha l-opportunità sabiex tesprimi l-fehma tagħhom dwarhom. |
(12) |
L-Italja ma esprimietx il-fehma tagħha dwar dawn il-kummenti iżda, wara li talbet u kisbet posponiment tal-limitu taż-żmien għar-risposta għall-bidu tal-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, bagħtet risposta dwar din il-proċedura permezz ta’ ittra bid-data tal-21 ta’ Ġunju 2004, irreġistrata bħala li waslet fil-25 ta’ Ġunju 2004. |
(13) |
Wara li kienet bagħtet l-ittra tad-19 ta’ Frar 2004 li tiddikjara li kienet inbdiet il-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(5) tad-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000, il-Kummissjoni kisbet informazzjoni skont liema l-bdiewa tas-serer kienu apparentament qed jibbenefikaw, fir-realtà, minn eżenzjoni totali tad-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer. Permezz ta’ faks bid-data tal-10 ta’ Ġunju 2004, hija għalhekk talbet lill-awtoritajiet Taljani għal informazzjoni dwar din l-eżenzjoni addizzjonali. |
(14) |
B’ittra tat-28 ta’ Lulju 2004, irreġistrata li waslet fit-3 ta’ Awwissu 2004, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea kkomunikat lill-Kummissjoni r-risposta tal-awtoritajiet Taljani għall-ittra msemmija aktar ‘il fuq tal-10 ta’ Ġunju 2004. Din ir-risposta wriet li l-eżenzjoni addizzjonali msemmija aktar ‘il fuq kienet ġiet stabbilita permezz ta’ diversi dispożizzjonijiet: l-Artikolu 24(3) tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000; l-Artikolu 13(3) tal-Liġi Nru 448 tal-21 ta’ Diċembru 2001; l-Artikolu 19(4) tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta’ Diċembru 2002 u l-Artikolu 2(4) tal-Liġi Nru 350 tal-24 ta’ Diċembru 2003. |
(15) |
Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ fajl ġdid għal għajnuna mhux notifikata (ref. NN 71/04), sabex teżamina l-kompatibbiltà ta’ din l-eżenzjoni addizzjonali mas-suq komuni. Hija infurmat lill-awtoritajiet Taljani b’dan permezz ta’ ittra bid-data tal-4 ta’ Novembru 2004. |
(16) |
Permezz tal-ittra bid-data tal-24 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni infurmat lill-Gvern Taljan bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-eżenzjoni addizzjonali msemmija aktar ‘il fuq stabbilita permezz tal-Artikolu 24(3) tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000; l-Artikolu 13(3) tal-Liġi Nru 448 tal-21 ta’ Diċembru 2001; l-Artikolu 19(4) tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta’ Diċembru 2002 u l-Artikolu 2(4) tal-Liġi Nru 350 tal-24 ta’ Diċembru 2003 (każ C 5/05) |
(17) |
Id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-iskema ta’ għajnuna. |
(18) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati. |
(19) |
B’ittra tal-21 ta’ Frar 2005, irreġistrata li waslet fit-22 ta’ Frar 2005, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni r-risposta tal-awtoritajiet Taljani dwar it-tnedija tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra l-eżenzjoni addizzjonali msemmija aktar ‘il fuq. |
(20) |
Permezz ta’ ittra bid-data tas-27 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani għal informazzjoni addizzjonali dwar l-għajnuna kkonċernata u dwar ir-risposti dwar it-tnedija tal-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani ntalbu jiġġustifikaw l-argument li l-għajnuna kienet konsistenti mas-sistema tat-taxxa Taljana u janalizzaw jekk din tistax tkun ġustifikata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali li kienu applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna (5). L-awtoritajiet Taljani kellhom xahar sabiex jirrispondu għal din it-talba għal informazzjoni addizzjonali. |
(21) |
Fin-nuqqas ta’ risposta mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni bagħtitilhom tfakkira permezz ta’ faks bid-data tal-15 ta’ Ottubru 2008. Dan kien jiddikjara li, jekk hija ma kenitx se tirċievi risposta sal-limitu ta’ żmien il-ġdid ta’ xahar, hija kienet tirriżerva d-dritt li tipproponi lill-Kulleġġ tal-Kummissarji li mandat ta’ informazzjoni jintbagħat skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(22) |
Billi ma rċevietx risposta sal-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni bagħtet dan il-mandat lill-Italja bid-data tal-5 ta’ Diċembru 2008 (6). |
(23) |
Permezz ta’ ittra elettronika bid-data tal-5 ta’ Frar 2009, irreġistrata li waslet fid-9 ta’ Frar 2009, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni r-risposta tal-awtoritajiet Taljani għall-mandat imsemmi aktar ‘il fuq. |
(24) |
Wara laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-21 ta’ April 2009, l-awtoritajiet Taljani bagħtulhom ittra ġdida fid-19 ta’ Mejju 2009 permezz tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea. |
II. DESKRIZZJONI
(25) |
L-Artikolu 5(5) tad-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000 jistipula li, għall-perjodu bejn it-3 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2000, id-dazju tas-sisa applikat għad-diżil użat għat-tisħin tas-serer ikun 5 % ta’ dak stabbilit għad-diżil użat bħala karburant. |
(26) |
L-Artikolu 6(1) ta’ dak id-Digriet Liġi jistabbilixxi li, għall-istess perjodu, ir-rati tad-dazju tas-sisa għad-diżil użat fl-agrikoltura jkunu 22 % ta’ dawk applikabbli għad-diżil użat bħala karburant u li r-rati tad-dazju tas-sisa għall-petrol ikunu 49 % tar-rata normali. |
(27) |
L-Artikolu 24(3) tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000; l-Artikolu 13(3) tal-Liġi Nru 448 tal-21 ta’ Diċembru 2001; l-Artikolu 19(4) tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta’ Diċembru 2002 u l-Artikolu 2(4) tal-Liġi Nru 350 tal-24 ta’ Diċembru 2003 kollha stabbilixxew eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa għad-diżil użat għat-tisħin tas-serer fl-Italja. Din l-eżenzjoni kopriet il-perjodi li ġejjin rispettivament: mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2001; l-2002 kollha; l-2003 kollha u l-2004 kollha. |
III. IL-FTUĦ INIZJALI TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT (KAŻ C 6/04)
(28) |
Il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(5) tad-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000, għaliex kellha dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni tas-17-il punt perċentwali addizzjonali ta’ eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa mogħtija lill-bdiewa tas-serer li jużaw id-diżil għat-tisħin tas-serer meta mqabbla ma’ operaturi oħra fis-settur agrikolu. Id-dubji oriġinaw mill-fatt li, minkejja li ntbagħat mandat ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet Taljani ma bagħtu l-ebda informazzjoni li turi li l-eżenzjonijiet kienu eliġibbli taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni (fil-fatt, huma l-anqas biss irrispondew għall-mandat). Minbarra dan, id-dubji ssaħħew mill-kwistjoni dwar l-ammissibilità tal-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (7) u dwar id-Direttiva li tħassar dik id-Direttiva, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirristruttura l-qafas tal-Komunità għat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku (8). |
IV. REAZZJONI TAL-AWTORITAJIET TALJANI GĦALL-FTUĦ INIZJALI TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT
(29) |
Fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Ġunju 2004, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat iżda kellhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-Artikolu 8(2)(f) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttivi 92/81/KEE u 2003/96/KE rispettivament. Huma kienu tal-fehma li l-biedja fis-serer kien jaqa’ fil-kategorija ta’ “xogħlijiet agrikoli u ortikulturali”, li għalihom il-liġi tal-Komunità tippermetti lill-Istati Membri sabiex japplikaw eżenzjonijiet totali jew parzjali mid-dazju tas-sisa, u li l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għall-biedja fis-serer ma kenitx tintroduċi diskriminazzjoni fis-settur agrikolu u ortikulturali marbuta ma’ differenzjazzjoni fl-eżenzjonijiet, għaliex l-operaturi kollha kienu għal kollox ħielsa li jagħżlu bejn it-tkabbir barra u dak fis-serer. |
(30) |
Skont l-awtoritajiet Taljani, l-iskema kienet ta’ natura biss fiskali u għandha titqies minn din il-perspettiva, sabiex l-analiżi ssir f’qafas akbar li jkopri l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn li jiġi eżaminat każ nazzjonali individwali barra minn qafas bħal dan iwassal għal perikolu għall-prinċipju tat-trattament ugwali tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Taljani rreferew għall-ftehim politiku milħuq mill-Kunsill u l-Kummissjoni fil-Kunsill Ecofin tad-19 ta’ Marzu 2003, li fih id-derogi mis-sistema ġenerali tat-taxxa jew differenzi fi ħdanha li kienu ġġustifikati min-natura jew il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema tat-taxxa ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
(31) |
B’konklużjoni, l-awtoritajiet Taljani żiedu li, skont l-estimi u d-dejta fil-pussess tagħhom, l-iskema ppjanata “ma tkunx ta’ ħsara għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u ma tirriżultax fi tfixkil tal-kompetizzjoni” (referenza għall-Preambolu 24 tad-Direttiva 2003/96/KE). |
V. KUMMENTI MRESSQA MINN PARTIJIET TERZI WARA L-FTUĦ INIZJALI TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT
(32) |
Permezz tal-ittra bid-data tad-19 ta’ April 2004 irreġistrata bħala li waslet fil-21 ta’ April 2004, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand parti terza interessata wara l-ftuħ tal-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Tratttat. |
(33) |
F’dik l-ittra, il-parti interessata ddeskriviet il-fraġilità tas-suq li fih hija kienet topera u l-problemi konnessi maż-żieda fil-prezz tal-karburanti li jistgħu jintużaw għat-tisħin tas-serer. Fil-fehma tal-parti terza interessata, jekk il-Kummissjoni kellha tiddeċiedi kontra l-eżenzjoni kkonċernata, bosta impriżi f’dan is-settur kienu jiġu sfurzati li jagħlqu jew li jnaqqsu l-ammont ta’ karburant li jikkunsmaw għat-tisħin tas-serer tagħhom, bit-tnaqqis fil-kwalità tal-prodotti tagħhom li jirriżulta. Minbarra dan, skont il-parti terza interessata, il-prezzijiet tal-karburanti tat-tisħin użati fil-Belġju u l-Olanda (metanu u żejt tal-karburant) kienu bejn 20 % u 40 % anqas mill-prezz tad-diżil agrikolu fl-Italja u li, għalhekk, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni kkonċernata ma tfixkel bl-ebda mod il-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, dejjem fil-fehma ta’ din il-parti, in-numru ta’ stabbilimenti agrikoli fis-settur tagħha li qed jużaw il-gass metanu għat-tisħin tas-serer kien dejjem qed jiżdied. |
VI. IT-TIENI FTUĦ TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT (KAŻ C 5/05)
(34) |
Il-Kummissjoni fetħet proċedura oħra taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat wara li kisbet informazzjoni li turi li l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa li gawdew minnha l-bdiewa tas-serer kienet fil-fatt ogħla, b’ammont sinifikanti, minn dik analizzata meta l-proċedura kienet infetħet oriġinarjament. Id-dubji espressi meta l-proċedura nfetħet oriġinarjament, li l-kawżi tagħhom kienu jinkludu l-fatt li l-awtoritajiet Taljani ma kinux irrispondew għall-mandat ta’ informazzjoni li ntbagħtilhom, kienu kkonfermati mir-reazzjoni tal-awtoritajiet għall-ftuħ oriġinali tal-proċedura. Essenzjalment, id-dubji espressi mill-Kummissjoni meta l-proċedura nfetħet għat-tieni darba kienu bbażati fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
VII. REAZZJONI TAL-AWTORITAJIET TALJANI GĦALL-FTUĦ GĦAT-TIENI DARBA TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT
(35) |
B’ittra tal-21 ta’ Frar 2005, l-awtoritajiet Taljani stqarrew li l-kwistjonjiet ta’ sustanza koperti mit-tieni proċedura kienu identiċi għal dawk trattati meta l-proċedura kienet infetħet oriġinarjament u li l-kummenti li kienu diġà saru fir-rigward tal-ewwel proċedura kienu għadhom validi. Huma ssupplimentaw ir-risposta tagħhom ukoll billi ddikjaraw dan li ġej:
|
VIII. RISPOSTA TAL-AWTORITAJIET TALJANI GĦALL-MANDAT TA’ INFORMAZZJONI TAL-5 TA’ DIĊEMBRU 2008
(36) |
Fl-ittra tagħhom tal-5 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Taljani l-ewwel marru lura għall-argument dwar il-kompatibilità tal-għajnuna mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/81/KEE, li fil-fehma tagħhom, ma kinux jipprovdu kjarifiki suffiċjenti dwar il-kwistjoni tal-kompatibilità tal-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tad-dazju tas-sisa mar-regoli tal-kompetizzjoni. |
(37) |
B’appoġġ għall-pożizzjoni tagħhom, huma rreferew għall-Artikolu 8 tad-Direttiva, skont liema, “bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis totali jew parzjali fir-rata tad-dazju fuq iż-żjut minerali taħt kontroll fiskali […] esklussivament fix-xogħlijiet agrikoli u ortikulturali, u fil-forestrija […]”. |
(38) |
Fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, l-espressjoni “bla ħsara” użata f’dak Artikolu ma stabbilietx obbligu ta’ konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni Ewropej kif jagħmel, b’kuntrast, l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2003/96/KE. Kieku dawn iż-żewġ Direttivi kienu stabbilixxew l-istess obbligu, il-leġiżlatur tal-Komunità ma kien ikollu l-ebda ħtieġa li jkun aktar espliċitu fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2003/96/KE. Għaldaqstant, il-konklużjoni tal-awtoritajiet Taljani hija li, meta jitqies l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/81/KEE, l-Istati Membri jistgħu leġittimament japplikaw tnaqqis fid-dazji tas-sisa jew eżenzjonijiet minnhom fis-settur tal-ortikultura. |
(39) |
L-Awtoritajiet Taljani mbagħad enfasizzaw li, fil-prattika, id-Direttiva ta’ implimentazzjoni 92/81/KEE u għalhekk id-Direttiva 2003/96/KE rriżultaw fi tfixkil tal-kompetizzjoni fis-suq intern, għaliex it-tnaqqis u l-eżenzjonijiet stipulati kienu ta’ benefiċċju għal dawk l-Istati Membri li kellhom riżorsi finanzjarji akbar u setgħu għalhekk japplikaw tnaqqis fid-dazji tas-sisa b’mod uniformi fis-settur agrikolu kollu. Minħabba li hija kellha riżorsi limitati, l-Italja ddeċidiet li tieħu azzjoni biss favur il-bdiewa tas-serer, għaliex il-miżuri ta’ tnaqqis fid-dazju tas-sisa u eżenzjoni minnu ġew adottati fil-kuntest ta’ kriżi kkawżata minn żidiet fil-prezzijiet għall-prodotti tat-tisħin. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li ma kienx ir-rwol tal-Kummissjoni li tintervjeni fir-rigward ta’ għażla ta’ prijoritajiet ta’ Stat Membru. |
(40) |
Fir-rigward tal-applikabilità possibbli tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali (ara l-premessa aktar ‘il fuq), l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li t-tnaqqis mogħti fid-dazji tas-sisa kien konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-linji gwida u għalhekk seta’ jibbenefika mid-derogi stabbiliti fihom ladarba, fil-fehma tagħhom, il-kwistjoni kienet tirrigwarda t-taxxi eżistenti skont it-tifsira tal-punt 51.2 tal-linji gwida. Dan il-punt jistipula li, f’dak li jirrigwarda taxxi eżistenti, għajnuna operattiva konnessa ma’ tnaqqis jew eżenzjonijiet tista’ tiġi awtorizzata jekk dawn iż-żewġ kundizzjonijiet huma t-tnejn li huma ssodisfati fl-istess waqt:
|
(41) |
Skont l-awtoritajiet Taljani, id-dazji tas-sisa fuq il-karburanti użati fl-agrikoltura, b’mod partikolari l-gass għat-tisħin, jistgħu jitqiesu bħala taxxi ambjentali u għandhom impatt pożittiv fuq l-ambjent għaliex huma jinkoraġġixxu lill-produtturi sabiex inaqqsu l-konsum tal-karburanti. |
(42) |
Fir-rigward tal-punt 51.2(b) tal-linji gwida b’mod partikolari, li fuq il-bażi tiegħu kellhom jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-derogi għall-impriżi meta ġiet adottata t-taxxa, l-awtoritajiet Taljani rreferew għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4436 tas-7 ta’ Diċembru 2005. Dik id-deċiżjoni stipulat li “id-dazji tas-sisa kkonċernati jistgħu ma jkollhomx skop ambjentali espliċitu mill-bidu u l-eżenzjonijiet ġew deċiżi fil-[…] qabel ma l-linji gwida tal-2001 dwar l-għajnuna ambjentali saru applikabbli. Għalhekk, is-sitwazzjoni tagħhom tista’ titqies bħallikieku dawn kienu ġew deċiżi fiż-żmien meta t-taxxa tas-sisa kienet ġiet adottata. Għaldaqstant, f’konformità mal-punt 51.2 tal-linji gwida, id-dispożizzjonijiet fil-punt 51.1 jistgħu jiġu applikati għall-eżenzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati f’din id-deċiżjoni”. L-awtoritajiet Taljani żiedu li t-tnaqqis fid-dazju tas-sisa ġie deċiż wara bidla fis-sitwazzjoni ekonomika (b’mod partikolari żieda qawwija fil-prezz taż-żejt) li poġġiet lill-bdiewa tas-serer f’sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli meta mqabbla ma’ bdiewa li jkabbru l-uċuħ tar-raba’ fil-miftuħ u wasslet lill-awtoritajiet f’pajjiżi oħra sabiex jadottaw miżuri favur il-bdiewa tas-serer u s-settur tas-sajd. L-awtoritajiet indikaw li fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz taż-zejt tal-gass għat-tisħin inbidel kif ġej: +37 % fl-1999-2000, +26 % fl-1999-2001 u +26 % fl-1999-2002. Sadanittant, l-istruttura tal-prezz kienet kif ġej (medja annwali f’EUR/litru):
|
(43) |
Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Taljani ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-applikazzjoni tal-punt 51 tal-linji gwida xorta waħda kienet tirrikjedi li l-impriżi jħallsu parti mit-taxxa. Fil-fehma tagħhom, il-miżura adottata mill-Italja tista’ tkun kompatibbli jekk il-benefiċjarji jħallsu l-ammont minimu stabbilit fil-livell tal-Komunità (li, skont l-awtoritajiet, kien ta’ EUR 13 għal kull 1 000 kg fil-perjodu 2000-2013 u EUR 21 għal kull 1 000 kg wara dan). |
(44) |
Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda l-ammont totali tal-għajnuna mogħtija, l-awtoritajiet Taljani indikaw li ċ-ċifri fid-diversi Liġijiet Finanzarji kienu stimi bbażati fuq previżjonijiet tal-konsum għall-karburanti tat-tisħin u għandhom jitqiesu bħala dħul mhux miġbur minflok bħala riżorsi allokati. Fil-fehma tagħhom, kien diffiċli f’dak l-istadju li jiġi kkwantifikat il-vantaġġ miksub minn kull produttur, ladarba r-responsabbiltà għall-amministrazzjoni tas-sistema tat-taxxa kienet f’idejn ir-reġjuni, il-provinċji jew saħansitra l-muniċipalitajiet. Iċ-ċifri jintbagħtu immedjatament kif dawn ikunu disponibbli. |
IX. L-ITTRA MIBGĦUTA FIT-18 TA’ MEJJU 2009
(45) |
F’din l-ittra, l-awtoritajiet Taljani affermaw, l-ewwel nett, li d-dazji tas-sisa kienu taxxi eżistenti u li, bħala tali, ma setgħux ikunu koperti mid-derogi applikabbli għalihom permezz tad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent, għar-raġunijiet ippreżentati fil-premessa 42 aktar ‘il fuq. |
(46) |
Dan l-argument kien segwit minn verżjoni aġġornata tat-tabella mogħtija fil-premessa 42 aktar ‘il fuq (il-kolonna tat-taxxa hija maqsuma bejn id-dazji tas-sisa u l-VAT). Skont it-tabella l-ġdida, l-istruttura tal-prezzijiet fil-perjodu taħt kunsiderazjoni kienet kif ġej (din id-darba d-dejta hija espressa f’EUR għal kull 1 000 litru):
|
(47) |
L-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li, bejn l-1999 u l-2004, il-prezzijiet tal-konsumatur tad-diżil għat-tisħin kienu qed jiżdiedu b’mod kostanti, minbarra għal tnaqqis żgħir bejn l-2000 u l-2001. L-argumenti diġà ppreżentati fil-premessi 42 u 43 aktar ‘il fuq imbagħad ġew ripetuti. |
(48) |
F’dak li jirrigwarda l-ġustifikazzzjoni għall-miżura fid-dawl tas-sistema Taljana tat-taxxa, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw li, fl-Italja, il-kwantitajiet tal-karburanti eżenti kienu jitqassmu fuq il-bażi tad-daqs tal-art, il-kwalità tal-uċuħ tar-raba’ u l-ammont ta’ tagħmir agrikolu effettivament użat. Għaldaqstant, jista’ jingħad li l-eżenzjoni ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tat-tip ta’ attività mwettqa u, għall-biedja tas-serer, b’mod proporzjonali, għaliex dan it-tip ta’ biedja kienet b’mod ċar dipendenti fuq id-diżil u kkaratterizzata minn kundizzjonijiet ta’ produzzjoni kompletament differenti meta mqabbla mal-biedja fil-miftuħ. Minbarra dan, l-eżenzjoni ma kienet tiffavorixxi l-ebda prodott wieħed għaliex kienet tapplika għall-prodotti kollha li jitkabbru f’serra u għaliex il-biedja tas-serer tista’ titqies bħala prattika mifruxa fis-settur agrikolu. |
(49) |
F’dak li jirrigwarda l-applikabilità tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat f’termini aktar ġenerali, l-awtoritajiet Taljani kienu tal-fehma li l-kundizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu ma kinux ġew issodisfati, għaliex l-eżenzjonijiet la kienu selettivi u lanqas ma kienu jfixklu l-kompetizzjoni. |
(50) |
F’dak li jirrigwarda s-selettività, huma rreferew għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza fil-Każ T-233/04 (9). F’dik is-sentenza (paragrafu 86), il-Qorti ddikjarat li “għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 87 KE, ma tagħmilx differenza jekk is-sitwazzjoni tal-allegat benefiċjarju tal-miżura tkunx marret għall-aħjar jew għall-agħar meta mqabbla mal-istat tad-dritt preċedenti jew jekk, bil-kontra ta’ dan, ma tkunx evolviet matul iż-żmien. Għandu biss jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema ġuridika partikolari, miżura tal-Istat tkunx tali li tiffavorixxi ‘ċerti impriżi jew ċerti produtturi’ fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli fir-rigward tal-għan imfittex mill-miżura kkonċernata”. |
(51) |
Fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, l-eżenzjoni applikata għad-diżil użat f’ambjenti mgħottija fejn jitkabbru l-prodotti agrikoli bl-ebda mod ma kienet tiddistingwi bejn impriżi fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali jew bejn il-prodotti, ladarba l-impriżi kollha, indipendentement mill-prodotti li jipproduċu, jistgħu jagħmlu użu mill-eżenzjoni meta jkunu qed jakkwistaw il-provvisti tad-diżil tagħhom għall-biedja fis-serer. |
(52) |
F’dak li jirrigwarda l-probabbilità li l-miżura tfixkel il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet Taljani rreferew għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1105, li l-premessa 43 tagħha jgħid li l-eżenzjonijiet totali u parzjali permessi mill-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/81/KEE jsegwu l-istess għanijiet bħall-miżura stipulata fid-Direttiva 2003/96/KE u huma ta’ skala pjuttost żgħira u, għalhekk, jista’ jingħad, b’analoġija, li huma m’għandhomx jikkawżaw tfixkil partikolari għall-kompetizzjoni. |
(53) |
L-awtoritajiet Taljani żiedu wkoll li, fil-punt 32 ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li miżuri ta’ dan it-tip applikati għall-karburanti użati fil-produzzjoni agrikola primarja ma jikkawżawx tfixkil sostanzjali għall-kompetizzjoni fid-dawl taċ-ċokon tal-azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (aktar minn 60 % tal-azjendi agrikoli għandhom anqas minn 5 ettari ta’ art agrikola utilizzata). B’din il-kunsiderazzjoni bħala l-punt tat-tluq tagħhom, huma enfasizzaw li, bl-applikazzjoni tal-istess kriterju tad-daqs, ikun diffiċli li l-eżenzjonijiet ikkonċernati jfixklu l-kompetizzjoni għaliex madwar 80 % tal-azjendi agrikoli Taljani għandhom anqas minn 5 ettari ta’ art agrikola utilizzata. |
(54) |
L-awtoritajiet Taljani ġabu wkoll l-argument li l-kwantità tad-diżil meħtieġ sabiex jissaħħan 1 m3 ta’ serra kienet ta’ madwar 2 litri biss. Minbarra dan, fuq il-bażi ta’ studju li sar minn Enama (Ente nazionale per la meccanizzazione agricola - Korp Nazzjonali għall-Mekkanizzazzjoni tal-Agrikoltura) dwar il-konsum tad-diżil f’14 mill-20 reġjun tal-Italja, id-diżil użat fis-serer (167 436 001 litru) kien jirrappreżenta biss 11,77 % tal-konsum tad-diżil agrikolu fl-2002 u 10,67 % fl-2003. |
(55) |
Wara li pprovdew dawn il-kjarifiki f’sostenn tal-fehma tagħhom li l-eżenzjonijiet ikkonċernati ma kinux jinkludu elementi ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, l-awtoritajiet Taljani reġgħu enfasizzaw in-natura trasversali tal-eżenzjonijiet, enfasizzaw ukoll il-fatt li l-produtturi agrikoli kollha setgħu jibbenefikaw minnhom jekk iwettqu attivitajiet ta’ biedja fis-serer u ssottolineaw li l-kriterju tan-nondiskriminazzjoni ma setax jiġi applikat retroattivament, għar-raġunijiet ta’ aspettattivi leġittimi u ċertezza legali. |
X. VALUTAZZJONI
(56) |
Din id-Deċiżjoni tirrigwarda d-differenza bejn l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer, fuq naħa, u l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa fuq iż-żejt tat-tisħin użat bħala karburant, fuq in-naħa l-oħra. |
(57) |
Meta jitqiesu l-argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani fir-risposti tagħhom għall-ewwel u t-tieni ftuħ tal-proċedura, huwa neċessarju l-ewwel nett li jiġi eżaminat jekk l-iskema fihiex elementi ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(58) |
Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti hija, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, inkompatibbli mas-suq komuni. |
(59) |
L-iskema li qed tiġi eżaminata tissodisfa din d-definizzjoni, mhux biss għaliex hija ffinanzjata bir-riżorsi tal-Istat (bl-għoti ta’ eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa, l-Istat iċedi dħul speċifiku li kieku kien jiġbor), iżda wkoll għaliex tiffavorixxi ċerti impriżi (impriżi fis-settur tal-agrikoltura u, fi ħdan dak is-settur, dawk li jipprattikaw il-biedja fis-serer) u tista’ taffettwa l-kummerċ jew tfixkel il-kompetizzjoni, fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Italja fil-qasam tal-produzzjoni agrikola fis-serer (pereżempju, f’termini ta’ daqs tal-art tas-serer użati għall-produzzjoni tal-ħaxix frisk, fl-2000 u fl-2003 l-Italja kienet fit-tieni post fost il-pajjiżi produtturi fl-Unjoni Ewropea; fl-2000 u fl-2001 l-Italja kienet l-akbar produttur tal-ħaxix fl-Unjoni Ewropea u, fl-aħħar nett, fil-perjodu li jikkonċernaw il-proċeduri relevanti, l-Italja kienet it-tieni l-akbar pajjiż Ewropew f’termini ta’ daqs tal-art użata għall-produzzjoni agrikola fis-serer). |
(60) |
Waqt li kienet qed tiġi eżaminata l-kwistjoni, l-awtoritajiet Taljani użaw serje ta’ argumenti sabiex jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom li l-iskema ma kienx fiha elementi ta’ għajnuna mill-Istat:
|
(61) |
Għandu jiġi l-ewwel nett enfasizzat li l-ebda ftehim politiku ma jista’ jibdel il-kunċett ta’ għajnuna kif definit b’mod oġġettiv fit-Trattat. |
(62) |
F’dak li jirrigwarda l-argument li l-eżenzjonijiet huma ġġustifikati min-natura jew il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema tat-taxxa, il-Kummissjoni temmen li eżenzjonijiet speċifiċi tad-dazju tas-sisa, li huma limitati għal tip speċifiku ta’ produzzjoni (fil-każ ikkonċernat, il-produzzjoni agrikola fis-serer li rċeviet eżenzjonijiet akbar mit-tkabbir fl-għelieqi miftuħa) ma jistgħux jiġu ġġustifikati min-natura u l-loġika tas-sistema tat-taxxa fejn il-liġi tal-Komunità titlob li l-Istati Membri fil-prinċipju jimponu dazji tas-sisa (10). L-istess kunsiderazzjoni tapplika meta l-liġi tal-Komunità ma tipprovdix għall-għoti tal-eżenzjonijiet ikkonċernati. L-argument li l-eżenzjonijiet huma validi għall-prodotti kollha li jitkabbru fis-serer mhux relevanti f’dan il-każ, għaliex fergħat sħaħ tas-settur tal-produzzjoni agrikola rċevew eżenzjonijiet iżgħar minn dawk mogħtija lill-bdiewa bis-serer u, jekk kif qed jgħidu l-awtoritajiet Taljani, il-kwantitajiet tal-karburant eżenti tqassmu fuq il-bażi tal-attività mwettqa, il-loġika tas-sistema tat-taxxa kien jitlob li l-eżenzjoni tkun l-istess għall-attivitajiet kollha bbażati fuq l-użu tad-diżil. |
(63) |
Il-kwistjoni tas-selettività diġà ġiet studjata fil-premessa 58 aktar ‘il fuq. Fir-rigward tas-sentenza fil-Każ T-233/04, il-Kummissjoni tinnota, fid-dawl tal-premessa 25 u 26 aktar ‘il fuq, li, filwaqt li huwa veru li l-operaturi fis-settur agrikolu li jużaw id-diżil setgħu jibbenefikaw minn eżenzjonijiet, il-bdiewa bis-serer madankollu rċevew eżenzjonijiet akbar. L-operaturi kollha jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja komparabbli, ladarba jużaw id-diżil għall-produzzjoni u huma għalhekk affettwati sal-istess punt mill-għan tal-miżura (li jittaffew l-effetti taż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt), indipendentement mill-istatus legali tagħhom. Il-fatt li, f’sitwazzjoni komparabbli, xi operaturi setgħu jgawdu minn eżenzjonijiet akbar minn dawk ta’ oħrajn juri li l-iskema tinkludi element ta’ selettività. |
(64) |
Il-Kummissjoni tirrifjuta l-argumenti tal-awtoritajiet Taljani li l-iskema ma tipperikolax il-funzjonament korrett tas-suq intern u ma tirriżultax fi tfixkil għall-kompetizzjoni:
|
(65) |
L-awtoritajiet Taljani qalu wkoll, b’risposta għall-ftuħ inizjali tal-proċedura, li l-għajnuna kkonċernata ma kenitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat iżda li kellha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 92/81/KEE u 2003/96/KE. Huma waslu għal din il-konklużjoni fuq il-bażi tal-argument li l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat tkun eskluża mill-fatt sempliċi li Direttiva tal-UE tistabbilixxi l-possibilità li jingħataw eżenzjonijiet mit-taxxi. Dan l-argument ġie repetut b’risposta għall-mandat ta’ informazzjoni mibgħut lilhom. |
(66) |
Il-Kummissjoni ma tistax taqbel ma’ dan l-argument. Fil-fatt, is-sitt premessa tad-Direttiva 92/81/KEE tippermetti li l-Istati Membri “japplikaw fuq bażi fakultattiva […] eżenzjonijiet oħra […], fejn dan ma jwassalx għal tfixkil tal-kompetizzjoni”. Minbarra dan, l-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva jistipula li l-Istati Membri jistgħu japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis totali jew parzjali “bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità”. Bir-referenza tagħha għall-eżistenza tar-riskju ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni, id-Direttiva 92/81/KEE ma teskludix il-possibilità li eżenzjonijiet li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Ta’ min jiftakar li s-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat ġejjin direttament mit-Trattat u li dawn is-setgħat ma jistgħux jiġu ristretti minn Direttiva li l-għan tagħha huwa li tarmonizza taxxa fuq il-livell Ewropew. |
(67) |
Minbarra dan, il-Premessi 15 u 24 fil-preambolu tad-Direttiva 2003/96/KE jiddikjaraw li miżuri li jkollhom l-għan li jistabbilixxu rati nazzjonali differenzjati ta’ taxxa għandhom ikunu konformi mar-regoli tas-suq intern u tal-kompetizzjoni sabiex ma jirriżultawx fi tfixkil tal-kompetizzjoni. L-obbligu li jiġu applikati r-regoli dwar il-kompetizzjoni huwa kkonfermat mill-Artikolu 26 ta’ dik id-Direttiva, li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-miżuri kkonċernati jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u, f’dawn il-każijiet, għandhom jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Dak l-Artikolu jistabbilixxi b’mod ċar li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ dik id-Direttiva ma teħlisx lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. |
(68) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Taljani stess affermaw (ara l-premessa 39 aktar ‘il fuq) li l-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet tfixkel il-kompetizzjoni, element karatteristiku tal-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(69) |
Meta jitqiesu dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa applikati taħt l-iskema kkonċernata jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(70) |
Madankollu, fil-każijiet previsti mill-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat, dawn il-miżuri jistgħu, b’deroga, jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq komuni. |
(71) |
Id-derogi previsti mill-Artikolu 87(2) tat-Trattat jirrigwardaw l-għajnuna ta’ tip soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, l-għajnuna biex tikkumpensa għad-danni maħluqa minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali u l-għajnuna mogħtija għall-ekonomija ta’ xi reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ma japplikawx f’dan il-każ, indipendentement minn min huma l-benefiċjarji tal-iskema. |
(72) |
Il-Kummissjoni hi tal-fehma li d-derogi taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat dwar l-iżvilupp ta’ reġjuni speċifiċi ma japplikawx għall-iskema kkonċernata, ladarba din l-iskema ma tinvolvix għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni speċifiċi fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn hemm nuqqas serju ta’ impjiegi. |
(73) |
Fir-rigward tad-deroga skont l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat, huwa biżżejjed li wieħed jirrimarka l-fatt li l-iskema tat-taxxa kkonċernata mhix proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew u m’għandhiex l-għan li tirrimedja għal taqlib serju fl-ekonomija Taljana. Hija lanqas ma tipprova tippromwovi l-kultura u l-preżervazzjoni tal-patrimonju skont it-tifsira tad-deroga fl-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat. |
(74) |
Għaldaqstant, l-unika deroga li jista’ jsir rikors għaliha hija dik stabbilita fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, li skontha l-għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni jekk hija intiża sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, sakemm dan ma jaffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li huwa kuntrarju għall-interess komuni. |
(75) |
Billi l-għajnuna taħt l-iskema kkonċernata hija għajnuna mhux notifikata, il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni trid tiġi analizzata fid-dawl tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat li kienu fis-seħħ meta ngħatat, kif stabbiliti fl-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali (12). |
(76) |
Filwaqt li huwa veru li l-premessa 172 tal-linji gwida l-ġodda tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u l-forestrija 2007-2013 (13) iqisu li xi għajnuna illegali mogħtija wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/96/KE hija kompatibbli mas-suq komuni, skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3), dan japplika biss fejn l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-Direttiva u ma jkunx hemm differenzjazzjoni fi ħdan is-settur agrikolu. L-istess japplika għall-għajnuna mogħtija b’mod illegali fuq il-bażi tad-Direttiva 92/81/KEE. |
(77) |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 92/81/KEE jistipula li “l-Istati Membri għandhom jimponu dazju tas-sisa armonizzat fuq iż-żjut minerali f’konformità ma’ din id-Direttiva”. L-Artikolu 1(2) jgħid li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rati tagħhom f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tad-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali (14). |
(78) |
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/82/KEE jipprovdi għal dazju tas-sisa fuq id-diżil ta’ ECU 18 għal kull 1 000 litru ta’ diżil użat għal magni fissi, impjanti u makkinarju użati fil-kostruzzjoni, inġinerija ċivili jew xogħlijiet pubbliċi jew vetturi maħsuba għal użu mhux fuq toroq pubbliċi jew li ma ngħatawx awtorizzazzjoni għall-użu prinċipali fuq toroq pubbliċi. |
(79) |
L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 92/81/KEE jgħid li “żjut minerali minbarra dawk li għalihom livell ta’ dazju huwa speċifikat fid-Direttiva 92/82/KEE tar-rati għandhom ikunu suġġetti għad-dazju tas-sisa jekk maħsuba għall-użu, offruti għall-bejgħ jew użati bħala karburant għat-tisħin jew karburat għall-magni. Ir-rati tad-dazju li għandha tinżamm għandha tkun stabbilita, skont l-użu, bir-rata għall-karburant tat-tisħin jew tal-magni ekwivalenti”. (It-EUR 13 indikati mill-awtoritajiet Taljani (ara l-premessa 43 aktar ‘il fuq) huma d-dazju applikabli għall-karburant tat-tisħin jew karburant tal-magni ekwivalenti, jiġifieri d-dazju għaż-żejt tqil stabbilit għal EUR 13 kull 1 000 kg fl-Artikolu 6 tad-Direttiva msemmija l-aħħar). |
(80) |
Madankollu, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/81/KEE jistipula li “bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis totali jew parzjali fir-rata tad-dazju fuq iż-żjut minerali użati taħt kontroll fiskali […] esklussivament f’xogħlijiet agrikoli u ortikulturali, u fil-forestrija u s-sajd intern”. |
(81) |
F’konformità mad-Direttiva 2003/96/KE, li ilha applikabbli sa mill-1 ta’ Jannar 2004 (15), ir-rata minima ta’ dazju tas-sisa fuq id-diżil hija stabbilita għal EUR 21 għal kull 1 000 litru (Artikolu 9 tad-Direttiva flimkien mat-Tabella C fl-Anness I tad-Direttiva). Din id-Direttiva fiha wkoll dispożizzjoni analoga għal dik fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/81/KEE, jiġifieri l-Artikolu 15(3) skont liema “l-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ taxxi ta’ żero fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għax-xogħlijiet agrikoli, ortikulturali jew pexxikulturali, u fil-forestrija”. |
(82) |
Taħt iż-żewġ Direttivi msemmija hawn fuq, għalhekk, kien possibbli li jingħataw eżenzjonijiet totali mid-dazju tas-sisa. Madankollu, billi l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata tistabbilixxi differenzjazzjoni bejn l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa li huma għall-benefiċċju ta’ ċerti impriżi agrikoli, hija ma tistax tiġi ddikjarata bħala kumpatibbli mas-suq komuni fid-dawl tal-punt 172 tal-linji gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u l-forestrija 2007-2013 (16). |
(83) |
Għall-perjodu kollu kopert miż-żewġ proċeduri mibdija fir-rigward tal-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa (mit-3 ta’ Ottubru 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2004 - ara l-premessi 25 u 27 aktar ‘il fuq), ir-regoli applikabbli għall-għajnuna mill-Istat kienu dawk stabbiliti fil-linji gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura (17) (minn hawn “il quddiem ‘il-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000”). |
(84) |
Il-Kummissjoni tqis li, meta titqies in-natura tagħha (eżenzjonijiet totali mid-dazju tas-sisa), l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna unilaterali mill-Istat li hija sempliċiment maħsuba sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi mingħajr ma tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur. Din l-osservazzjoni hija sostnuta mill-fatt li, fl-informazzjoni addizzjonali li pprovdew, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li r-raġuni għall-għoti tal-għajnuna kienet iż-żieda fil-prezz taż-żejt (ara l-premessa 39 aktar ‘il fuq). |
(85) |
F’konformità mal-punt 3.5 tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000, din l-għajnuna hija għajnuna operattiva li hija inkompatibbli mas-suq komuni. |
(86) |
Madankollu, il-punt 5.5 tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000 jippermetti eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.5 imsemmi aktar ‘il fuq għall-għajnuna operattiva għal finijiet ambjentali. |
(87) |
B’mod partikolari, il-punt 5.5.4 tal-linji gwida tal-2000 dwar l-agrikoltura jirreferi għall-każ speċifiku ta’ eżenzjonijiet parzjali jew totali mit-taxxi ambjentali. Hawn, wara li esprimiet xi riżervi, il-Kummissjoni ddikjarat li din l-għajnuna tista’ tiġi aċċettata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(88) |
Fil-każ li qed jiġi eżaminat, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mhix digressiva għaliex, fid-dawl tad-diversi artikoli tal-Liġijiet Finanzjarji li pprovdew għall-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, l-eżenzjoni kienet parzjali sal-31 ta’ Diċembru 2000 u mbagħad totali għal kull wieħed mill-perjodi msemmija fil-premessa 27 aktar ‘il fuq. Minbarra dan, l-għajnuna ma kenitx temporanja ladarba, fir-realtà, bl-eċċezjoni tat-tieni nofs tal-2001, l-eżenzjonijiet kienu permanenti għall-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Minkejja li l-awtoritajiet Taljani ċertament irreferew għall-eżistenza ta’ sitwazzjoni kompetittiva diffiċli (ara l-premessa 42 aktar ‘il fuq), huma ma pprovdewx informazzjoni li tipprova t-telf ta’ kompetittività. Fl-aħħar nett, jidher implawżibbli li sistema ta’ eżenzjonijiet li, min-natura tagħha, traħħas il-prezz tal-karburant, tista’ twassal lill-benefiċjarji sabiex inaqqsu l-użu tagħhom tal-inputs ikkonċernati (kemm is-serer u, b’estensjoni, il-karburanti nfushom, jekk dawn jitqiesu bħala inputs). |
(89) |
L-għajnuna mill-Istat ikkonċernata għalhekk ma tistax titqies bħala ġġustifikata mid-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000 li jippermettu li għajnuna operattiva pura titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni. |
(90) |
Madankollu, il-punt 5.6.2 tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000 jipprovdi wkoll għall-possibiltà li l-għajnuna tiġi vvalutata każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finijiet ambjentali. |
(91) |
Meta jitqies il-perjodu li għalih jirreferu ż-żewġ proċeduri, ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat li għandhom jiġu kkunsidrati għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata huma dawn li ġejjin:
|
(92) |
F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-1994 (punt 3.4), il-Kummissjoni tista’ tagħmel eċċezzjoni għar-regola li l-għajnuna operattiva mhix permessa, sakemm din l-għajnuna tkun biss kumpens għall-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni meta mqabbla mal-ispejjeż tradizzjonali tal-produzzjoni, sakemm hija temporanja u fil-prinċipju digressiva u sakemm tipprovdi inċentiva għat-tnaqqis tat-tniġġis jew għall-introduzzjoni aktar mgħaġġla ta’ użi aktar effiċjenti tar-riżorsi. |
(93) |
Il-Punt 3.4 jgħid ukoll li l-ħelsien temporanju minn taxxi ambjentali ġodda jista’ jkun awtorizzat meta jkun meħtieġ sabiex jiġi kkumpensat telf fil-kompetittività, partikolarment fuq il-livell internazzjonali. Fattur ieħor li jrid jitqies huwa dak li l-impriżi kkonċernati jridu jagħmlu fi skambju ma’ dan, sabiex inaqqsu t-tniġġis tagħhom. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-eżenzjonijiet mit-taxxa introdotti skont leġiżlazzjoni tal-KE. |
(94) |
Minbarra l-fatt li, kif indikat fl-analiżi mwettqa fid-dawl tal-punt 5.5.4 tal-linji gwida tal-2000 tal-agrikoltura, l-għajnuna la hija temporanja u lanqas digressiva u ma fiha l-ebda inċentiva, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha bl-ebda mod ma turi li l-għajnuna hija limitata strettament biex tikkumpensal-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni meta mqabbla mal-ispejjeż tradizzjonali tal-produzzjoni. Għaldaqstant, l-għajnuna ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 92 aktar ‘il fuq li jippermettulha li titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni. |
(95) |
Minbarra dan, fil-każ ikkonċernat, il-kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 93 aktar ‘il fuq mhumiex relevanti, ladarba l-għajnuna ma tikkonċernax taxxi ġodda (id-dazji tas-sisa kienu jeżistu qabel il-perjodu li għalih jirreferu ż-żewġ proċeduri: bħala eżempju, l-Artikolu 24(3) tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000, li introduċa l-eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju 2001, jirreferi għal-Liġi Nru 662/1996 li tirrigwarda d-dazji tas-sisa u li, min-naħa tagħha, tirreferi għad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1995 li jistabbilixxi t-Test Konsolidat tad-Dispożizzjonijiet Leġiżlattivi dwar it-Taxxi fuq il-Produzzjoni u l-Konsum). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani ma kkontestawx il-fatt li d-dazji kkonċernati huma “taxxa eżistenti”. Minbarra dan, huma qatt ma qalu li dawn it-taxxi kienu ġew introdotti reċentament (ara l-premessi 40 u 45 aktar ‘il fuq). |
(96) |
Għaldaqstant, din l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1994. |
(97) |
Il-linji gwida tal-2001 jagħmlu distinzjoni bejn taxxi ġodda (punt 51.1) u taxxi eżistenti (punti 51.2 u 52). |
(98) |
Il-Kummissjoni tqis li d-dazji tas-sisa koperti mill-eżenzjoni għandhom jitqiesu bħala taxxi eżistenti fil-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, ladarba, minbarra l-kunsiderazzjonijiet ippreżentati fil-premessa 95 aktar ‘il fuq, l-eżenzjonijiet ġew deċiżi f’kull sena fil-Liġijiet Finanzjarji differenti pjuttost milli f’liġi waħda adottata b’derogi awtomatiċi fi żmien wieħed matul il-perjodu kkonċernat. Minbarra dan, kif diġà osservat il-Kummissjoni fil-premessa 95 aktar ‘il fuq, l-awtoritajiet Taljani qatt ma kkontestaw il-fatt li t-taxxi kkonċernati huma “taxxa eżistenti” u qatt ma qalu li dawn kienu ġew introdotti reċentement. |
(99) |
Kif indikat fil-premessa 40 aktar ‘il fuq, il-punt 51.2 tal-linji gwida tal-2001 jippermetti li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni applikabbli għal taxxi ġodda (stabbiliti fil-punt 51.1) jiġu applikati għat-taxxi eżistenti jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu t-tnejn li huma ssodisfati fl-istess waqt:
|
(100) |
Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li taxxa bħal dazju tas-sisa fuq id-diżil għat-tisħin, li l-effett tagħha huwa li żżid il-prezz tad-diżil, tista’ tikkawża lill-utenti sabiex inaqqsu l-konsum tad-diżil b’effetti pożittivi fir-rigward tal-ħarsien ambjentali. Madankollu, l-eżenzjonijiet ikkonċernati ġew stabbiliti sena wara l-oħra, saħansitra b’interruzzjoni bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 2001 (ara l-premessa 27 aktar ‘il fuq) u l-awtoritajiet Taljani la ppruvaw u lanqas qatt ma qalu li dawn id-derogi kienu ġew deċiżi meta t-taxxa ġiet adottata. Għall-kuntrarju, huma saħqu li d-derogi ġew adottati biss sabiex jaffrontaw sitwazzjoni ta’ diffikultà ekonomika, jiġifieri ż-żieda fil-prezzijiet tal-karburanti tal-magni u tat-tisħin. |
(101) |
Mhux possibbli li jiġi aċċettat l-argument ippreżentat mill-awtoritajiet Taljani li l-Kummissjoni għandha twettaq l-analiżi tagħha bħallikieku l-eżenzjonijiet kienu ġew deċiżi meta ġiet introdotta t-taxxa. Effettivament, l-awtoritajiet Taljani rreferew għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4436 (ara l-premessa 42 aktar ‘il fuq). F’din id-Deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, il-premessa 74 tagħha), il-Kummissjoni bbażat l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-fatt li l-eżenzjonijiet kienu ġew deċiżi ħafna qabel ma saru applikabbli l-linji gwida dwar l-għajnuna ambjentali tal-2001. Madankollu, fil-każ li qed jiġi eżaminat, għandu jiġi nnutat li l-ewwel eżenzjonijiet imorru lura għal Ottubru 2000, jiġifieri ftit qabel ma dawn il-linji gwida saru applikabbli. Għandu jiġi enfasizzat li l-awtoritajiet Taljani fl-ebda stadju ma bbażaw ruħhom fuq eżenzjonijiet li kienu ngħataw qabel. |
(102) |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tieni kundizzjoni fil-premessa 51.2, it-tieni subparagrafu, tal-linji gwida tal-2001, l-awtoritajiet Taljani ma pprovdewx evidenza li turi bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li setgħet poġġiet lill-impriżi f’sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli (ara l-premessa 88 aktar ‘il fuq) jew ippruvaw li l-ammont tal-eżenzjoni ma kienx jeċċedi ż-żieda fl-ispejjeż li rriżultat mill-bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kwistjoni tas-sitwazzjoni kompetittiva, id-dejta fit-tabelli ppreżentati fil-premessi 42 u 46 aktar ‘il fuq ma fihomx informazzjoni komparativa. Għaldaqstant, huma ma jagħmluhiex possibbli li jiġi identifikat xi deterjorament fis-sitwazzjoni kompetittiva tal-impriżi Taljani involuti fil-kultivazzjoni fis-serer. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat ukoll li ż-żieda fil-prezz tal-prodotti taż-żejt laqtet l-Ewropa kollha u mhux lill-Italja biss. |
(103) |
Ladarba waħda miż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 99 aktar ‘il fuq ma ġietx issodisfata, id-dispożizzjonijiet tal-punt 51.2 tal-linji gwida tal-2001 ma jistgħux jiġu applikati - u għalhekk lanqas dawk tal-punt 51.1. |
(104) |
Fil-każ alternattiv, anki li kieku d-dispozzjonijiet tal-punt 51.2 kienu applikabbli, l-eżenzjonjiet li qed jiġu eżaminati ma kinux ikunu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt il-punt 51.1 li jistipula li: “Meta Stat Membru jintroduċi taxxa ġdida f’settur ta’ attività jew fuq produzzjoni illi fir-rigward tagħha mhemmx armonizzazzjoni mill-Komunità dwar it-taxxa fuqhom jew meta t-taxxa prevista mill-Istat Membru taqbeż dik stabbilita mil-leġislazzjoni tal-Komunità, il-Kummissjoni tieħu l-opinjoni illi d-deċiżjonijiet fir-rigward tal-eżenzjonijiet illi jkopru perjodu ta’ għaxar snin mingħajr ebda digressività jistgħu jiġu ġġustifikati f’żewġ każijiet:
|
(105) |
Fil-każ preżenti, id-dazji tas-sisa applikati kienu ċertament ogħla (qabel l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis) mil-livell armonizzat tat-taxxi (ara l-premessi 43 u 46), iżda ma jidhirx li ftehimiet bħal dawk stipulati fil-punt 51.1(a) ġew konklużi bejn l-Istat Membru u l-benefiċjarji jew li ftehimiet simili ġew volontarjament iffirmati minn dawn tal-aħħar (il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata dwar ftehimiet bħal dawn). Minbarra dan, l-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li l-eżenzjonijiet ikkonċernati ngħataw sabiex tkun tista’ tiġi ffaċċjata sitwazzjoni ekonomika diffiċli u qatt ma rreferew għal xi miżura ambjentali li kienu obbligati li jwettqu l-benefiċjarji min-naħa tagħhom. |
(106) |
L-alternattiva stipulata fil-punt 51.1(b) għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ma tistax tiġi applikata f’dan il-każ għaliex, matul il-parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni li ġiet wara li l-linji gwida tal-2001 saru applikabbli, il-bdiewa bis-serer gawdew minn eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa u għalhekk ma ħallsux ammont akbar mill-minimu tal-Komunità (20), f’livell tali li jinkoraġġihom li jieħdu azzjoni sabiex itejbu l-ħarsien ambjentali, kif stipulat fil-linji gwida tal-2001 fil-każijiet fejn it-tnaqqis jirrigwarda taxxa tal-Komunità. |
(107) |
Madankollu, il-punt 52 tal-linji gwida tal-2001 jgħid li fejn taxxa eżistenti tiġi miżjuda b’mod sinifikanti u fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun tal-fehma li deroga hija meħtieġa għal ċerti impriżi, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 51.1 fir-rigward ta’ taxxi ġodda huma applikabbli b’analoġija. Għalhekk, huwa l-ewwel neċessarju li jiġi eżaminat jekk id-dazji tas-sisa żdiedux b’mod sinifikanti. |
(108) |
It-tabella fil-punt 46 aktar ‘il fuq turi li d-dazji tas-sisa ma żdiedux b’mod sinifikanti, ladarba l-varjazzjoni tagħhom kienet kif ġej: –5,4 % bejn l-1999 u l-2000, –6,98 % bejn l-1999 u l-2001, +1,9 % bejn l-1999 u l-2002 u +1,3 % bejn l-1999 u l-2003. Minn sena għall-oħra, it-tibdiliet kienu kif ġej: –5,4 mill-1999 għall-2000, –1,6 % mill-2000 għall-2001, +9,5 % mill-2001 għall-2002 u –0,5 % mill-2002 għall-2003. Għalhekk wieħed jista’ jara li d-dazji tas-sisa naqsu b’mod kostanti minbarra bejn l-2001 u l-2002. Madankollu, iż-żieda li saret matul dak il-perjodu ma tistax titqies bħala sinifikanti għaliex, fil-fatt, ma kellha prattikament l-ebda effett fuq ix-xejriet fil-prezz, għall-konsumaturi, tad-diżil għat-tisħin (skont l-informazzjoni pprovduta fit-tabella, il-prezz għall-konsumaturi tad-diżil għat-tisħin żdied bi 2,2 % biss matul dawk is-sentejn). Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tal-punt 52 tal-linji gwida tal-2001 ma jistgħux jiġu applikati f’dan il-każ. |
(109) |
Fl-aħħar nett, il-punt 53 tal-linji gwida tal-2001 jgħid li “meta t-tnaqqis jikkonċerna taxxa illi ma tkunx armonizzata fuq il-livell tal-Komunità u meta t-taxxa domestika tkun anqas minn jew egwali għall-minimu tal-Komunità, il-Kummissjoni tkun tal-opinjoni illi l-eżenzjonijiet fit-tul mhumiex ġustifikabbli. F’dan il-każ, kwalunkwe eżenzjonijiet mogħtija jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 45 u 46 u jridu, fi kwalunkwe każ, ikunu koperti minn awtorizzazzjoni espressa illi jidderogaw mill-minimu tal-Komunità.” |
(110) |
Il-punt 45 tal-linji gwida tal-2001 jgħid li t-tul tal-għajnuna għandu jkun limitat għal ħames snin meta l-għajnuna tkun digressiva u li l-intensità tal-għajnuna tista’ tammonta għal 100 % tal-ispejjeż addizzjonali (21) fl-ewwel sena, iżda għandha taqa’ b’mod lineari għal żero sat-tmiem tal-ħames sena. |
(111) |
Il-Punt 46 tal-linji gwida tal-2001 jgħid li t-tul tal-għajnuna mhux degressiva huwa limitat għal ħames snin u li l-intensità tagħha m’għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż addizzjonali. |
(112) |
Fil-każ li qed jiġi eżaminat, il-Kummissjoni diġà rrimarkat li l-għajnuna ma kenitx degressiva (ara l-premessa 88 aktar ‘il fuq). B’konsegwenza, huma biss id-dispożizzjonijiet tal-punt 46 tal-linji gwida li jistgħu jiġu applikati għaliha. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani bl-ebda mod ma tippermetti lill-Kummissjoni li tikkonkludi li l-intensità tal-għajnuna kienet limitata għal 50 % tal-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni ġġenerati mid-dazji tas-sisa meta mqabbla mal-prezzijiet tas-suq tal-prodotti mkabbra fis-serer. |
(113) |
Għaldaqstant, l-għajnuna ma tistax titqies bħala eliġibbli fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-punt 46 tal-linji gwida tal-2001 jew, b’konsegwenza, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-punt 53 tagħhom. |
(114) |
Il-kunsiderazzjonijiet ippreżentati fil-premessi 94-112 aktar ‘il fuq juru li l-għajnuna li qed tiġi eżaminata ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-2001. |
(115) |
F’dak li jirrigwarda l-argumenti l-oħra li ġew ippreżentati mill-awtoritajiet Taljani fl-istadji differenti tal-eżami tal-każ, il-Kummissjoni tqis li m’hemmx informazzjoni li tippermettilha twarrab id-dubji espressi fil-premessa 34(b) aktar ‘il fuq. L-argument, imsemmi fil-premessa 43 aktar ‘il fuq li l-miżura adottata mill-Italja tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni jekk il-benefiċjarji ħallsu l-ammont minimu stabbilit fuq il-livell tal-Komunità, mhux relevanti għaliex il-bdiewa tas-serer gawdew eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa għal kważi l-perjodu kollu li qed jiġi eżaminat u għalhekk ma ħallsux taxxi. |
(116) |
Min-naħa tagħhom, l-argumenti mressqa mill-parti terza interessata li bagħtet il-kummenti wara li l-proċedura nfetħet inizjalment, ma jipprovdux provi tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq komuni. Tabilħaqq, fir-rigward tad-diffikultà tas-sitwazzjoni li fiha l-impriżi benefiċjari jsibu ruħhom jekk l-għajnuna tiġi ddikjarata bħala inkompatibbli u tiġi rkuprata, għandu jitfakkar li l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli huwa neċessarju sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti, jiġifieri s-sitwazzjoni mingħajr it-tfixkil tal-kompetizzjoni li kienet teżisti qabel ma ngħatat l-għajnuna. Il-fatt li ċerti impriżi m’għadhomx profitabbli huwa sempliċiment ir-riżultat tal-kompetizzjoni ħielsa taħt kundizzjonijiet normal tal-ekonomija tas-suq. Min-naħa l-oħra, m’hemm l-ebda provi li t-tnaqqis tal-konsum tad-diżil neċessarjament iġib tnaqqis fil-kwalità tal-prodotti miksuba (l-aktar li jista’ jiġri huwa li dan it-tnaqqis idewwem bi ftit il-maturazzjoni jew it-tkabbir). Fl-aħħar nett, ir-referenza għas-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra sabiex jintwera li l-kompetizzjoni mhix imxekkla mhix relevanti. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li wieħed jirrimarka li l-eżenzjoni tippermetti t-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tal-bdiewa tas-serer Taljani meta mqabbla mas-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra u li għalhekk il-punt tat-tluq għat-tqabbil irid ikun is-sitwazzjoni fl-Italja mingħajr l-eżenzjonijiet. |
XI. KONKLUŻJONI
(117) |
Il-Kummissjoni sabet li l-Italja, b’mod illegali, implimentat l-għajnuna kkonċernata bi ksur tal-Artikolu 88, il-paragrafu 3, tat-Trattat. L-analiżi ppreżentata aktar ‘il fuq turi li l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni għaliex ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000 u tal-2007 u l-linji gwida ambjentali tal-1994 u l-2001. Minbarra dan, l-analiżi wriet li l-eżistenza nnifisha ta’ Direttivi ma tistax tiġġustifika l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni u l-awtoritajiet Taljani ma neħħewx id-dubji kollha espressi mill-Kummissjoni meta nbdiet il-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat. |
(118) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, meta jittieħdu deċiżjonijiet negattivi fir-rigward ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (f’dal-każ il-bdiewa tas-serer). L-Italja hija għalhekk obbligata li tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna inkompatibbli mħallsa, li l-valur tagħha jikkorrispondi mad-differenza bejn l-eżenzjoni sħiħa mid-dazju tas-sisa mogħtija u r-rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa mogħtija lil operaturi oħra fis-settur agrikolu. Taħt il-punt 42 tal-Avviż mill-Kummissjoni “Lejn implimentazzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri sabiex jirkupraw għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli” (22), l-Italja għandha erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet tagħha. L-għajnuniet li għandhom jiġu rkuprati għandhom irendu wkoll imgħax ikkalkulat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (23) li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999. |
(119) |
Madankollu, kull għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna li qed tiġi eżaminata li, fiż-żmien meta ngħatat, kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’regolament tal-Kummissjoni adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (24) (ir-Regolament de minimis) mhix meqjusa bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
(120) |
L-ebda dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw l-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura ma kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna li qed tiġi eżaminata. |
(121) |
L-ewwel dispożizzjonijiet Komunitarji li ġew adotatti f’dan il-qasam kienu dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta’ Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna de minimis fl-oqsma tal-agrikolatura u s-sajd (25). |
(122) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004, l-għajnuniet li fuq perjodu ta’ tliet snin ma jaqbżux it-EUR 3 000 għal kull benefiċjarju (dan l-ammont jikkostitwixxi l-għajnuna de minimis mogħtija lill-impriża), ma jaffettwawx il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u lanqas ma jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u għalhekk ma jidħlux fl-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. |
(123) |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004, l-istess prinċipju japplika għall-għajnuniet mogħtija qabel ma daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, jekk dawn tal-aħħar jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikoli 1 sa 3. |
(124) |
Fl-1 ta’ Jannar 2008, ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (26), li żied l-ammont tal-għajnuna de minimis għal EUR 7 500 għal kull benefiċjarju fuq tliet snin fiskali, irrispettivament mill-forma tal-għajnuna jew l-għan tagħha, b’limitu massimu għal kull Stat Membru ta’ 0,75 % tal-valur tal-produzzjoni annwali. |
(125) |
L-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament jistipula li r-Regolament “japplika għall-għajnuniet konċessi qabel l-1 ta’ Jannar 2008 lill-intrapriżi tas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli, bil-kundizzjoni li l-imsemmija għajnuniet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1 sa 4, ħlief għar-rekwiżit ta’ referenza espliċita għal dan ir-Regolament, imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1)”. |
(126) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ma tqisx li tnaqqis fit-taxxa li ma jaqbiżx l-EUR 3 000 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat sakemm, meta ngħata, kien jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1860/2004. L-istess japplika għat-tnaqqis mit-taxxa li ma jaqbiżx l-EUR 7 500 sakemm, meta ngħata, dan kien konformi mar-Regolament (KE) Nru 1535/2007, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iskema ta’ għajnuna fil-forma ta’ eżenzjoni mid-dazji tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer, li ġiet implimentata illegalment mill-Italja bejn it-3 ta’ Ottubru 2000 u t-30 ta’ Ġunju 2001 u fis-snin 2002, 2003 u 2004 hija inkompatibbli mas-suq komuni.
Artikolu 2
1. L-Italja hija obbligata li tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna inkompatibbli mogħtija bħala parti mill-iskema msemmija fl-Artikolu 1.
2. Għandu jinżamm l-imgħax fuq l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, mid-data li fiha dawn kienu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sa dik li fiha ġew effettivament irkuprati.
3. L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq is-sistema tal-imgħaxijiet komposti skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
Artikolu 3
L-irkupru tal-għajnuna mogħtija fil-kuntest tal-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.
L-Italja għandha tara li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 4
Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
lista tal-benefiċjarji li rċevew l-għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta’ għajnuna li ngħatat lil kull wieħed minnhom taħt l-iskema; |
(b) |
l-ammont totali (prinċipal u imgħaxijiet) li għandhom jiġu rkuprati mingħand kull benefiċjarju; |
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Deċiżjoni; |
(d) |
dokumenti li juru li ntbagħtu ordnijiet lill-benefiċjarji sabiex jirritornaw l-għajnuna. |
L-Italja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata għal kollox. Hija għandha tibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ għajnuna u imgħax diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni C(2003) 3802, innotifikata lill-Italja permezz tal-ittra bir-ref. SG(2003) D/232244 tat-13 ta’ Ottubru 2003.
(4) ĠU C 101, 27.4.2005, p. 17.
(6) Ittra bir-ref. SG-Greffe (2008) D/207739.
(7) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 12.
(8) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
(9) T-233/04 tal-10 ta’ April 2008, L-Olanda v Il-Kummissjoni [2008] ECR II-00591.
(10) Ara d-Deċiżjoni 2009/323/KE (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 12).
(11) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-Każ 730/79 Philip Morris Holland v Il-Kummissjoni [1980] ECR 2671.
(12) ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.
(13) ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.
(14) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19. Id-dazji tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer huma indikati fil-premessa 43 aktar ‘il fuq.
(15) Minbarra għal ċerti dispożizzjonijiet li mhumiex relevanti għal din il-kwistjoni.
(16) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 13.
(18) ĠU C 72, 10.3.1994, p. 3.
(19) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.
(20) EUR 13 għal kull 1 000 kg għall-perjodu 2000-2003 u EUR 21 għal kull 1 000 litru – ara l-premessa 43.
(21) L-ispejjeż addizzjonali huma definiti fil-punt 43 tal-linji gwida bħala spejjeż addizzjonali tal-produzzjoni meta mqabbla mal-prezzijiet tas-suq tal-prodotti.
(22) ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4.
(23) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.
(24) ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.
(25) ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.
(26) ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35.