EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1051

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1051/2009 tat- 3 ta’ Novembru 2009 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 290, 6.11.2009, p. 56–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/09/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1051/oj

6.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/56


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1051/2009

tat-3 ta’ Novembru 2009

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u speċjalment Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata parzjalment jew totalment fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Ikun xieraq li ssir dispożizzjoni li informazzjoni tariffarja li tkun vinkolanti u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri għar-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ prodotti fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri adottati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Vettura ġdida b’erba’ roti (magħrufa bħala “Vetturi għal Kull Terren”) b’magna li taqbad bi xrara u li taħdem bil-pistuni b’kombustjoni interna, b’saħħa ta’ madwar 15 kW, u b’piż xott ta’ madwar 310 kg.

Il-vettura għandha l-karatteristiċi li ġejjin:

sedil wieħed b’tul ta’ madwar 600 mm li jakkomoda sewwieq wieħed biss,

sistema ta’ stering tat-tip ta’ vettura bil-mutur ibbażata fuq il-prinċipju ta’ Ackerman ikkontrollata b’manubriju,

brejkijiet fuq ir-roti ta’ quddiem u ta’ wara,

klaċċ awtomatiku u ger biex timxi b’lura,

magna ddiżinjata speċifikament għall-użu fuq terren imħarbat u b’kapaċità li f’gerijiet baxxi twassal biżżejjed qawwa lir-roti,

drive xaft li jittrasmetti s-saħħa tal-magna lir-roti ta’ wara,

tajers b’diżinn deep thread għall-użu off-road,

toqba b’tagħmir biex jitwaħħlu magħhom diversi apparati ta’ coupling,

kapaċità ta’ rmunkar ta’ madwar 1 170 kg (mingħajr brejk),u

winċ imwaħħal b’mod permanenti tajjeb għall-irmunkar ta’ zkuk.

Il-vettura hija mibnija essenzjalment għal xogħol b’rabta mal-forestrija.

Id-diversi apparati ta’ coupling huma ppreżentati flimkien mal-vettura.

8701 90 11

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 tal-Kapitolu 87 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8701 , 8701 90 u 8701 90 11 .

Billi din il-vettura hija mgħammra b’toqba b’tagħmir biex jitwaħħlu diversi apparati ta’ coupling u xaft drive mar-roti, l-użu maħsub tagħha huwa ħidma f’terreni diffiċli u għall-irmunkar jew l-imbuttar ta’ vetturi, apparati jew tagħbijiet oħrajn (Nota 2 tal-Kapitolu 87)

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8703 hija eskluża billi l-vettura tissodisfa d-definizzjoni ta’ Nota 2 tal-Kapitolu 87 u hija kapaċi li timbotta jew tirmonka minn tal-inqas id-doppju tal-piż xott tagħha (mingħajr brejk). (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tal-kodiċijiet NM 8701 90 11 sa 8701 90 90 .)

Il-winċ jagħti lill-vettura l-karattru ta’ trakter tal-forestrija. (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tal-kodiċijiet NM 8701 90 11 sa 8701 90 50 .)

Għaldaqstant il-vettura għandha tiġi kklassifikata taħt il-Kodiċi NM 8701 90 11 .

2.

Vettura ġdida b’erba’ roti (magħrufa bħala “Vetturi għal Kull Terren”) b’magna li taqbad bi xrara u li taħdem bil-pistuni b’kombustjoni interna, b’saħħa ta’ madwar 15 kW, u b’piż xott ta’ madwar 310 kg.

Il-vettura għandha l-karatteristiċi li ġejjin:

sedil wieħed b’tul ta’ madwar 600 mm li jakkomoda sewwieq wieħed biss,

sistema ta’ stering tat-tip ta’ vettura bil-mutur ibbażata fuq il-prinċipju ta’ Ackerman ikkontrollata b’manubriju,

brejkijiet fuq ir-roti ta’ quddiem u ta’ wara,

klaċċ awtomatiku u ger biex timxi b’lura,

magna ddiżinjata speċifikament għall-użu fuq terren imħarbat u b’kapaċità li f’gerijiet baxxi twassal biżżejjed saħħa lir-roti,

drive xaft li jittrasmetti s-saħħa tal-magna lir-roti ta’ wara,

tajers bi profil adegwat għall-użu fl-off-road,

toqba b’tagħmir biex jitwaħħlu magħhom diversi apparati ta’ coupling,

kapaċità ta’ rmunkar ta’ madwar 1 170 kg (mingħajr brejk).

Id-diversi apparati ta’ coupling huma ppreżentati flimkien mal-vettura.

8701 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2 tal-Kapitolu 87 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8701 , 8701 90 u 8701 90 90 .

Billi din il-vettura hija mgħammra b’toqba b’tagħmir biex jitwaħħlu diversi apparati ta’ coupling u xaft drive mar-roti, l-użu maħsub tagħha huwa ħidma f’terreni diffiċli u għall-irmunkar jew l-imbuttar ta’ vetturi, apparati jew tagħbijiet oħrajn (Nota 2 tal-Kapitolu 87)

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8703 hija eskluża billi l-vettura tissodisfa d-definizzjoni ta’ Nota 2 tal-Kapitolu 87 u hija kapaċi li timbotta jew tirmonka minn tal-inqas id-doppju tal-piż xott tagħha (mingħajr brejk). (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tal-kodiċijiet NM 8701 90 11 sa 8701 90 90 .)

Il-klassifikazzjoni bħala trakter agrikolu jew trakter tal-forestrija hija eskluża, billi l-vettura la għandha power take-off, la apparat idrawliku ta’ rfigħ u lanqas winċ. (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-NM tal-kodiċijiet NM 8701 90 11 sa 8701 90 50 .)

Għaldaqstant il-vettura għandha tiġi kklassifikata taħt il-Kodiċi NM 8701 90 90 .


Top