This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009H0824
Commission Recommendation of 29 October 2009 on the use of the International Standard Classification of Occupations (ISCO-08) (Text with EEA relevance)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-użu tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-użu tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 292, 10.11.2009, p. 31–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/31 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Ottubru 2009
dwar l-użu tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/824/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (International Labour Organisation, ILO) irrevediet il-verżjoni ta’ qabel tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi li ntużat sa issa (ISCO-88) bil-għan li tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pajjiżi klassifika iżjed effettiva li tkun tista’ tintuża mill-pajjiżi fl-eżerċizzju ta’ ċensimenti tal-popolazzjoni li jmiss, kif ukoll mis-servizzi nazzjonali tal-impjieg u għal applikazzjonijiet oħra li huma orjentati lejn il-klijenti. Sabiex tkun żgurata l-komparabilità bejn id-dejta dwar l-impjiegi fl-Istati Membri tal-UE u fil-bqija tad-dinja, hu importanti li tkun adottata din il-klassifika riveduta (ISCO-08) fl-istħarriġ ewlieni tas-Sistema Statistika Ewropea li jiġbor id-dejta dwar l-impjiegi qabel l-eżerċizzju taċ-ċensiment tal-popolazzjoni li jmiss fl-2011. |
(2) |
Billi l-klassifikazzjoni ISCO-08 hija aktar dettaljata mill-verżjoni Ewropea ta’ ISCO-88, (ISCO-88 (COM)) f’impjiegi speċifiċi fejn hemm sehem għoli ta’ nisa jaħdmu. |
(3) |
Billi d-dejta dwar l-impjiegi hija utilizzata għall-ikkalkular tal-indikaturi fuq is-segregazzjoni tas-sessi użati fis-segwitu tal-istrateġija Ewropea għall-Impjiegi (Linjagwida 18: Biex jitmexxa ‘l quddiem metodu għax-xogħol ta’ ċiklu ta’ ħajja u Linjagwida 22: Biex ikunu żgurati żviluppi fl-ispejjeż tax-xogħol u mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi li jkunu favorevoli għall-impjiegi) (1). Għalhekk, huwa essenzjali li jkun hemm klassifikazzjoni standard li tippermetti l-produzzjoni ta’ dejta komparabbli dwar l-impjiegi. |
(4) |
Billi d-dejta dwar l-impjiegi kienet ukoll użata għall-kejl tal-progress fuq il-bilanċ bejn is-sessi fil-pożizzjonijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi jiġi kkunsidrat is-sehem tan-nisa u tal-irġiel fost l-impjiegi maniġerjali tal-ISCO-88 (COM). |
(5) |
Billi fil-qafas tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar il-kompetenzi ġodda għal impjiegi ġodda (2), l-impjieg se jkun importanti fil-valutazzjoni tal-bżonnijiet tal-kompetenzi u tal-lakuni fis-suq tax-xogħol Ewropew u metodoloġija armonizzata fuq l-impjiegi se tkun essenzjali. |
(6) |
Billi l-klassifikazzjoni ISCO-08 tagħmel aktar enfasi dwar impjiegi relatati mal-informazzjoni u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni, |
B’DAN TIRRAKKOMANDA:
1. |
L-istatistiċi mill-Istati Membri għandhom jiżviluppaw, jipproduċu u jxerrdu statistiċi maqsuma skont l-impjiegi billi jużaw il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi tal-2008 (ISCO-08) jew ta’ klassifika nazzjonali mnissla mill-ISCO-08. |
2. |
L-Istati Membri għandhom jużaw ISCO-08 għall-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ tal-2010. |
3. |
L-Istati Membri għandhom jużaw l-ISCO-08 mill-2011 bħala sena ta’ referenza fl-oqsma kollha ta’ statistika li jipprovdu statistiċi maqsuma skont l-impjiegi. |
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.
(2) ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.
ANNESS
KLASSIFIKA ISCO-08
1. Maniġers:
11. Kapijiet eżekuttivi, uffiċjali anzjani u leġiżlaturi
111. Leġiżlaturi u uffiċjali anzjani
1111 |
Leġiżlaturi |
1112 |
Uffiċjali governattivi anzjani |
1113 |
Kapijiet tradizzjonali u kapijiet tal-villaġġi |
1114 |
Uffiċjali anzjani ta’ organizzazzjonijiet ta’ interess speċjali |
112. Diretturi maniġerjali u kapijiet eżekuttivi
1120 |
Diretturi maniġerjali u kapijiet eżekuttivi |
12. Maniġers amministrattivi u kummerċjali
121. Maniġers tas-servizzi ta’ negozju u amministrazzjoni
1211 |
Maniġers finanzjarji |
1212 |
Maniġers tar-Riżorsi umani |
1213 |
Maniġers tal-politika u l-ippjanar |
1219 |
Maniġers tas-servizzi ta’ negozju u amministrazzjoni mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
122. Maniġers ta’ bejgħ, tqegħid fis-suq u żvilupp
1221 |
Maniġers ta’ bejgħ u tqegħid fis-suq |
1222 |
Maniġers tar-reklamar u relazzjonijiet pubbliċi |
1223 |
Maniġers ta’ riċerka u żvilupp |
13. Maniġers ta’ produzzjoni u servizzi speċjalizzati
131. Maniġers ta’ produzzjoni fl-agrikoltura, forestrija u sajd
1311 |
Maniġers tal-produzzjoni fl-agrikoltura u l-forestrija |
1312 |
Maniġers tal-produzzjoni tal-akwakultura u sajd |
132. Maniġers tal-manifattura, industrija tal-minjieri, industrija tal-bini u distribuzzjoni
1321 |
Maniġers tal-manifattura |
1322 |
Maniġers tal-industrija tal-minjieri |
1323 |
Maniġers tal-industrija tal-kostruzzjoni |
1324 |
Maniġers tal-provvista, distribuzzjoni u ħwejjeġ oħra relatati |
133. Maniġers tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni
1330 |
Maniġers tas-servizzi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni |
134. Maniġers tas-servizzi professjonali
1341 |
Maniġers tas-servizzi ta’ kura għat-tfal |
1342 |
Maniġers tas-servizzi tas-saħħa |
1343 |
Maniġers tas-servizzi ta’ kura għall-anzjani |
1344 |
Maniġers tal-għajnuna soċjali |
1345 |
Maniġers fl-edukazzjoni |
1346 |
Maniġers tal-fergħat ta’ servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni |
1349 |
Maniġers ta’ servizzi professjonali li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
14. Maniġers ta’ ospitalità, bejgħ bl-imnut u servizzi oħra
141. Maniġers ta’ lukandi u ristoranti
1411 |
Maniġers ta’ lukandi |
1412 |
Maniġers ta’ ristoranti |
142. Maniġers tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa
1420 |
Maniġers tal-kummerċ ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa |
143. Maniġers f’servizzi oħra
1431 |
Maniġers ta’ ċentri ta’ sport, mogħdija ta’ żmien u kultura |
1439 |
Maniġers ta’ servizzi oħra li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
2. Professjonisti
21. Professjonisti tax-xjenza u tal-inġinerija
211. Professjonisti tax-xjenza fiżika u dwar id-dinja
2111 |
Fiżiċisti u astronomi |
2112 |
Meteoroloġisti |
2113 |
Esperti fil-kimika |
2114 |
Ġeoloġisti u Ġeofiżiċi |
212. Matematiċi, attwari u esperti tal-istatistika
2120 |
Matematiċi, attwari u esperti tal-istatistika |
213. Professjonisti tax-xjenza dwar il-ħajja
2131 |
Bijologi, botanisti, żoologi u professjonisti relatati ma’ dan |
2132 |
Konsulenti tal-biedja, forestrija u sajd |
2133 |
Professjonisti tal-protezzjoni tal-ambjent |
214. Professjonisti tal-Inġinerija (eżkluża t-teknoloġija elettrika)
2141 |
Inġiniera industrijali u tal-produzzjoni |
2142 |
Inġiniera ċivili |
2143 |
Inġiniera ambjentali |
2144 |
Inġiniera mekkaniċi |
2145 |
Inġiniera kimiċi |
2146 |
Inġiniera tal-industrija tal-minjieri, tal-metallurġija u professjonisti relatati ma’ dan |
2149 |
Professjonisti tal-inġinerija li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
215. Inġiniera tat-teknoloġija elettrika
2151 |
Inġiniera tal-elettriku |
2152 |
Inġiniera elettroniċi |
2153 |
Inġiniera tat-telekomunikazzjoni |
216. Arkitetti, pjanifikaturi, servejers u disinjaturi
2161 |
Arkitetti tal-bini |
2162 |
Arkitetti tal-pajsaġġ |
2163 |
Disinjaturi tal-prodotti u tal-ħwejjeġ |
2164 |
Pjanifikaturi tal-ibliet u tat-traffiku |
2165 |
Dawk li jfasslu l-pjanti u servejers |
2166 |
Disinjaturi tal-grafika u tal-multimidja |
22. Professjonisti tas-saħħa
221. Tobba mediċi
2211 |
Prattikanti ġeneralisti tal-mediċina |
2212 |
Prattikanti speċjalisti tal-mediċina |
222. Professjonisti tal-infermerija u tal-ostetrija
2221 |
Professjonisti tal-infermerija |
2222 |
Professjonisti tal-ostetrija |
223. Professjonisti tal-mediċina tradizzjonali u kumplimentari
2230 |
Professjonisti tal-mediċina tradizzjonali u kumplimentari |
224. Prattikanti paramediċi
2240 |
Prattikanti paramediċi |
225. Veterinarji
2250 |
Veterinarji |
226. Professjonisti oħra tas-saħħa
2261 |
Dentisti |
2262 |
Spiżjara |
2263 |
Professjonisti tas-saħħa tal-ambjent u tal-impjiegi u tas-sanità |
2264 |
Fiżjoterapista |
2265 |
Djetologi u nutrizzjonisti |
2266 |
Terapisti tas-smigħ u tal-kelma |
2267 |
Optometristi u esperti tal-viżta oftalmiċi |
2269 |
Professjonisti tas-saħħa li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
23. Professjonisti tat-tagħlim
231. Għalliema tal-università u tal-edukazzjoni ogħla
2310 |
Għalliema tal-università u tal-edukazzjoni ogħla |
232. Għalliema tal-edukazzjoni vokazzjonali
2320 |
Għalliema tal-edukazzjoni vokazzjonali |
233. Għalliema tal-edukazzjoni sekondarja
2330 |
Għalliema tal-edukazzjoni sekondarja |
234. Għalliema tal-iskola primarja u tal-infanzja
2341 |
Għalliema tal-iskola primarja |
2342 |
Għalliema tal-infanzja |
235. Professjonisti oħra tat-tagħlim
2351 |
Speċjalisti tal-metodi ta’ edukazzjoni |
2352 |
Għalliema għal dawk bi bżonnijiet speċjali |
2353 |
Għalliema oħra ta’ lingwi |
2354 |
Għalliema oħra tal-mużika |
2355 |
Għalliema oħra tal-arti |
2356 |
Ħarrieġa tat-teknoloġija tal-informatika |
2359 |
Professjonisti tat-tagħlim li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
24. Professjonisti tan-negozju u tal-amministrazzjoni
241. Professjonisti tal-finanzi
2411 |
Kontabilisti |
2412 |
Konsulenti finanzjarji u tal-investiment |
2413 |
Analisti finanzjarji |
242. Professjonisti fl-amministrazzjoni
2421 |
Analisti tal-maniġment u l-organizzazzjoni |
2422 |
Professjonisti tal-politika tal-amministrazzjoni |
2423 |
Professjonisti tal-persunal u tal-karrieri |
2424 |
Professjonisti tal-iżvilupp tat-taħriġ u tal-persunal |
243. Professjonisti tal-bejgħ, tqegħid fis-suq u relazzjonijiet pubbliċi
2431 |
Professjonisti tar-Reklami u tat-tqegħid fis-suq |
2432 |
Professjonisti tar-relazzjonijiet pubbliċi |
2433 |
Professjonisti tal-bejgħ tekniku u mediku (esklużi l-ICT) |
2434 |
Professjonisti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet |
25. Professjonisti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet
251. Analisti u żviluppaturi tas-softwer u applikazzjonijiet
2511 |
Analisti tas-sistemi |
2512 |
Żviluppaturi tas-sofwer |
2513 |
Żviluppaturi tal-web u multimidja |
2514 |
Programmaturi tal-applikazzjonijiet |
2519 |
Analisti u żviluppaturi tal-applikazzjonijiet u analisti li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
252. Professjonisti tal-bażi tad-dejta u netwerk
2521 |
Disinjaturi u amministraturi tal-bażi tad-dejta |
2522 |
Amministraturi tas-sistemi |
2523 |
Professjonisti tan-netwerk tal-kompjuter |
2529 |
Professjonisti tal-bażi tad-dejta u tan-netwerk li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
26. Professjonisti legali, soċjali u kulturali
261. Professjonisti legali
2611 |
Avukati |
2612 |
Imħallfin |
2619 |
Professjonisti legali li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
262. Librara, arkivisti u kuraturi
2621 |
Arkivisti u kuraturi |
2622 |
Librara u professjonisti relatati mal-informazzjoni |
263. Professjonisti soċjali u reliġjużi
2631 |
Ekonomisti |
2632 |
Soċjologi, antropoloġi u professjonisti relatati ma’ dan |
2633 |
Filosofi, storiċi u xjenzati tal-politika |
2634 |
Psikologi |
2635 |
Professjonisti tal-ħidma soċjali u l-għoti tal-pariri |
2636 |
Professjonisti reliġjużi |
264. Awturi, ġurnalisti u lingwisti
2641 |
Awturi u kittieba relatati ma’ dan |
2642 |
Ġurnalisti |
2643 |
Tradutturi, interpreti u lingwisti oħra |
265. Artisti kreattivi u li jagħtu spettaklu
2651 |
Artisti Viżivi |
2652 |
Mużiċisti, kantanti u kompożituri |
2653 |
Żeffiena u koreografi |
2654 |
Diretturi u produtturi tal-films, palk u oħrajn li għandhom x’jaqsmu ma’ dan |
2655 |
Atturi |
2656 |
Ħabbara fuq ir-radju, televiżjoni u midja oħra |
2659 |
Artisti kreattivi u li jagħtu spettaklu li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
3. Professjonisti tekniċi u assoċjati
31. Professjonisti assoċjati tax-xjenza u tal-inġinerija
311. Tekniċi tax-xjenza fiżika u dik tal-inġinerija
3111 |
Tekniċi tax-xjenza kimika u fiżika |
3112 |
Tekniċi tal-inġinerija ċivili |
3113 |
Tekniċi tal-inġinerija elettrika |
3114 |
Tekniċi tal-inġinerija elettronika |
3115 |
Tekniċi tal-inġinerija mekkanika |
3116 |
Tekniċi tal-inġinerija kimika |
3117 |
Tekniċi tal-industrija tal-minjieri u tal-metallurġija |
3118 |
Draftsmen |
3119 |
Tekniċi tax-xjenza fiżika u tal-inġinerija mhux ikklassifikati x’imkien ieħor |
312. Sorveljaturi tal-minjieri, manufattura u kostruzzjoni
3121 |
Sorveljaturi tal-minjieri |
3122 |
Sorveljaturi tal-manifattura |
3123 |
Sorveljaturi tal-kostruzzjoni |
313. Tekniċi tal-proċess tal-kontroll
3131 |
Operaturi tal-impjant tal-produzzjoni tal-enerġija |
3132 |
Operaturi tal-impjant tal-inċineratur u tal-ittrattar tal-ilma |
3133 |
Kontrolluri tal-impjant tal-proċess kimiku |
3134 |
Operaturi tal-impjant tal-irfinar taż-żejt u tal-gass naturali |
3135 |
Kontrolluri tal-proċess tal-produzzjoni tal-metall |
3139 |
Tekniċi tal-kontroll tal-proċess li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
314. Tekniċi tax-xjenza tal-ħajja u professjonisti relatati ma’ dan
3141 |
Tekniċi tax-xjenza tal-ħajja (eskluża dik medika) |
3142 |
Tekniċi tal-agrikultura |
3143 |
Tekniċi tal-forestrija |
315. Tekniċi u kontrolluri tal-vapuri u tal-ajruplani
3151 |
Inġiniera navali |
3152 |
Uffiċjali u piloti tal-istiva tal-vapur |
3153 |
Piloti tal-ajruplani u professjonisti relatati ma’ dan |
3154 |
Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru |
3155 |
Tekniċi tal-elettronika tas-sigurtà tat-traffiku tal-ajru |
32. Professjonisti assoċjati tas-saħħa
321. Tekniċi mediċi u tal-farmaċewtika
3211 |
Tekniċi tat-teħid tax-xbihat elettroniċi għall-użu mediku u tal-apparat terapewtiku |
3212 |
Tekniċi mediċi u tal-laboratorju patoloġiku |
3213 |
Tekniċi u assistenti farmaċewtiċi |
3214 |
Tekniċi prostetiċi mediċi u dentali |
322. Professjonisti assoċjati tal-infermerija u tal-ostetrija
3221 |
Professjonisti assoċjati tal-infermerija |
3222 |
Professjonisti assoċjati tal-ostetrija |
323. Professjonisti assoċjati tal-mediċina tradizzjonali u kumplimentari
3230 |
Professjonisti assoċjati tal-mediċina tradizzjonali u kumplimentari |
324. Tekniċi u assistenti veterinarji
3240 |
Tekniċi u assistenti veterinarji |
325. Professjonisti oħra assoċjati mas-saħħa
3251 |
Assistenti u terapisti dentali |
3252 |
Tekniċi tar-reġistri (rekords) mediċi u tal-informazzjoni dwar is-saħħa |
3253 |
Ħaddiema tas-saħħa tal-komunità |
3254 |
Bejjiegħ tan-nuċċalijiet (“dispensing opticians”) |
3255 |
Tekniċi u assistenti tal-fiżjoterapija |
3256 |
Assistenti mediċi |
3257 |
Spetturi tas-saħħa tal-ambjent u tal-impjiegi u assoċjati |
3258 |
Ħaddiema tal-ambulanza |
3259 |
Professjonisti assoċjati tas-saħħa li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
33. Professjonisti assoċjati tan-negozju u tal-amministrazzjoni
331. Professjonisti assoċjati tal-finanzi u l-matematika
3311 |
Negozjanti u sensara tat-titoli u l-finanzi |
3312 |
Uffiċjali tal-kreditu u s-self |
3313 |
Professjonisti assoċjati tal-kontabilità |
3314 |
Professjonisti assoċjati tal-istatistika, matematika u ħwejjeġ oħra relatati |
3315 |
Evalutaturi u assessuri tat-telf |
332. Aġenti u sensara tal-bejgħ u x-xiri
3321 |
Rappreżentati tal-assigurazzjoni |
3322 |
Rappreżentanti kummerċjali tal-bejgħ |
3323 |
Bejjiegħa |
3324 |
Sensara tal-kummerċ |
333. Aġenti ta’ servizzi lin-negozji
3331 |
Aġenti li jgħaddu u jqassmu x-xogħol |
3332 |
Organizzaturi ta’ konferenzi u attivitajiet |
3333 |
Aġenti tal-impjiegi u kuntratturi |
3334 |
Aġenti tal-bejgħ tal-bini u maniġers ta’ proprjetà |
3339 |
Aġenti ta’ servizzi tan-negozju li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
334. Segretarji amministattivi u speċjalizzati
3341 |
Superviżuri tal-uffiċċju |
3342 |
Segretarji legali |
3343 |
Segretarji amministattivi u speċjalizzati |
3344 |
Segretarji mediċi |
335. Professjonisti assoċjati tar-regolatorja tal-gvern
3351 |
Spetturi tad-dwana u tal-fruntiera |
3352 |
Uffiċjali tat-taxxa u tas-sisa |
3353 |
Uffiċjali tal-benefiċċji soċjali tal-gvern |
3354 |
Uffiċjali tal-għoti tal-liċenzji tal-gvern |
3355 |
Spetturi tal-Pulizija u investigaturi |
3359 |
Professjonisti assoċjati tar-regolatorja tal-gvern li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
34. Professjonisti assoċjati legali, soċjali, kulturali u ħwejjeġ oħra relatati
341. Professjonisti assoċjati legali, soċjali u reliġjużi
3411 |
Professjonisti assoċjati legali u ħwejjeġ oħra relatati |
3412 |
Professjonisti assoċjati tal-ħidma soċjali |
3413 |
Professjonisti assoċjati reliġjużi |
342. Ħaddiema tal-isport u l-fitness
3421 |
Atleti u dawk li jilagħbu l-isport |
3422 |
Kowċis tal-isport, istrutturi u uffiċjali |
3423 |
Istrutturi tal-fitness u tar-rikreazjoni u mexxejja tal-programmi |
343. Professjonisti assoċjati tal-arti, kultura u kċina
3431 |
Fotografi |
3432 |
Disinjaturi tal-intern tal-bini u dekoraturi |
3433 |
Tekniċi tal-galleriji tal-arti, mużewijiet u libreriji |
3434 |
Koki |
3435 |
Professjonisti assoċjati oħra fil-qasam tal-arti u l-kultura |
35. Tekniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni
351. Tekniċi tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u tekniċi ta’ appoġġ għall-utent
3511 |
Tekniċi tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
3512 |
Tekniċi tat-teknoloġija tal-appoġġ lill-utent fil-qasam tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni |
3513 |
Tekniċi tan-netwerk u sistemi tal-kompjuter |
3514 |
Tekniċi tal-Internet (web) |
352. Tekniċi tat-telekomunikazzjonijiet u x-xandir
3521 |
Tekniċi tax-xandir u tal-qasam awdjoviżiv |
3522 |
Tekniċi tal-inġinerija tat-telekomunikazzjonijiet |
4. Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali
41. Skrivani ġenerali u li jaħdmu fuq il-keyboard
411. Skrivani ġenerali tal-uffiċċju
4110 |
Skrivani ġenerali tal-uffiċċju |
412. Segretarji (ġenerali)
4120 |
Segretarji (ġenerali) |
413. Operaturi tal-keyboard
4131 |
Tajpisti u operaturi tal-ipproċessar tad-dejta |
4132 |
Skrivani tal-ġbir tad-dejta |
42. Skrivani li jaħdmu fis-servizzi tal-konsumatur
421. Skrivani tal-għadd u l-ġbir tal-flus u ħwejjeġ oħra relatati
4211 |
Dawk li jgħoddu l-flus fil-banek u skrivani b’ħidma relatata ma’ dan |
4212 |
Dawk li jżommu l-flus tal-logħob tal-azzard (bookmakers), dawk li għandhom x’jaqsmu mal-logħob fil-casino (croupiers) u ħaddiema relatati mal-logħob |
4213 |
Sensara tar-rahan u dawk li jsellfu l-flus |
4214 |
Dawk li jiġbru l-flus tad-djun u ħaddiema relatati ma’ dan |
422. Ħaddiema li jagħtu informazzjoni lill-klijent
4221 |
Konsulenti tal-vjaġġi u skrivani |
4222 |
Skrivani li jaħdmu fiċ-ċentri ta’ kuntatt għall-għoti ta’ informazzjoni |
4223 |
Operaturi li jaħdmu fuq l-iswitchboard tat-telefown |
4224 |
Dawk li jaħdmu fir-reception tal-lukandi |
4225 |
Skrivani li jagħtu l-informazzjoni |
4226 |
Dawk li jaħdmu fir-reception (ġenerali) |
4227 |
Intervistaturi dwar istħarriġ u riċerka tas-suq |
4229 |
Ħaddiema li jwasslu informazzjoni lill-klijent li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
43. Skrivani fil-qasam numeriku u l-irreġistrar tal-materjal
431. Skrivani fil-qasam numeriku
4311 |
Skrivani fil-qasam tal-kontabilità u l-irreġistrar tal-kotba |
4312 |
Skrivani fil-qasam tal-istatistika, finanzi u assigurazzjoni |
4313 |
Skrivani fil-qasam tal-istipendji |
432. Skrivani fil-qasam tal-irreġistrar u t-trasport tal-materjal
4321 |
Skrivani fil-qasam tal-istokk |
4322 |
Skrivani fil-qasam tal-produzzjoni |
4323 |
Skrivani fil-qasam tat-trasport |
44. Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali ieħor
441. Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali ieħor
4411 |
Skrivani li jaħdmu fil-libreriji |
4412 |
Skrivani li jaħdmu fit-tqassim u l-organizzazzjoni tal-posta |
4413 |
Skrivani li jaħdmu fil-qasam tal-kodifikazzjoni u tal-qari tal-provi |
4414 |
Ħaddiema involuti fil-qasam tal-kitba u oħrajn relatati ma’ dan il-qasam |
4415 |
Skrivani involuti fl-iffajlar u l-ikkoppjar |
4416 |
Skrivani involuti fil-qasam tal-persunal |
4419 |
Ħaddiema li jagħtu appoġġ klerikali li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
5. Ħaddiema involuti fil-qasam tas-servizzi u tal-bejgħ
51. Ħaddiema li jagħtu servizz personali
511. Assistenti tal-ivvjaġġar, kondutturi u gwidi
5111 |
Assistenti tal-ivvjaġġar u stewards tal-ivvjaġġar |
5112 |
Kundutturi tat-trasport |
5113 |
Gwidi tal-ivvjaġġar |
512. Koki
5120 |
Koki |
513. Wejters u dawk li jservu x-xorb fil-bars
5131 |
Wejters |
5132 |
Dawk li jservu x-xorb fil-bars |
514. Parrukkiera, dawk li jaħdmu fil-qasam tas-sbuħija (“beauticians”) u ħaddiema oħra f’oqsma relatati ma’ dan
5141 |
Parrukkiera |
5142 |
Ħaddiema involuti fil-qasam tas-sbuħija (“beauticians”) u ħaddiema oħra f’oqsma relatati ma’ dan |
515. Superviżuri fil-qasam tal-bini u ż-żamma tad-djar
5151 |
Superviżuri tal-indafa u ż-żamma tad-djar li jaħdmu f’lukandi, uffiċini u stabbilimenti oħra |
5152 |
Ħaddiema involuti fiż-żamma domestika tad-dar |
5153 |
Ħaddiema li jieħdu ħsieb il-bini |
516. Ħaddiema involuti f’servizzi personali oħra
5161 |
Astrologi, dawk li jħabbru l-futur u ħaddiema oħra relatati ma’ dan |
5162 |
Ħaddiema nvoluti fl-akkompanjament ta’ oħrajn (“companions”) u ħaddiema li jagħtu servizz billi jieħdu ħsieb l-oħrajn (“valets”) |
5163 |
Ħaddiema involuti fil-qasam tal-funerali u fit-tkeffin tal-katavri |
5164 |
Ħaddiema involuti fid-dehra tal-annimali tad-dar u ħaddiema involuti fil-kura tagħhom |
5165 |
Istrutturi tas-sewqan |
5169 |
Ħaddiema tas-servizzi tal-persunal li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
52. Ħaddiema involuti fil-bejgħ
521. Ħaddiema li jbiegħu fit-toroq u fis-swieq
5211 |
Ħaddiema li jbiegħu fil-gabbani u fis-swieq |
5212 |
Ħaddiema li jbiegħu l-ikel fit-toroq |
522. Ħaddiema li jbiegħu mill-ħwienet
5221 |
Ħaddiema li jieħdu ħsieb il-ħwienet |
5222 |
Superviżuri tal-ħwienet |
5223 |
Assistenti għall-bejgħ mill-ħwienet |
523. Kaxxiera u skrivani li jbiegħu l-biljetti
5230 |
Kaxxiera u skrivani li jbiegħu l-biljetti |
524. Ħaddiema oħra involuti fil-bejgħ
5241 |
Ħaddiema li huma mudelli tal-moda u oħrajn li għandhom x’jaqsmu ma’ dan |
5242 |
Dimostraturi tal-bejgħ |
5243 |
Ħaddiema li jbiegħu minn bieb għal bieb |
5244 |
Ħaddiema li jbiegħu fiċ-ċentri ta’ kuntatt |
5245 |
Assistenti li jaħdmu ma’ tal-pompa |
5246 |
Assistenti li jaħdmu mal-bank fis-servizzi tal-ikel |
5249 |
Ħaddiema oħra li jbiegħu li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
53. Ħaddiema involuti fil-kura personali
531. Ħaddiema involuti fil-kura tat-tfal u fl-għajnuna lill-għalliema
5311 |
Ħaddiema involuti fil-kura tat-tfal |
5312 |
Ħaddiema involuti fl-għajnuna lill-għalliema |
532. Ħaddiema involuti fil-kura personali fis-servizzi tas-saħħa
5321 |
Assistenti għall-kura tas-saħħa |
5322 |
Ħaddiema involuti fil-kura personali li jaħdmu mid-dar |
5329 |
Ħaddiema involuti fil-kura personali li mhumiex imsemmija x’imkien ieħor |
54. Ħaddiema tas-servizzi ta’ protezzjoni
541. Ħaddiema tas-servizzi ta’ protezzjoni
5411 |
Pompiera |
5412 |
Uffiċjali tal-pulizija |
5413 |
Gwardjani tal-ħabs |
5414 |
Gwardjani ta’ sigurtà |
5419 |
Ħaddiema tas-servizzi tal-protezzjoni li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
6. Ħaddiema tas-sengħa fl-agrikoltura, forestrija u sajd
61. Ħaddiema tas-sengħa fl-agrikoltura b’ħidma orjentata lejn is-suq
611. Ġardinara tas-suq u ħaddiema involuti fit-tkabbir taż-żriegħ
6111 |
Ħaddiema involuti fit-tkabbir tal-prodotti tar-raba’ u tal-ħaxix |
6112 |
Ħaddiema involuti fit-tkabbir tas-siġar u tal-arbuxelli |
6113 |
Ġardinara u ħaddiema involuti fl-ortikultura u fit-trawwim u tkabbir tal-pjanti |
6114 |
Ħaddiema involuti fit-tkabbir tal-prodotti tar-raba’ mħallta |
612. Produtturi tal-annimali
6121 |
Produtturi tal-annimali ħajjin u annimali tal-ħalib |
6122 |
Produtturi tat-tjur |
6123 |
Ħaddiema involuti fit-trawwim tan-naħal u tad-dud tal-ħarir |
6129 |
Produtturi tal-annimali li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
613. Produtturi tal-prodotti tar-raba’ mħallta u tal-annimali
6130 |
Produtturi tal-prodotti tar-raba’ mħallta u annimali |
62. Ħaddiema tas-sengħa orjentati għas-suq fl-oqsma tal-forestrija, sajd u kaċċa
621. Ħaddiema tal-forestrija u dawk relatati ma’ dan
6210 |
Ħaddiema tal-forestrija u dawk relatati ma’ dan |
622. Ħaddiema involuti fil-sajd, kaċċaturi u nassaba
6221 |
Ħaddiema fl-akwakultura |
6222 |
Ħaddiema involuti fis-sajd minn fuq l-art u fl-ibħra madwar il-kosta |
6223 |
Ħaddiema fis-sajd fl-ibħra fondi |
6224 |
Kaċċaturi u nassaba |
63. bdiewa, sajjieda, kaċċaturi u ġabbara ta’ sussistenza
631. Bdiewa li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq il-prodotti tar-raba’li jkabbru
6310 |
Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-prodotti tar-raba’ |
632. Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-annimali ħajjin
6320 |
Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-annimali ħajjin |
633. Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-prodotti tar-raba’ mħallta u l-annimali ħajjin
6330 |
Bdiewa sustanzjali li jkabbru l-prodotti tar-raba’ mħallta u l-annimali ħajjin |
634. Bdiewa, sajjieda, kaċċaturi u ġabbara sustanzjali
6340 |
Bdiewa, sajjieda, kaċċaturi u ġabbara sustanzjali |
7. Ħaddiema tas-sengħa u dawk involuti f’snajja’ relatati
71. Ħaddiema tal-bini u dawk relatati ma’ dan, esklużi l-elettriċisti
711. Ħaddiema involuti fil-bini tal-oqfsa tad-djar u dawk involuti fi snajja’ relatata
7111 |
Bennejja tad-djar |
7112 |
Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks u oħrajn relatati ma’ dan il-qasam |
7113 |
Bennejja, ħaddiema involuti fil-qtugħ, tkissir u tinqix fil-ġebel |
7114 |
Ħaddiema li jqiegħdu l-konkrit, ħaddiema li jirfinaw ix-xogħol tal-konkrit u dawk relatati ma’ dawn |
7115 |
Mastrudaxxi u ħaddiema li jgħaqqdu l-għamara |
7119 |
Ħaddiema involuti fil-bini tal-oqfsa tad-djar u dawk involuti fi snajja’ relatati |
712. Ħaddiema involuti fl-irfinar tal-bini u dawk involuti fi snajja’ relatati
7121 |
Ħaddiema involuti fit-tqegħid tas-soqfa |
7122 |
Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-art u dawk li jqiegħdu l-madum |
7123 |
Bajjada |
7124 |
Ħaddiema involuti fix-xogħol tal-insulazzjoni |
7125 |
Ħaddiema involuti fl-għoti tal-lostru |
7126 |
Plamers u ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-pajpijiet |
7127 |
Mekkaniċi tal-arja kundizzjonata u l-friġis |
713. Żebbiegħa, ħaddiema involuti fit-tindif ta’ strutturi ta’ bini u ħaddiema tas-sengħa relatati ma’ dawn
7131 |
Żebbiegħa u ħaddiema relatati ma’ dawn |
7132 |
Żebbiegħa li jużaw l-ispray u ħaddiema li jagħtu l-verniċ |
7133 |
Ħaddiema involuti fit-tindif ta’ strutturi ta’ bini |
72. Ħaddiema involuti fil-qasam tal-metall, tal-makkinarju u snajja’ relatati ma’ dawn
721. Ħaddiema li jaħdmu bil-pjanċi u l-istrutturi tal-metall, li jaħdmu fil-forom u jiwweldjaw u ħaddiema involti f’oqsma relatati ma’ dawn
7211 |
Ħaddiema li jagħmlu l-forom u l-kormakers |
7212 |
Ħaddiema li jiwweldjaw u jaqtgħu bl-użu tan-nar |
7213 |
Ħaddiema li jużaw il-pjanċi tal-metall |
7214 |
Ħaddiema involuti fil-preparazzjoni tal-istrutturi tal-metall u dawk li jwaqqfu dawn l-istrutturi |
7215 |
Riggers u dawk li jwaħħlu l-kejbil |
722. Ħaddieda, dawk li jagħmlu l-għodda u ħaddiema relatati ma’ dawn
7221 |
Ħaddieda, dawk li jagħmlu l-imrietel, dawk li jħaddmu l-pressa tal-forġa |
7222 |
Ħaddiema li jagħmlu l-għodda u dawk relatati ma’ dan |
7223 |
Ħaddiema li jissettjaw u operaturi tal-magni tax-xogħol tal-metall |
7224 |
Ħaddiema li jillostraw il-metall, li jdawwru r-rota tal-mola u li jsinnu l-għodda |
723. Mekkaniċi u dawk li jsewwu l-magni
7231 |
Mekkaniċi u dawk li jsewwu vetturi bil-mutur |
7232 |
Mekkaniċi u dawk li jsewwu l-magni tal-ajruplani |
7233 |
Mekkaniċi u dawk li jsewwu magni agrikoli u industrijali |
7234 |
Dawk li jsewwu r-roti u oħrajn relatati ma’ dan |
73. Ħaddiema li jaħdmu affarijiet magħmula bl-idejn u dawk involuti fl-istampar
731. Ħaddiema li jahdmu affarijiet magħmula bl-idejn
7311 |
Ħaddiema li jagħmlu u jsewwu strumenti ta’ preċiżjoni |
7312 |
Ħaddiema li jagħmlu strumenti mużikali u dawk li jintonawhom |
7313 |
Ħaddiema tal-ġojjelli u tal-metall prezzjuż |
7314 |
Ħaddiema tal-fuħħar u dawk relatati ma’ dan |
7315 |
Ħaddiema li jagħmlu l-ħġieġ, dawk li jaqtgħuh, dawk li jixkatlawh u dawk li jirfinawh |
7316 |
Ħaddiema li jagħmlu t-tabelli, dawk li jagħmlu pittura dekorattiva, naqqaxa u inċiżuri |
7317 |
Ħaddiema li jagħmlu l-affarijiet maħduma bl-idejn mill-injam, li jagħmlu l-qfief u materjali relatati |
7318 |
Ħaddiema li jagħmlu l-affarijiet maħduma bl-idejn mit-tessuti, ġild u materjali relatati |
7319 |
Ħaddiema oħra li jagħamlu affarijiet maħduma bl-idejn li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
732. Ħaddiema tas-sengħa involuti fl-istampar
7321 |
Tekniċi tal-bidu tal-proċess |
7322 |
Stampaturi |
7323 |
Ħaddiema li jirfinaw ix-xogħol tal-istampar u dawk li jillegaw |
74. Ħaddiema tas-sengħa fl-elettriku u l-elettronika
741. Ħaddiema li jinstallaw u dawk li jsewwu apparat elettriku
7411 |
Ħaddiema li jdaħħlu l-elettriku fil-bini u dawk relatati ma’ dawn |
7412 |
Mekkaniċi elettriċi u fitters |
7413 |
Ħaddiema li jinstallaw u dawk li jsewwu l-linja elettrika |
742. Ħaddiema li jinstallaw u dawk li jsewwu fil-qasam tal-elettronika u tat-telekomunikazzjoni
7421 |
Mekkaniċi elettroniċi u dawk li jagħtu servizz f’dan il-qasam |
7422 |
Dawk li jinstallaw u dawk li jagħtu servizz fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni |
75. Ħaddiema involuti fl-ipproċessar tal-ikel, fix-xogħol tal-injam, tal-ħwejjeġ u affarijiet oħra tas-sengħa u dak li għandu x’jaqsam ma’ dan
751. Ħaddiema involuti fl-ipproċessar tal-ikel u fi snajja’ relatati
7511 |
Ħaddiema li jbiegħu l-laħam, dawk li jbiegħu l-ħut u dawk li jippreparaw ikel relatat ma’ dan |
7512 |
Furnara, dawk li jagħmlu l-għaġina u dawk li jagħmlu l-ħelu |
7513 |
Ħaddiema li jipproduċu prodotti mill-ħalib |
7514 |
Ħaddiema li jippresevaw frott, ħaxix u affarijiet oħra relatati |
7515 |
Ħaddiema li jduqu u li jagħtu grad lill-ikel |
7516 |
Ħaddiema li jħejju t-tabakk u dawk li jagħmlu prodotti tat-tabakk |
752. Ħaddiema involuti fl-itrattar tal-injam, dawk li jaħdmu l-għamara u snajjiet oħra dawn
7521 |
Ħaddiema li jittrattaw l-injam |
7522 |
Ħaddiema li jagħmlu l-għamara u oħrajn relatati ma’ dan |
7523 |
Ħaddiema li jissettjaw u operaturi tal-magni tal-injam |
753. Ħaddiema involuti fl-industrija tal-ilbies u snajjiet relatati ma’ dan
7531 |
Ħajjata, dawk li jagħmlu l-ħwejjeġ, dawk li jaħdmu l-pelliċċi u dawk li jagħmlu l-kpiepel |
7532 |
Ħaddiema li jagħmlu l-mudelli u li jaqtgħu d-drapp |
7533 |
Ħaddiema li jħitu, jirrakkmaw u oħrajn relatati ma’ dan |
7534 |
Tappizzara u ħaddiema relatati ma’ dan |
7535 |
Ħaddiema li jagħmlu ħwejjeġ tal-ġild, dawk li jagħtu l-kulur u dawk li jippreparaw għall-użu l-ġlud tal-annimali |
7536 |
Skarpana u ħaddiema relatati ma’ dan |
754. Snajja oħra u ħaddiema relatati
7541 |
Bugħaddasa |
7542 |
Tiraturi u dawk li jisparaw l-isplussiv |
7543 |
Ħaddiema u dawk li jagħtu l-grad u jittestjaw il-prodott (esklużi l-ikel u x-xorb) |
7544 |
Fumigaturi u kontrolluri oħra tal-insetti u tal-ħaxix ħażin |
7549 |
Ħaddiema tas-snajja’ relatati ma’ dan li mhumiex imsemmija x’imkien ieħor |
8. Operaturi u muntaturi tal-impajnti u l-magni
81. Operaturi ta’ impjant immobbli u tal-magni
811. Operaturi tal-minjieri u tal-impjant tal-ipproċessar tal-minerali
8111 |
Ħaddiema fil-minjieri u fil-barrieri |
8112 |
Operaturi tal-impjant tal-ipproċessar tal-minerali u tal-ġebel |
8113 |
Ħaddiema li jħaffru l-bjar u l-borers u dawk relatati ma’ dan |
8114 |
Operaturi tal-magni li jipproduċu s-siment, il-ġebla u minerali oħra |
812. Operaturi tal-impjanti li jipproduċu u jirfinaw il-metall
8121 |
Operaturi tal-impjanti tal-ipproċessar tal-metall |
8122 |
Operaturi tal-magni li jirfinaw, jiksu u jagħtu ż-żebgħa lill-metall |
813. Operaturi tal-impjanti u magni ta’ prodotti kimiċi u fotografiċi
8131 |
Operaturi ta’ impjant u magni ta’ prodotti kimiċi |
8132 |
Operaturi ta’ magni ta’ prodotti fotografiċi |
814. Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tal-lastiku, plastik u karta
8141 |
Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tal-lastiku |
8142 |
Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tal-plastik |
8143 |
Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tal-karti |
815. Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tad-drapp, tal-fer u tal-ġilda
8151 |
Operaturi tal-magni li jippreparaw, idawwru u jdommu l-fibra |
8152 |
Operaturi ta’ magni li jinsġu u jinnittjaw |
8153 |
Operaturi ta’ magni tal-ħjata |
8154 |
Operaturi ta’ magni li jibbliċjaw, jagħtu l-kulur u jnaddfu d-drapp |
8155 |
Operaturi ta’ magni li jipprepraw il-fer u l-ġild għall-użu |
8156 |
Skrapan u operaturi ta’ magni relatati ma’ dawn |
8157 |
Operaturi ta’ magni tal-ħjata |
8159 |
Operaturi ta’ magni ta’ prodotti tad-drapp, tal-fer u tal-ġilda li mhumiex imsemmija x’imkien ieħor |
816. Operaturi ta’ magni tal-ikel u dawk relatati ma’ dan
8160 |
Operaturi ta’ magni tal-ikel u dawk relatati ma’ dan |
817. Operaturi tal-impjanti li jipproċessaw l-injam u jagħmlu l-karti
8171 |
Operaturi ta’ impjanti li jagħmlu l-polpa u l-karti |
8172 |
Operaturi ta’ impjanti tal-ipproċessar tal-injam |
818. Operaturi ta’ impjant immobbli u ta’ magni oħra
8181 |
Operaturi ta’ impjant tal-ħġieġ u taċ-ċeramika |
8182 |
Operaturi tal-magni li jaħdmu bl-istim u tal-bojlers |
8183 |
Operaturi ta’ magni li jippakkjaw, jibbottiljaw u jagħmlu t-tikketti |
8189 |
Operaturi ta’ impjanti immobbli u magni li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
82. Muntaturi
821. Muntaturi
8211 |
Muntaturi ta’ magni mekkaniċi |
8212 |
Muntaturi ta’ apparat elettriku u elettroniku |
8219 |
Muntaturi li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
83. Sewwieqa u operaturi ta’ impjanti mobbli
831. Sewwieqa ta’ ferrovija u ħaddiema relatati ma’ dan
8311 |
Sewwieqa ta’ ferrovija |
8312 |
Operaturi tal-brejkijiet, tas-sinjali u tal-iswiċċ fil-qasam ferrovjarju |
832. Sewwieqa tal-karozza, vann jew mutur
8321 |
Sewwieqa tal-mutur |
8322 |
Sewwieqa tal-karozza, vann jew mutur |
833. Sewwieqa ta’ trakkijiet kbar u karozzi tal-linja
8331 |
Sewwieqa ta’ karozzi tal-linja u tramm |
8332 |
Sewwieqa ta’ trakkijiet kbar u żgħar |
834. Operaturi ta’ impjanti mobbli
8341 |
Operaturi ta’ impjanti mobbli tal-irziezet u tal-forestrija |
8342 |
Operaturi ta’ impjanti li jneħħu l-art u oħrajn relatati ma’ dawn |
8343 |
Operaturi ta’ impjanti ta’ krejnjiet u apparati li jerfgħu u affarijiet oħra relatati ma’ dawn |
8344 |
Operaturi ta’ trakkijiet armati bil-lifter |
835. Membri ta’ ekwipaġġ fuq il-vapuri u ħaddiema relatati ma’ dan
8350 |
Membri ta’ ekwipaġġ fuq il-vapuri u ħaddiema relatati ma’ dan |
9. Xogħolijiet elementari
91. Ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħtu servizz ta’ għajnuna
911. Ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħtu servizz ta’ għajnuna domestika, fil-lukandi u fl-uffiċini
9111 |
Ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħtu servizz ta’ għajnuna domestika |
9112 |
Ħaddiema li jnaddfu u dawk li jagħtu servizz ta’ għajnuna f’uffiċini, lukandi u stabbilimenti oħra |
912. Ħaddiema involuti fit-tindif tal-vetturi, twieqi, ħwejjeġ u tindif ieħor li jsir bl-idejn
9121 |
Ħaddiema li jnaddfu l-ħwejjeġ b’idejhom u dawk li jgħadduhom |
9122 |
Ħaddiema li jnaddfu l-vetturi |
9123 |
Ħaddiema li jnaddfu t-twieqi |
9129 |
Ħaddiema oħra involuti fit-tindif |
92. Ħaddiema involuti fl-agrikoltura, forestrija u sajd
921. Ħaddiema involuti fl-agrikoltura, forestrija u sajd
9211 |
Ħaddiema fl-irziezet li fihom jitkabbru prodotti tar-raba’ |
9212 |
Ħaddiema fl-irziezet li fihom jitkabbru annimali ħajjin |
9213 |
Ħaddiema fl-irziezet fejn jitkabbru prodotti mħallta tar-raba’ u annimali ħajjin |
9214 |
Ħaddiema li jaħdmu fil-ġonna u fl-ortikultura |
9215 |
Ħaddiema tal-forestrija |
9216 |
Ħaddiema involuti fis-sajd u fl-akwakultura |
93. Ħaddiema fil-mijieri, fil-kostruzzjoni, fil-manifattura u fit-trasport
931. Ħaddiema tal-minjieri u l-kostruzzjoni
9311 |
Ħaddiema tal-minjieri u tal-barrieri |
9312 |
Tekniċi tal-inġinerija ċivili |
9313 |
Ħaddiema involuti fil-kostruzzjoni tal-bini |
932. Ħaddiema involuti fil-manifattura
9321 |
Ħaddiema involuti fl-ippakkjar bl-idejn |
9329 |
Ħaddiema tal-manifattura li mhumiex imsemmijin x’imkien ieħor |
933. Ħaddiema involuti fil-qasam tat-trasport u tal-ħażna
9331 |
Sewwieqa ta’ vetturi li jaħdmu bl-idejn u l-pedali |
9332 |
Sewwieqa ta’ vetturi u makkinarji li jinġibdu mill-annimali |
9333 |
Ħaddiema li jqandlu t-tagħbijiet |
9334 |
Ħaddiema li jieħdu ħsieb jimlew l-ixkaffi |
94. Assistenti għall-preparazzjoni tal-ikel
941. Assistenti għall-preparazzjoni tal-ikel
9411 |
Ħaddiema li jippreparaw il-fast food |
9412 |
Ħaddiema li jgħinu fil-kċina |
95. Ħaddiema li jbiegħu u jagħtu servizz fit-toroq u dak relatat ma’ dan
951. Ħaddiema li jagħtu servizz fit-toroq u dak relatat ma’ dan
9510 |
Ħaddiema li jagħtu servizz fit-toroq u dak relatat ma’ dan |
952. Ħaddiema li jbiegħu l-ikel fit-toroq (eskluż l-ikel)
9520 |
Ħaddiema li jbiegħu l-ikel fit-toroq (eskluż l-ikel) |
96. Ħaddiema li jiġbru l-iskart u ħaddiema oħra fil-qasam elementari
961. Ħaddiema li jiġbru l-iskart
9611 |
Kolletturi li jiġbru l-iskart u jirriċiklawh |
9612 |
Ħaddiema li jisseparaw l-iskart |
9613 |
Kenniesa u ħaddiema relatati ma’ dan |
962. Ħaddiema oħra elementari
9621 |
Messaġġiera, dawk li jqassmu l-pakketti u dawk li jaħdmu fil-portinerija u jġorru l-bagalji |
9622 |
Persuni b’xogħlijiet partikolari |
9623 |
Ħaddiema li jaqraw il-miter u l-kolletturi tal-magni ta’ distribuzzjoni |
9624 |
Kolletturi tal-ilma u tal-injam għan-nar |
9629 |
Ħaddiema oħra elementari li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor |
0. Xogħolijiet fil-forzi armati
01. Uffiċċjali kkummissjonati tal-forzi armati
011. Uffiċjali kkummisjonati tal-forzi armati
0110 |
Uffiċjali kkummissjonati tal-forzi armati |
02. Uffiċjali mhux ikkummissjonati tal-forzi armati
021. Uffiċjali mhux ikkummissjonati tal-forzi armati
0210 |
Uffiċjali mhux ikkummissjonati tal-forzi armati |
03. Xogħlijiet fil-forzi armati, gradi oħra
031. Xogħlijiet fil-forzi armati, gradi oħra
0310 |
Xogħlijiet fil-forzi armati, gradi oħra |