Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0754

2009/754/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2009 li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 269, 14.10.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/754/oj

14.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 269/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2009

li taħtar membru Spanjol u membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/754/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Juan José IBARRETXE MARKUARTU sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Iñaki AGUIRRE ARIZMENDI sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Francisco Javier LÓPEZ ÁLVAREZ, Presidente del Gobierno Vasco.

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Guillermo ECHENIQUE GONZÁLEZ, Secretario General de Acción Exterior. País Vasco.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. OLOFSSON


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top